LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 61 p. 146-p. 147 para. 3
  • Huma ma ridux imilu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma ma ridux imilu
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ma Ridux Imilu
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-​Fidi Tagħhom Baqgħet Soda Wara l-​Kalvarju Tagħhom
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • Min Hu Alla Tiegħek?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • ‘Alla Tagħna Jistaʼ Jeħlisna’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 61 p. 146-p. 147 para. 3
Sidrak, Mesak, u Għabednego ma jridux imilu quddiem l-istatwa tad-deheb

LEZZJONI 61

Huma ma ridux imilu

Xi żmien wara li s-​Sultan Nebukadnessar kellu l-​ħolma dwar ix-​xbieha, hu għamel statwa tad-​deheb kbira ħafna. Hu poġġieha fl-​art wiesaʼ u ċatta taʼ Dura u sejjaħ lill-​iktar nies importanti tal-​pajjiż biex jinġabru quddiemha. Magħhom kien hemm Sidrak, Mesak, u Għabednego. Is-​sultan ikkmanda: ‘Xħin tisimgħu l-​ħoss tat-​trumbetti, tal-​arpi, u tal-​istrumenti l-​oħra, tridu tmilu quddiem l-​istatwa! Kull min ma jmilx se jiġi mitfugħ ġo forn tan-​nar.’ Kienu t-​tliet Ebrej se jmilu quddiem l-​istatwa, jew kienu se jqimu biss lil Ġeħova?

Imbagħad, is-​sultan ikkmanda biex tindaqq il-​mużika. Xħin semgħu dan, kulħadd niżel u miel quddiem l-​istatwa minbarra Sidrak, Mesak, u Għabednego. Xi wħud mill-​irġiel indunaw u qalu lis-​sultan: ‘Dawk it-​tliet Ebrej ma jridux iqimu l-​istatwa.’ Nebukadnessar bagħat għalihom u qalilhom: ‘Ħa nagħtikom ċans ieħor biex tqimu l-​istatwa. Jekk ma tagħmlux hekk, se nitfagħkom fil-​forn tan-​nar. Ma hemm l-​ebda alla li se jkun jistaʼ jsalvakom minni.’ Huma wiġbuh: ‘Aħna m’għandniex bżonn ċans ieħor. Alla tagħna jistaʼ jsalvana. Imma anki jekk ma jsalvaniex, O sultan, m’aħniex se nqimu l-​istatwa.’

Nebukadnessar irrabja ħafna. Hu qal lill-​irġiel tiegħu: ‘Agħmlu n-​nar tal-​forn sebaʼ darbiet iktar jaħraq milli jkun is-​soltu!’ Imbagħad ikkmanda lis-​suldati: ‘Orbtuhom u itfgħuhom fil-​forn!’ Il-​forn tan-​nar tant kien jaħraq li xħin is-​suldati resqu lejh mill-​ewwel mietu. It-​tliet Ebrej spiċċaw fin-​nar. Imma meta Nebukadnessar ħares ġewwa, hu ra li kien hemm erbat irġiel mexjin u mhux tlieta. Hu beżaʼ u staqsa lill-​uffiċjali tiegħu: ‘Aħna mhux tlett irġiel tfajna fin-​nar? Jien qed nara erbgħa, u wieħed minnhom qisu anġlu!’

Nebukadnessar resaq eqreb lejn il-​forn u għajjat: ‘Oħorġu, intom l-​qaddejja tal-​Alla l-​Iktar Għoli!’ Kulħadd baqaʼ ċċassat xħin ra lil Sidrak, Mesak, u Għabednego ħerġin mill-​forn bla ma ġralhom xejn. Il-​ġilda tagħhom, xagħarhom, u ħwejjiġhom ma kinux inħarqu, u lanqas riħa taʼ ħruq ma kellhom.

Nebukadnessar imbagħad qal: ‘L-​Alla taʼ Sidrak, Mesak, u Għabednego hu kbir. Hu bagħat l-​anġlu tiegħu u salvahom. M’hemmx alla ieħor bħalu.’

Lest int li, jiġri x’jiġri, tibqaʼ leali lejn Ġeħova bħalma għamlu dawn it-​tliet Ebrej?

Is-Sultan Nebukadnessar ma jistax jemmen li qed jara lil Sidrak, Mesak, u Għabednego ħerġin min-nar bla ma ġralhom xejn

“Qim lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.”—Mattew 4:10

Mistoqsijiet: Sidrak, Mesak, u Għabednego x’ma ridux jagħmlu? Ġeħova kif salvahom?

Danjel 3:1-30

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja