LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ypq mistoqsija 7 pp. 21-23
  • Kif nistaʼ nkampa mal-​pressjoni biex nagħmel is-​sess?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif nistaʼ nkampa mal-​pressjoni biex nagħmel is-​sess?
  • Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Materjal Simili
  • Is-Sess Se Jsaħħaħha r-Relazzjoni Tagħna?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Is-Sess se Jsaħħaħha r-Relazzjoni Tagħna?
    Stenbaħ!—2010
  • Kif Nistaʼ Ma Nċedix Biex Nagħmel is-​Sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif nista’ nispjega t-twemmin tiegħi dwar is-sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
ypq mistoqsija 7 pp. 21-23
Tfajla ma taċċettax l-avvanzi taʼ ġuvni

MISTOQSIJA 7

Kif nistaʼ nkampa mal-​pressjoni biex nagħmel is-​sess?

GĦALA HU IMPORTANTI

Id-​deċiżjonijiet tiegħek dwar is-​sess se jeffettwaw il-​futur tiegħek.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-​xena: Heather ilha xahrejn biss toħroġ maʼ Mike, imma tħossha bħallikieku ilha tafu ħajjitha kollha. Huma l-​ħin kollu jibagħtu l-​messaġġi lil xulxin, jitkellmu għal sigħat sħaħ fuq it-​telefown, u saħansitra jaħsbu u jitkellmu bl-​istess mod! Imma issa Mike irid iktar milli sempliċement jitkellem.

F’dawn l-​aħħar xahrejn, Mike u Heather m’għamlu xejn ħlief iżommu id xulxin u jbusu lil xulxin ħafif ħafif. Heather ma trid tagħmel xejn iżjed minn hekk. Imma lanqas ma trid titlef lil Mike. Ħadd ħliefu ma jġegħelha tħossha daqshekk sabiħa u speċjali. Bejnha u bejn ruħha, hi tirraġuna: ‘Barra minn hekk, jien u Mike inħobbu ’l xulxin . . . ’

Jekk int kbir biżżejjed biex toħroġ maʼ xi ħadd u kont fis-​sitwazzjoni taʼ Heather, kieku x’kont tagħmel?

IEQAF U AĦSEB!

Flokk jiġi użat għat-tindif

Is-​sess hu rigal minn Alla għall-​miżżewġin biss. Jekk tagħmel is-​sess qabel iż-​żwieġ, tkun qed tuża ħażin dan ir-​rigal. Hu bħal meta xi ħadd jagħtik flokk sabiħ u int tużah biex tnaddaf bih

Jekk tikser xi liġi tal-​fiżika, bħalma hi l-​liġi tal-​gravità, se tbati l-​konsegwenzi. L-​istess jistaʼ jingħad jekk tikser xi liġi morali, bħal-​liġi li tgħid: ‘Tbiegħdu miż-​żína,’ jew mill-​immoralità sesswali.—1 Tessalonikin 4:3.

Liema konsegwenzi se tbati jekk ma tobdix dan il-​kmand? Il-​Bibbja tgħid: “Min jipprattika ż-​żína qed jidneb kontra ġismu stess.” (1 Korintin 6:18) Dan kif inhu minnu?

Xi riċerkaturi sabu li ħafna żgħażagħ li għamlu s-​sess qabel iż-​żwieġ normalment jesperjenzaw waħda jew iktar mill-​konsegwenzi li ġejjin.

  • NIKET. Ħafna miż-​żgħażagħ li għamlu s-​sess qabel iż-​żwieġ jgħidu li wara ddispjaċiehom.

  • NUQQAS TAʼ FIDUĊJA. Wara li jkollhom relazzjoni sesswali, kull wieħed mill-​imseħbin jgħid bejnu u bejn ruħu: ‘Min jaf maʼ min iktar għamel/għamlet is-​sess?’

  • DIŻAPPUNT. Fil-​fond taʼ qalbhom, ħafna tfajliet jippreferu lil xi ħadd li jipproteġihom u mhux lil xi ħadd li jużahom. U ħafna ġuvintur iħossuhom inqas miġbudin lejn tfajla li tkun marret magħhom.

  • Il-​konklużjoni: Jekk iċċedi għas-​sess qabel iż-​żwieġ tkun qed tbaxxi lilek innifsek għax tkun qed tarmi xi ħaġa prezzjuża. (Rumani 1:24) Ġismek hu prezzjuż wisq, ibżaʼ għalih!

Uri li għandek karattru sod biżżejjed biex titbiegħed mill-​immoralità sesswali. (1 Tessalonikin 4:3) Imbagħad, jekk xi darba tiżżewweġ, int tkun tistaʼ tagħmel is-​sess. U tkun tistaʼ tgawdih bis-​sħiħ, mingħajr ebda inkwiet, dispjaċir, u dubju li spiss huma r-​riżultat li jiġu minn relazzjoni sesswali qabel iż-​żwieġ.—Proverbji 7:22, 23; 1 Korintin 7:3.

INT X’TAĦSEB?

  • Taħseb li xi ħadd li verament iħobbok se jipperikola l-​benesseri fiżiċi u emozzjonali tiegħek?

  • Xi ħadd li verament jimpurtah minnek sejjer jipperikola r-​relazzjoni tiegħek m’Alla?—Ebrej 13:4.

GĦAT-​TFAJLIET BISS

Tfajla qiegħda bilqiegħda taħseb

Ħafna ġuvintur qalu li qatt ma jaslu biex jiżżewġu tfajla li kellhom relazzjoni sesswali magħha. Għala? Għax jippreferu lil xi ħadd li hu verġni!

Jissorprendik dan—forsi saħansitra jirrabjak? Jekk iva, ftakar dan: Il-​films u l-​programmi tat-​televixin ipinġu s-​sess bejn l-​adoloxxenti bħala xi ħaġa sabiħa li ma tagħmilx ħsara u jagħmluha tidher li hi mħabba vera.

Tkunx belha! Dawk li jipprovaw iħajruk biex tagħmel is-​sess qabel iż-​żwieġ, sempliċement ikunu qed ifittxu biss dak li jaqbel lilhom.—1 Korintin 13:4, 5.

GĦALL-​ĠUVINTUR BISS

Ġuvni qiegħed bilqiegħda jaħseb

Jekk qed toħroġ maʼ tfajla, staqsi lilek innifsek: ‘Tassew jimpurtani mit-​tfajla li qed noħroġ magħha?’ Jekk it-​tweġiba tiegħek hija iva, x’inhu l-​aqwa mod kif tistaʼ turiha dan? Hu billi jkollok id-​determinazzjoni li tobdi l-​liġijiet t’Alla, l-​għerf biex tevita ċirkustanzi taʼ tentazzjoni, u l-​imħabba biex tfittex l-​interessi tagħha.

Jekk għandek dawn il-​kwalitajiet, x’aktarx li s-​sentimenti tat-​tfajla tiegħek se jkunu bħal dawk tas-​Sulamija, li kienet retta moralment. Hi qalet: “L-​għażiż taʼ qalbi hu tiegħi u jien tiegħu.” (L-​Għanja taʼ Salamun 2:16) Fi ftit kliem, hi se tħobbok saħansitra iktar!

SUĠĠERIMENTI

Jekk xi ħadd jipprova jħajrek biex ikollok relazzjoni sesswali miegħu billi jgħidlek, “Kieku tħobbni taċċetta,” b’mod sod wieġeb, “Kieku tħobbni lanqas biss tistaqsini!

Rigward kif iġġib ruħek mas-sess oppost, regola tajba hi din: Jekk hi xi ħaġa li ma tridx li l-ġenituri tiegħek jarawk tagħmilha, allura m’għandekx tagħmilha

DAK LI SE NAGĦMEL

  • X’se tagħmel jekk xi ħadd jgħidlek biex ikollok x’taqsam miegħu?

  • F’liema ċirkustanzi se jkun iktar diffiċli għalik biex tgħid le?

  • Kif se tevita dawn iċ-​ċirkustanzi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja