LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 27 p. 68-p. 69 para. 2
  • Huma ħaduha kontra Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma ħaduha kontra Ġeħova
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Joħorġu l-Fjuri mill-Bastun t’Aron
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Issottometti Ruħek Lealment għall-Awtorità Divina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Koraħ jirribella
    Stejjer tal-Bibbja bl-Istampi
  • Jafek Lilek Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 27 p. 68-p. 69 para. 2
Koraħ u dawk li ngħaqdu miegħu qegħdin weqfin quddiem Mosè u Aron

LEZZJONI 27

Huma ħaduha kontra Ġeħova

Ftit taż-​żmien wara, waqt li l-​Iżraelin kienu fid-​deżert, Koraħ, Datan, Abiram, u 250 oħra ħaduha kontra Mosè u Aron. Dawn qalulhom: ‘Issaportejniekom biżżejjed! Għala għandek tkun int il-​mexxej tagħna u Aron il-​qassis il-​kbir? Ġeħova mhuwiex biss miegħek u m’Aron, imma hu magħna wkoll.’ Ġeħova ma ħax gost. Għalih, dawn kienu qed jirribellaw kontrih!

Mosè qal lil Koraħ u lil dawk li ngħaqdu miegħu: ‘Għada ejjew it-​tabernaklu, u ġibu magħkom ir-​reċipjenti għall-​inċens mimlijin. Ġeħova se jurina lil min ikun għażel.’

L-​għada, Koraħ u l-​250 raġel marru biex jiltaqgħu maʼ Mosè ħdejn it-​tabernaklu. Hemmhekk huma ħarqu l-​inċens bħallikieku kienu qassisin. Ġeħova qal lil Mosè u lil Aron: ‘Infirdu minn maʼ Koraħ u l-​irġiel tiegħu.’

Għalkemm Koraħ kien mar jiltaqaʼ maʼ Mosè ħdejn it-​tabernaklu, Datan, Abiram, u l-​familji tagħhom ma ridux imorru. Ġeħova qal lill-​Iżraelin biex jersqu minn ħdejn it-​tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram. L-​Iżraelin resqu mill-​ewwel. Datan, Abiram, u l-​familji tagħhom ħarġu minn ġot-​tined tagħhom. F’daqqa waħda, l-​art infetħet u belgħethom kollha! Ħdejn it-​tabernaklu niżel nar mis-​sema u ħaraq lil Koraħ u lill-​250 raġel.

L-art infetħet u belgħet lil Datan, lil Abiram, u lill-familji tagħhom

Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: ‘Ħu bastun mingħand il-​kap taʼ kull tribù, u ikteb isem kull wieħed fuq il-​bastun tiegħu. Imma fuq il-​bastun tat-​tribù taʼ Levi ikteb isem Aron. Poġġihom fit-​tabernaklu, u l-​bastun tar-​raġel li jien nagħżel se joħroġ il-​fjuri.’

L-​għada, Mosè ħareġ il-​bsaten kollha u wriehom lill-​kapijiet tat-​tribujiet. Il-​bastun t’Aron kellu l-​fjuri ħerġin minnu, u anki lewż misjur. B’dan il-​mod, Ġeħova wera ċar li hu kien għażel lil Aron biex ikun il-​qassis il-​kbir.

“Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom u kunu sottomessi lejhom.”—Ebrej 13:17

Mistoqsijiet: Koraħ u dawk li ngħaqdu miegħu għala ħaduha kontra Mosè u Aron? Kif nafu li Ġeħova għażel lil Aron biex ikun il-​qassis il-​kbir?

Numri 16:1-50; 17:1-13; 26:9-11; Salm 106:16-18

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja