AGĦMEL DIXXIPLI
LEZZJONI 12
Kun Kuraġġuż
Prinċipju: “Iż-żejt u l-inċens iferrħu l-qalb bħal ħabib li jagħti parir b’mod sinċier.”—Prov. 27:9.
Dak li Għamel Ġesù
1. Ara l-VIDJOW jew aqra Marku 10:17-22. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
a. Ġesù liema kwalitajiet tajbin setaʼ ra fiż-żagħżugħ sinjur?
b. Ġesù għala kellu bżonn l-imħabba u l-kuraġġ biex jagħtih parir?
X’Nitgħallmu minn Ġesù?
2. Irridu nuru l-imħabba, imma rridu wkoll nispjegaw b’mod ċar lill-istudent x’għandu jagħmel biex ikabbar il-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova.
Imita lil Ġesù
3. Għin lill-istudent jagħmel miri u jilħaqhom.
a. Uża l-parti “Ipprova Dan” li hemm f’kull lezzjoni tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!
b. Għin lill-istudent jifhem x’għandu jagħmel biex jilħaq miri żgħar u miri kbar.
ċ. Faħħar lill-istudent spiss għall-progress li jkun qed jagħmel.
4. Ipprova sir af għala l-istudent tiegħek mhux jagħmel progress u għinu jegħleb l-isfidi li jkollu.
a. Staqsi lilek innifsek:
‘X’inhi r-raġuni li l-istudent mhux jagħmel progress biex jasal għall-magħmudija?’
‘X’nistaʼ nagħmel biex ngħinu?’
b. Itlob għall-kuraġġ biex titkellem miegħu b’mod ċar u bi mħabba turih x’għandu bżonn jagħmel.
5. Jekk l-istudent mhux jagħmel progress waqqaf l-istudju.
a. Staqsi lilek innifsek il-mistoqsijiet li ġejjin biex tkun taf għandekx twaqqaf l-istudju:
‘L-istudent qed japplika dak li qed jitgħallem?’
‘Jattendi l-laqgħat u jitkellem dwar dak li qed jitgħallem m’oħrajn?’
‘Jekk ilu jistudja għal żmien twil, irid isir wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova?’
b. Jekk student tal-Bibbja mhux lest li jagħmel progress:
Ipprova għinu jara x’qed iżommu lura.
Bi mħabba spjegalu għala se twaqqaf l-istudju.
Spjegalu x’għandu jagħmel jekk jixtieq ikompli jistudja.