LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 98 p. 228-p. 229 para. 1
  • It-tagħlim Kristjan jixxandar f’ħafna pajjiżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-tagħlim Kristjan jixxandar f’ħafna pajjiżi
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Mudell Ispirat taʼ Xogħol Missjunarju Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • In-Nies taʼ Jehovah Issodati fil-Fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • ’Kienu Ferħanin u Rċivew l-Ispirtu’
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • “Huma Ppritkaw bil-Kuraġġ bl-Awtorità taʼ Ġeħova”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 98 p. 228-p. 229 para. 1
L-appostlu Pawlu u Barnaba jippritkaw lill-gvernatur taʼ Ċipru, Serġju Pawlu

LEZZJONI 98

It-tagħlim Kristjan jixxandar f’ħafna pajjiżi

L-​appostli obdew il-​kmand taʼ Ġesù biex jippritkaw l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha. Fis-​sena 47 WK, l-​aħwa f’Antjokja bagħtu lil Pawlu u lil Barnaba fuq vjaġġ taʼ ppritkar. Iż-​żewġ dixxipli żelużi vvjaġġaw madwar l-​Asja Minuri kollha (illum magħrufa bħala t-​Turkija) f’postijiet bħal Derbe, Listra, u Ikonju.

Pawlu u Barnaba ppritkaw lil kulħadd, lis-​sinjuri u lill-​foqra, liż-​żgħar u l-​kbar. Ħafna aċċettaw il-​verità dwar Kristu. Meta Pawlu u Barnaba bdew jippritkaw lil Serġju Pawlu, il-​mexxej taʼ Ċipru, kien hemm saħħar li pprova jwaqqafhom. Pawlu qal lis-​saħħar: ‘Ġeħova se jikkastigak għal dan il-​ħażin li qed tagħmel.’ Dak il-​ħin, is-​saħħar ma baqax jara. Malli ra dan, il-​Gvernatur Pawlu sar jemmen.

Pawlu u Barnaba ppritkaw kullimkien, minn dar għal dar, fuq il-​monti, fit-​toroq, u fis-​sinagogi. Meta fejqu raġel li ma kienx jimxi sew f’Listra, dawk li raw il-​miraklu jseħħ ħasbu li kienu allat u pprovaw iqimuhom. Imma Pawlu u Barnaba waqqfuhom billi qalu: ‘Qimu biss lil Alla! Aħna nies bħalkom.’ Imbagħad ġew xi Lhud u dawru lill-​folla kontra Pawlu. In-​nies li kien hemm fil-​folla tefgħulu l-​ġebel biex joqtluh, kaxkruh ’il barra mill-​belt, u ħallewh hemm għax ħasbu li kien mejjet. Imma Pawlu kien għadu ħaj! L-​aħwa malajr marru jgħinuh u ħaduh lura fil-​belt. Iktar tard, Pawlu mar lura Antjokja.

Fis-​sena 49 WK, Pawlu mar fuq vjaġġ ieħor. Wara li mar lura fl-​Asja Minuri biex jara l-​aħwa, hu anki mar fl-​Ewropa, bl-​aħbar tajba. Mar Filippi, Tessalonika, Ateni, u postijiet oħra. Sila, Luqa, u żagħżugħ jismu Timotju ngħaqdu maʼ Pawlu fuq il-​vjaġġ tiegħu. Huma ħadmu flimkien biex jifformaw kongregazzjonijiet u biex jgħinuhom jissaħħu. Pawlu baqaʼ Korintu sena u nofs biex isaħħaħ l-​aħwa t’hemmhekk. Hu pprietka, għallem, u kiteb ittri lil kongregazzjonijiet. Kien ukoll jagħmel it-​tined. Wara xi żmien, Pawlu għadda minn Efesu u mbagħad mar lura Antjokja (tas-​Sirja).

L-appostlu Pawlu jipprietka fis-suq

Iktar tard, fis-​sena 52 WK, Pawlu beda t-​tielet vjaġġ tiegħu mill-​Asja Minuri. Pawlu qattaʼ xi snin Efesu jgħallem, ifejjaq, u jgħin lill-​kongregazzjoni. Kuljum kien ukoll jagħti taħditiet pubbliċi ġo sala tal-​iskola. Ħafna nies semgħu u bidlu ħajjithom. Imbagħad hu vvjaġġa ’l fuq sa Filippi u wara niżel lejn Korintu. Fl-​aħħar, wara li pprietka l-​aħbar tajba f’ħafna pajjiżi, Pawlu mar Ġerusalemm.

“Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.”—Mattew 28:19

Mistoqsija: Tistaʼ ssegwi l-​vjaġġi taʼ ppritkar taʼ Pawlu? Agħmel dan billi tuża l-​mappa f’Taqsima 17 tal-​ktejjeb li jismu Gwida għall-​istudju tal-​Kelma t’Alla (sgd).

Atti kapitli 13–23

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja