LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 15 p. 42-p. 43 para. 3
  • Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • “Jien qiegħed flok Alla?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ħut Ġużeppi Jobogħduh
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ġieli Tgħir? Ħut Ġużeppi Kienu Jgħiru Għalih
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Jekk jogħġobkom, isimgħu din il-ħolma”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 15 p. 42-p. 43 para. 3
Ġużeppi jispjega lill-Fargħun il-ħolm tiegħu

LEZZJONI 15

Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi

Waqt li Ġużeppi kien fil-​ħabs, il-​Fargħun, is-​sultan tal-​Eġittu, kellu ħolm li ħadd ma setaʼ jfissirhulu. Wieħed mill-​qaddejja qallu li Ġużeppi setaʼ jgħidlu x’kien ifisser il-​ħolm tiegħu. Il-​Fargħun mill-​ewwel bagħat għal Ġużeppi.

Il-​Fargħun staqsieh: ‘Tistaʼ tispjegali l-​ħolm tiegħi?’ Ġużeppi qallu: ‘L-​Eġittu se jkollu ħafna ikel għal sebaʼ snin, imma mbagħad jiġu sebaʼ snin taʼ ġuħ kbir. Qabbad lil xi ħadd kapaċi ħalli jerfaʼ l-​ikel biex in-​nies tiegħek ma jmutux bil-​ġuħ.’ Il-​Fargħun wieġbu: ‘Jien nagħżel lilek! Int tkun it-​tieni l-​iktar raġel importanti fl-​Eġittu!’ Ġużeppi kif kien jaf xi jfisser il-​ħolm tal-​Fargħun? Kien bl-​għajnuna taʼ Ġeħova.

Ġużeppi jidderieġi lil irġiel biex jaħżnu l-ikel

Matul dawk is-​sebaʼ snin, Ġużeppi ħażen l-​ikel. Imbagħad, waqaʼ ġuħ kbir fuq l-​art kollha, eżatt kif kien qal hu. In-​nies bdew ġejjin minn kullimkien biex jixtru l-​ikel mingħand Ġużeppi. Missieru, Ġakobb, semaʼ li fl-​Eġittu kien hemm l-​ikel, u allura bagħat għaxra minn uliedu subien biex imorru jixtru.

Xħin dawn ġew quddiem Ġużeppi, hu mill-​ewwel għarafhom. Imma ħutu ma ndunawx li kien Ġużeppi. Huma mielu quddiemu, eżatt kif kien ħolom meta kien għadu żgħir. Ġużeppi ried ikun jaf jekk ħutu kinux għadhom kattivi. Allura qalilhom: ‘Intom spiji. Intom ġejtu titkixxfu dwar il-​pajjiż tagħna.’ Huma wiġbuh: ‘Le! Aħna 12-​il aħwa minn Kangħan. Wieħed minn ħutna mejjet, u ż-​żgħir qiegħed maʼ missierna.’ Ġużeppi mbagħad qalilhom: ‘Ġibuli lil ħukom iż-​żgħir hawnhekk u nemminkom.’ Allura marru lura d-​dar għand missierhom.

Meta reġaʼ spiċċalhom l-​ikel, Ġakobb bagħat lil uliedu subien lura l-​Eġittu. Din id-​darba huma ħadu magħhom lil Benjamin, ħuhom iż-​żgħir. Biex jittestja lil ħutu, Ġużeppi ħeba t-​tazza tal-​fidda tiegħu fl-​ixkora tal-​qamħ taʼ Benjamin u mbagħad akkuża lil ħutu li serquha. Meta l-​qaddejja taʼ Ġużeppi sabu t-​tazza fl-​ixkora taʼ Benjamin, ħutu ma setgħux jemmnu. Huma talbu bil-​ħniena lil Ġużeppi biex jikkastiga lilhom minflok lil ħuhom.

Issa Ġużeppi induna li ħutu kienu nbidlu. Hu ma felaħx iktar iżomm lura l-​emozzjonijiet tiegħu u nfaqaʼ jibki. Imbagħad qalilhom: ‘Jien ħukom Ġużeppi. Missieri għadu ħaj?’ Ħutu baqgħu mbellhin. Hu qalilhom: ‘Tħossukomx ħatjin għal dak li għamiltuli. Alla bagħatni hawn biex insalvalkom ħajjitkom. Issa morru malajr u ġibuli lil missieri.’

Huma marru lura biex jgħidu lil missierhom bl-​aħbar sabiħa u biex jiħduh l-​Eġittu. Sa fl-​aħħar, wara ħafna snin, Ġużeppi u missieru reġgħu ngħaqdu flimkien.

Ġużeppi u missieru, Ġakobb, jifirħu b’xulxin

“Jekk ma taħfrux lill-​bnedmin in-​nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-​nuqqasijiet tagħkom.”—Mattew 6:15

Mistoqsijiet: Ġeħova kif għen lil Ġużeppi? Ġużeppi kif wera li kien ħafrilhom lil ħutu?

Ġenesi 40:1-23; 41:1-57; 42:1-38; 43:1-34; 44:1-34; 45:1-28; 46:1-7, 26-34; Salm 105:17-19; Atti 7:9-15

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja