LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • od kap. 12 pp. 123-129
  • Nappoġġaw l-attività tas-Saltna lokalment u madwar id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nappoġġaw l-attività tas-Saltna lokalment u madwar id-dinja
  • Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • NIEĦDU ĦSIEB L-​INTERESSI TAS-​SALTNA MADWAR ID-​DINJA
  • NIEĦDU ĦSIEB IL-​BŻONNIJIET TAL-​KONGREGAZZJONI LOKALI
  • KIF JIĠU MANIĠĠATI L-​KONTRIBUZZJONIJIET
  • SPEJJEŻ TAS-​CIRCUIT
  • NIEĦDU ĦSIEB IL-​FOQRA
  • IT-​TQASSIM TAL-​LETTERATURA
  • Kif inhuma finanzjati l-attivitajiet tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Indokraturi biex jirgħu l-merħla
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • X’nistgħu nagħtu lill-Wieħed li għandu kollox?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
od kap. 12 pp. 123-129

KAPITLU 12

Nappoġġaw l-attività tas-Saltna lokalment u madwar id-dinja

BI TWETTIQ tal-​profezija taʼ Ġesù dwar l-​aħħar jiem, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova wasslu l-​aħbar tajba “sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.” (Atti 1:8; Mt. 24:14) Biex jagħmlu dan, taw mill-​ħin u l-​enerġija tagħhom bil-​libertà biex jaqsmu affarijiet spiritwali. Billi jafdaw f’Ġeħova biex jipprovdi għall-​ħaddiema bi sħab miegħu, huma jkomplu jpoġġu s-​Saltna t’Alla l-​ewwel f’ħajjithom. (Mt. 6:25-​34; 1 Kor. 3:5-​9) Ir-​riżultati huma evidenza ċara tal-​approvazzjoni u l-​barka taʼ Ġeħova.

NIEĦDU ĦSIEB L-​INTERESSI TAS-​SALTNA MADWAR ID-​DINJA

2 Meta jaraw il-​metodi li nużaw u meta jirrealizzaw li nqassmu Bibbji u letteratura Biblika bla ħlas lill-​pubbliku, xi wħud se jistaqsu: “Dan kollu kif inhu possibbli?” Veru, l-​istampar u l-​produzzjoni tal-​Bibbji u l-​letteratura Biblika jiswew il-​flus. Il-​kostruzzjoni u l-​manutenzjoni tad-​djar Betel għall-​aħwa li jħaddmu l-​istamperiji, li jindokraw ix-​xogħol tal-​ippritkar, u li jaqdu b’modi oħra għall-​avanz tal-​aħbar tajba wkoll jiswew il-​flus. Iżjed minn hekk, l-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet, il-​missjunarji li jaqdu fil-​ministeru, il-​pijunieri speċjali, u oħrajn fis-​servizz full-​time speċjali jingħataw xi għajnuna materjali biex tgħinhom ikomplu fix-​xogħol. Jidher ċar li x-​xogħol tal-​ippritkar fi żmienna, sew jekk lokalment jew madwar id-​dinja, jinvolvi n-​nefqa taʼ ammonti kbar taʼ flus. Dawn kollha minn fejn jiġu?

3 Ħafna li japprezzaw ix-​xogħol edukattiv ibbażat fuq il-​Bibbja li jagħmlu x-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jikkontribwixxu għax-​xogħol madwar id-​dinja. Però, ix-​xogħol tagħna hu appoġġat primarjament mix-​Xhieda stess, li wħud minnhom jibagħtu kontribuzzjonijiet volontarji lill-​uffiċċji tal-​fergħa lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Dawn juru li huma lesti li mill-​qalb jagħtu l-​appoġġ tagħhom bħall-​qaddejja tal-​qedem t’Alla li b’ġenerożità appoġġaw il-​kostruzzjoni tal-​post għall-​qima taʼ Ġeħova. (Eżo. 35:20-​29; 1 Kron. 29:9) Xi għotjiet jingħataw permezz taʼ testmenti, filwaqt li kontribuzzjonijiet oħra li jiġu minn individwi, kongregazzjonijiet, u circuits normalment jintbagħtu f’ammonti żgħar. Meta jingħaddu flimkien, dawn l-​għotjiet jipprovdu l-​fondi biex il-​ministeru jkompli għaddej.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jqisuh privileġġ li jużaw il-​flus u riżorsi oħra tagħhom biex javanzaw ix-​xogħol tal-​ippritkar

4 Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jqisuh privileġġ li jużaw il-​flus u riżorsi oħra tagħhom biex javvanzaw ix-​xogħol tal-​ippritkar. Ġesù u d-​dixxipli tiegħu kellhom kaxxa tal-​flus li minnha kienu jittieħdu l-​fondi biex jitħallsu xi spejjeż. (Ġw. 13:29) Il-​Bibbja tgħidilna dwar nisa li qdew lil Ġesù u d-​dixxipli tiegħu. (Mk. 15:40, 41; Lq. 8:3) L-​appostlu Pawlu aċċetta bi gratitudni għajnuna materjali mingħand dawk li bi mħabba kellhom interess li javanzaw l-​aħbar tajba u li xtaqu jkollhom sehem fil-​ministeru tiegħu. (Flp. 4:14-​16; 1 Tess. 2:9) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkomplu jsegwu dawn l-​eżempji mill-​passat taʼ servizz żeluż u għoti ġeneruż. B’hekk, hu possibbli li “l-​ilma tal-​ħajja b’xejn” jiġi offrut lil uħud taʼ qalb onesta kullimkien.—Riv. 22:17.

NIEĦDU ĦSIEB IL-​BŻONNIJIET TAL-​KONGREGAZZJONI LOKALI

5 L-​ispejjeż tal-​kongregazzjoni lokali jitħallsu wkoll permezz taʼ kontribuzzjonijiet volontarji. Ma jsir ebda ġbir; u lanqas ma tingħata xi stima taʼ xi jrid jitħallas minn kull individwu jew issir xi talba għall-​flus. Kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet huma pprovduti f’postijiet tal-​laqgħat sabiex kulħadd ikun jistaʼ jkollu sehem fl-​għoti “bħalma jkun iddeċieda f’qalbu.”—2 Kor. 9:7.

6 Il-​flus li jingħataw l-​ewwel nett jintużaw għall-​funzjoni u l-​manutenzjoni tas-​Sala tas-​Saltna. Il-​ġemgħa tal-​anzjani għandha mnejn tiddeċiedi li ftit mill-​flus jistgħu jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jintużaw għall-​espansjoni tax-​xogħol madwar id-​dinja. Jekk isir dan, il-​kongregazzjoni tgħaddi riżoluzzjoni. B’dan il-​mod, ħafna kongregazzjonijiet jagħmlu kontribuzzjonijiet regulari għax-​xogħol madwar id-​dinja. Meta kulħadd ikun konxju tal-​bżonnijiet lokali li jqumu minn żmien għal żmien, ma jkunx hemm għalfejn isiru avviżi spissi rigward il-​kontribuzzjonijiet.

KIF JIĠU MANIĠĠATI L-​KONTRIBUZZJONIJIET

7 Wara kull laqgħa, żewġ aħwa jiġbru l-​flus li jkunu tpoġġew fil-​kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet u jieħdu rekord tagħhom. (2 Slat. 12:9, 10; 2 Kor. 8:20) Il-​ġemgħa tal-​anzjani tagħmel arranġamenti xierqa biex tieħu ħsieb dawn il-​fondi sakemm ikunu jistgħu jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa jew jintużaw għall-​bżonnijiet tal-​kongregazzjoni. Il-​ħu li jieħu ħsieb il-​kontijiet tal-​kongregazzjoni jipprepara rapport kull xahar biex jinforma lill-​kongregazzjoni, u kull tliet xhur il-​koordinatur tal-​ġemgħa tal-​anzjani jagħmel arranġamenti biex isir l-​awditjar tal-​kontijiet.

SPEJJEŻ TAS-​CIRCUIT

8 L-​ispejjeż għall-​assembleat, kif ukoll spejjeż oħra tas-​circuit, jitħallsu minn kontribuzzjonijiet tax-​Xhieda li jifformaw is-​circuit. Kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet jiġu provduti fejn isiru l-​assembleat sabiex ikunu jistgħu jsiru kontribuzzjonijiet volontarji lis-​circuit. Ukoll, il-​kongregazzjonijiet jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet drabi oħra biex jieħdu ħsieb spejjeż li jkun hemm.

9 Idealment, is-​circuits għandhom ikunu jistgħu iħallsu kwalunkwe spejjeż neċessarji, u fondi żejda jiġu mogħtijin bħala donazzjoni lix-​xogħol taʼ madwar id-​dinja. Jekk m’hemmx biżżejjed fondi fil-​kont tas-​circuit biex jitħallsu l-​ispejjeż għall-​assemblea, jew biex jitħallsu l-​ispejjeż inizjali għall-​assemblea li jkun imiss, pereżempju depożitu biex jiġi bbukkjat l-​użu taʼ faċilità, l-​indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet jistaʼ jagħti direzzjoni biex il-​kongregazzjonijiet jiġu avżati dwar il-​privileġġ li jikkontribwixxu. Kull ġemgħa tal-​anzjani tiddiskuti l-​kwistjoni u tara x’kontribuzzjoni tistaʼ tagħti l-​kongregazzjoni lill-​fond tas-​circuit. Imbagħad biex tingħata din il-​kontribuzzjoni ssir riżoluzzjoni.

10 Meta jinqalgħu kwistjonijiet finanzjarji li l-​anzjani tas-​circuit ikollhom bżonn jieħdu ħsieb, issir laqgħa tal-​anzjani tas-​circuit fil-​ġurnata tal-​assemblea tas-​circuit. Id-​deċiżjonijiet kollha minbarra dawk li jinvolvu ċerti spejjeż tas-​circuit għandhom isiru bħala riżoluzzjonijiet mill-​anzjani. Dawn ir-​riżoluzzjonijiet għandhom isiru bil-​miktub għal ammonti eżatti u jiġu preżentati għall-​approvazzjoni kull darba li jitħallsu l-​ispejjeż mill-​fond tas-​circuit.

11 Isiru arranġamenti biex kull tant żmien jiġu ċċekkjati l-​fondi tal-​kontijiet tas-​circuit.

NIEĦDU ĦSIEB IL-​FOQRA

12 Skop wieħed tal-​kaxxa tal-​flus li kellhom Ġesù u d-​dixxipli tiegħu kien li jgħinu lill-​foqra. (Mk. 14:3-​5; Ġw. 13:29) Din ir-​responsabbiltà Kristjana għadha sejra, għax Ġesù qal: “Il-​foqra dejjem magħkom.” (Mk. 14:7) Kif iwettqu din ir-​responsabbiltà x-​Xhieda taʼ Ġeħova llum?

13 Kultant, uħud leali fil-​kongregazzjoni jistgħu jiġu fil-​bżonn taʼ għajnuna materjali minħabba età avanzata, mard, jew sitwazzjonijiet diffiċli li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Membri tal-​familja, qraba, u oħrajn li jsiru jafu bi bżonn bħal dan jistgħu jħossuhom imqanqlin biex jgħinu. Dan hu fi qbil mal-​kliem tal-​appostlu Ġwanni: “Kulmin għandu biex jgħix f’din id-​dinja u jara lil ħuh fil-​bżonn u ma jkunx irid juri ħniena miegħu, kif tistaʼ tibqaʼ fih l-​imħabba t’Alla? Ulied ċkejknin, ħa ma nħobbu la bil-​kliem u lanqas bl-​ilsien, imma bl-​għemil u l-​verità.” (1 Ġw. 3:17, 18; 2 Tess. 3:6-​12) Il-​qima vera tinkludi li nieħdu ħsieb uħud leali li jistgħu jkunu fil-​bżonn taʼ għajnuna materjali.—Ġak. 1:27; 2:14-​17.

14 Fl-​ewwel ittra tiegħu lil Timotju, l-​appostlu Pawlu spjega kif tistaʼ tiġi provduta għajnuna materjali lil dawk li jistħoqqilhom. Tistaʼ taqra l-​parir tiegħu fl-​1 Timotju 5:3-​21. Kull Kristjan għandu r-​responsabbiltà primarja li jieħu ħsieb il-​bżonnijiet taʼ daru. Uħud xjuħ jew morda għandhom jirċievu l-​għajnuna mingħand uliedhom, in-​neputijiet, jew qraba oħra. Kultant, tistaʼ tinkiseb għajnuna materjali minn servizzi governattivi jew soċjali, u għalhekk il-​qraba jew oħrajn jistgħu jgħinu lil dak li jkun fil-​bżonn biex japplika għal għajnuna bħal din. Tistaʼ tinqalaʼ sitwazzjoni fejn ikun hemm bżonn li l-​kongregazzjoni tikkunsidra tagħti xi forma taʼ għajnuna lil ċerti aħwa fil-​bżonn li jkunu ilhom jaqdu lealment għal żmien twil. Jekk ma jkunx hemm membri tal-​familja jew qraba oħra biex jgħinu lil uħud bħal dawn u ma jkun hemm ebda għajnuna adegwata disponibbli minn aġenziji governattivi, il-​ġemgħa tal-​anzjani tistaʼ tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa biex tingħata xi għajnuna. Il-​Kristjani jqisuh privileġġ li jaqsmu l-​affarijiet materjali li għandhom maʼ dawk fil-​bżonn.

15 Ħafna minn ħutna jistgħu jiġu fil-​bżonn minħabba l-​persekuzzjoni, gwerer, terremoti, għargħar, ġuħ, jew ġrajjiet serji oħra li huma komuni f’dawn iż-​żminijiet kritiċi. (Mt. 24:7-​9) Kongregazzjonijiet lokali jistaʼ ma jkollhomx x’jagħtu lil xulxin, u għalhekk il-​Ġemgħa li Tiggverna tikkoordina l-​isforzi tal-​aħwa band’oħra biex jipprovdu dak li jkun hemm bżonn. Dan hu simili għal kif il-​Kristjani fl-​Asja Minuri pprovdew l-​ikel għall-​aħwa fil-​Lhudija meta kien hemm il-​ġuħ. (1 Kor. 16:1-​4; 2 Kor. 9:1-​5) Billi nsegwu l-​eżempju tagħhom, aħna nikkonfermaw l-​imħabba tagħna għal ħutna u nuru li aħna dixxipli ġenwini taʼ Ġesù Kristu.—Ġw. 13:35.

IT-​TQASSIM TAL-​LETTERATURA

16 Bibbji u letteratura Biblika għandhom irwol importanti biex jinxtered il-​messaġġ tas-​Saltna. Normalment, il-​ġemgħa tal-​anzjani tinkariga qaddej ministerjali jieħu ħsieb il-​provvista taʼ letteratura tal-​kongregazzjoni. L-​aħwa inkarigati li jieħdu ħsieb dawn il-​provvisti jieħdu r-​responsabbiltajiet tagħhom bis-​serjetà. Huma jżommu rekord tajjeb bil-​miktub biex ikun hemm disponibbli provvisti adegwati għall-​bżonnijiet tal-​kongregazzjoni.

17 Bħala Kristjani dedikati, nirrikonoxxu li l-​ħin, ir-​riżorsi fiżiċi u mentali, it-​talenti, u l-​affarijiet materjali tagħna, saħansitra ħajjitna stess huma għotjiet mingħand Alla u huma intenzjonati biex jintużaw fis-​servizz tiegħu. (Lq. 17:10; 1 Kor. 4:7) Billi nagħmlu użu xieraq tar-​riżorsi tagħna kollha, nuru kemm hi profonda l-​imħabba tagħna għal Ġeħova. Hi x-​xewqa tagħna li nonoraw lil Ġeħova bl-​affarijiet taʼ valur li għandna, għax nafu li hu ferħan b’kull ħaġa li tingħata bħala turija taʼ devozzjoni b’qalb sħiħa. (Prov. 3:9; Mk. 14:3-​9; Lq. 21:1-​4; Kol. 3:23, 24) Ġesù qal: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mt. 10:8) Hekk kif nagħtu minna nfusna u r-​riżorsi tagħna fis-​servizz taʼ Ġeħova, aħna mbagħad nirċievu ferħ akbar.—Atti 20:35.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja