LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 52 p. 126-p. 127 para. 1
  • L-armata tan-nar taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-armata tan-nar taʼ Ġeħova
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Eliżew Ra Karrijiet tan-Nar—Int Tarahom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Min Se Jibqaʼ Ħaj F’“Jum il-Mulej”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Punti mit-2 Slaten
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 52 p. 126-p. 127 para. 1
Eliżew u l-qaddej tiegħu mdawrin bl-armata Sirjana

LEZZJONI 52

L-armata tan-nar taʼ Ġeħova

Is-​sultan tas-​Sirja, Ben-​ħadad, baqaʼ jattakka lil Iżrael. Imma l-​profeta Eliżew kull darba kien jinforma lis-​sultan taʼ Iżrael, u b’hekk kien jirnexxilu jaħrab. Minħabba dan, Ben-​ħadad ried jaqbad lil Eliżew. Hu sar jaf li Eliżew kien f’belt jisimha Dotan, u għalhekk bagħat lill-​armata Sirjana hemm biex taqbdu.

Is-​Sirjani waslu Dotan billejl. L-​għada filgħodu, il-​qaddej taʼ Eliżew ħareġ barra u ra l-​belt imdawra b’armata kbira. Hu twerwer u għajjat: ‘Eliżew, x’se nagħmlu?’ Eliżew qallu: “Tibżax, għax hemm iktar magħna milli magħhom.” Dak il-​ħin stess, Ġeħova fetaħ għajnejn il-​qaddej taʼ Eliżew. Hu ra l-​muntanji taʼ madwar il-​belt b’ħafna żwiemel u karrijiet tal-​gwerra tan-​nar.

Eliżew u l-qaddej tiegħu jaraw madwarhom armata t’anġli

Meta l-​armata Sirjana pprovat taqbad lil Eliżew, hu talab lil Ġeħova għall-​għajnuna. Għalhekk, Ġeħova ġiegħel lis-​suldati jitħawdu u dawn ma kinux jafu fejn qegħdin. Eliżew qalilhom: ‘Intom qegħdin fil-​belt il-​ħażina. Ejjew warajja ħa niħodkom għand ir-​raġel li qed tfittxu.’ Huma marru warajh sal-​belt tas-​Samarija, fejn kien jgħix is-​sultan taʼ Iżrael.

Xħin is-​Sirjani indunaw fejn kienu, huma ma setgħu jagħmlu xejn. Is-​sultan taʼ Iżrael staqsa lil Eliżew: ‘Noqtolhom?’ Kien Eliżew se jieħu dan iċ-​ċans biex ipatti lil dawk li pprovaw iweġġgħuh? Le. Eliżew qal lis-​sultan: ‘Toqtolhomx. Agħtihom x’jieklu, u ibgħathom lura.’ Meta qallu hekk, is-​sultan għamlilhom festa kbira u mbagħad bagħathom lura pajjiżhom.

Is-suldati Sirjani jieklu ikla fis-Samarija

“Din hi l-​fiduċja li għandna fih, li, kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.”—1 Ġwanni 5:14

Mistoqsijiet: Ġeħova kif ipproteġa lil Eliżew u lill-​qaddej tiegħu? Taħseb int li Ġeħova jistaʼ jipproteġi lilek ukoll?

2 Slaten 6:8-24

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja