LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 60 p. 144-p. 145 para. 2
  • Saltna li se tibqaʼ għal dejjem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saltna li se tibqaʼ għal dejjem
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-​Qawma u l-​Waqgħa taʼ Statwa Immensa
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Danjel
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħolma dwar siġra kbira
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Jissolva l-​Misteru tas-​Siġra l-​Kbira
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 60 p. 144-p. 145 para. 2
Is-Sultan Nebukadnessar joħlom dwar xbieha kbira ħafna li ġiet imkissra b’ġebla

LEZZJONI 60

Saltna li se tibqaʼ għal dejjem

Darba waħda billejl, is-​Sultan Nebukadnessar ħolom ħolma stramba. Tant inkwetatu li ma setax jorqod. Għalhekk, hu sejjaħ quddiemu lil dawk li jipprattikaw il-​maġija u qalilhom: ‘Spjegawli l-​ħolma.’ Huma qalulu: ‘Għidilna xi ħlomt, O sultan.’ Imma Nebukadnessar qalilhom: ‘Le! Intom tridu tgħiduli xi ħlomt, inkella noqtolkom.’ Għal darba oħra wiġbuh: ‘L-​ewwel trid tgħidilna xi ħlomt, imbagħad inkunu nistgħu ngħidulek xi tfisser.’ Hu qalilhom: ‘Intom kollha qed tipprovaw tqarrqu bija. Għiduli xi ħlomt!’ Huma qalu lis-​sultan: ‘Dak li qed titlob mhux possibbli għax ma jeżisti ħadd li jistaʼ jagħmel dan.’

Nebukadnessar tant irrabja li ordna li jinqatlu l-​irġiel għorrief kollha tal-​pajjiż. Dan kien ifisser li anki Danjel, Sidrak, Mesak, u Għabednego kienu se jiġu maqtulin. Danjel staqsa lis-​sultan biex itih ftit taż-​żmien. Imbagħad, hu u t-​tlett iħbieb tiegħu talbu lil Ġeħova għall-​għajnuna. Ġeħova x’għamel?

Permezz taʼ viżjoni, Ġeħova wera lil Danjel il-​ħolma li kellu Nebukadnessar u spjegalu xi tfisser. L-​għada, Danjel mar għand il-​qaddej tas-​sultan u qallu: ‘Toqtol lil ħadd mill-​irġiel għorrief. Jien nistaʼ nispjega l-​ħolma li kellu s-​sultan.’ Il-​qaddej ħa lil Danjel quddiem Nebukadnessar. Danjel qal lis-​sultan: ‘Alla wriek il-​futur. Din hi l-​ħolma tiegħek: Int rajt xbieha kbira ħafna, b’rasha tad-​deheb, sidirha u dirgħajha tal-​fidda, żaqqha u koxxtejha tar-​ram aħmar, riġlejha tal-​ħadid, u saqajha kienu tal-​ħadid u tat-​tafal imħalltin flimkien. Imbagħad, ġebla nqatgħet minn muntanja, u laqtet is-​saqajn tax-​xbieha. Ix-​xbieha tfarrket u saret trab li tar mar-​riħ. Imbagħad, il-​ġebla saret muntanja kbira u mliet l-​art kollha.’

Danjel imbagħad qal: ‘Dan hu dak li tfisser il-​ħolma tiegħek: Is-​saltna tiegħek hi r-​ras tad-​deheb. Il-​fidda hija saltna li se tiġi warajk. Imbagħad, ħa jkun hemm waħda bħar-​ram aħmar li se taħkem fuq l-​art kollha. Is-​saltna li tiġi warajha se tkun b’saħħitha daqs il-​ħadid. Fl-​aħħar, se jkun hemm saltna maqsuma li partijiet minnha se jkunu b’saħħithom daqs il-​ħadid u partijiet minnha se jkunu dgħajfin bħat-​tafal. Il-​ġebla li se ssir muntanja hi s-​Saltna t’Alla. Din se tfarrak dawn is-​saltniet kollha u se tibqaʼ għal dejjem.’

Xħin semaʼ dan, Nebukadnessar niżel għarkopptejh b’wiċċu lejn l-​art quddiem Danjel. Hu qal: ‘Alla tiegħek spjega din il-​ħolma lilek. M’hemmx Alla ieħor bħalu.’ Imbagħad, minflok ma qatel lil Danjel, Nebukadnessar poġġieh kap fuq l-​irġiel għorrief kollha u mexxej f’Babilonja. Qed tara b’liema mod Ġeħova wieġeb it-​talba taʼ Danjel?

‘Ġabruhom flimkien lejn il-​post li . . . jissejjaħ Armageddon.’—Rivelazzjoni 16:16

Mistoqsijiet: Danjel kif irnexxielu jispjega l-​ħolma taʼ Nebukadnessar? X’kienet tfisser il-​ħolma?

Danjel 2:1-49

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja