LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 48 p. 116-p. 117 para. 1
  • Tifel taʼ armla jiġi mqajjem mill-mewt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tifel taʼ armla jiġi mqajjem mill-mewt
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • L-armla minn Sarefat ġiet premjata għall-fidi tagħha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Għandek Int Fidi Bħal t’Elija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 48 p. 116-p. 117 para. 1
Elija jsejjaħ lill-armla li qed tiġbor iz-zkuk għan-nar

LEZZJONI 48

Tifel taʼ armla jiġi mqajjem mill-mewt

Ġarra tad-dqiq u ġarra taż-żejt

Fiż-​żmien meta ma kinitx qed tagħmel xita, Ġeħova qal lil Elija: ‘Mur Sarefat. Hemm se ssib armla li se tagħtik x’tiekol.’ Ħdejn il-​bieb tal-​belt, Elija ra armla fqira tiġbor iz-​zkuk. Hu talabha biex tagħtih tazza ilma. Waqt li kienet sejra biex iġġibhielu, hu għajtilha u qalilha: ‘Jekk jogħġbok, ġibli biċċa ħobż ukoll.’ Imma l-​armla wiġbitu: ‘M’għandix ħobż għalik. Baqagħli biss ftit dqiq u żejt biex nagħmel xi ħaġa żgħira tal-​ikel għalija u għat-​tifel.’ Elija qalilha: ‘Ġeħova wiegħed li jekk tagħmilli ftit ħobż, id-​dqiq u ż-​żejt tiegħek qatt ma se jispiċċawlek sakemm terġaʼ tibda tagħmel ix-​xita.’

Għalhekk, l-​armla marret id-​dar u għamlet ħobża għall-​profeta taʼ Ġeħova. Bħalma kien wiegħed Ġeħova, l-​armla u t-​tifel dejjem kellhom x’jieklu fiż-​żmien meta ma kinitx qed tagħmel xita. Il-​ġarar tagħha tad-​dqiq u ż-​żejt baqgħu mimlijin.

Imbagħad ġrat xi ħaġa vera tad-​dwejjaq. It-​tifel tal-​armla marad ħafna u miet. Bil-​biki, hi talbet lil Elija biex jgħinha. Elija ħa t-​tifel minn idejha u telaʼ bih fil-​kamra taʼ fuq tad-​dar. Hu poġġieh fuq is-​sodda u talab lil Ġeħova: ‘Jekk jogħġbok, agħti l-​ħajja lura lit-​tifel.’ Li Ġeħova jagħmel hekk, għala kienet se tkun xi ħaġa tal-​għaġeb? Għax sa fejn nafu aħna, ħadd qatt ma kien ġie mqajjem mill-​mewt qabel. Barra minn hekk, din l-​armla u t-​tifel tagħha ma kinux Iżraelin.

Imma t-​tifel ġie mqajjem mill-​mewt, u beda jieħu n-​nifs! Elija qal lill-​armla: ‘Ara! It-​tifel tiegħek ħaj.’ Hi kienet ferħana se ttir, u lil Elija qaltlu: ‘Int vera profeta t’Alla għax int tgħid biss dak li Ġeħova jgħidlek biex tgħid.’

Elija jagħti t-tifel ħaj lill-armla

“Osservaw bir-​reqqa l-​għasafar tas-​sema, għax huma la jiżirgħu, la jaħsdu, u lanqas jiġbru fl-​imħażen; imma Missierkom tas-​sema xorta waħda jitmagħhom. Ma tiswewx intom iktar minnhom?”—Mattew 6:26

Mistoqsijiet: L-​armla taʼ Sarefat kif uriet li kienet tafda f’Ġeħova? Kif nafu li Elija kien profeta veru t’Alla?

1 Slaten 17:8-24; Luqa 4:25, 26

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja