LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg pp. 4-7
  • Int Tistaʼ Ssir Iktar Kuraġġuż!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Tistaʼ Ssir Iktar Kuraġġuż!
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Int Tistaʼ Timita l-Kuraġġ li Kellu Ġesù!
  • Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinek Ikollok Iktar Kuraġġ?
  • “Kun kuraġġuż . . . u aġixxi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • “Ara! L-​Iljun tat-​Tribù taʼ Ġuda”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • “Kun Kuraġġuż u Agħmel il-Ħila”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Agħtini l-Kuraġġ
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg pp. 4-7

INTRODUZZJONI

Int Tistaʼ Ssir Iktar Kuraġġuż!

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

1-3. Ġesù kif wera kuraġġ meta qal: “Qumu, ejja mmorru”?

AĦSEB dwar l-aħħar lejl taʼ Ġesù Kristu fuq l-art. Hu kien fil-ġnien tal-Ġetsemani, ftit ’il barra minn Ġerusalemm. Kien tard u l-qamar kien qed jiddi. Ġesù kien jaf li rġiel armati kienu ġejjin għalih. Kien jaf ukoll li dawn kienu se jarrestawh, jittorturawh, u anki joqtluh. Hu kien se jkollu jissaporti l-akbar prova li bniedem qatt iffaċċja. Kien jaf li kien se jiffaċċja dan kollu waħdu, imma hu ma beżax.

Ġesù fil-ġnien tal-Ġetsemani qed jistenna bil-paċenzja biex jiġi arrestat.

“Qumu, ejja mmorru.”​—⁠Mat. 26:46

2 Għalkemm Ġesù kieku ried setaʼ jitlob lil Missieru biex jibgħat armata t’anġli, hu qatt m’għamel hekk. (Mat. 26:53) Minflok, b’kuraġġ qal lill-appostli tiegħu: “Qumu, ejja mmorru.” (Mat. 26:46) Qabel, hu kien diġà qalilhom dan il-kliem. (Ġw. 14:31) Imma din id-darba s-sitwazzjoni kienet differenti.

3 X’kien ifisser kliemu? Kien hu qed jaħrab mill-irġiel li kienu ġejjin biex jarrestawh? Le. Hu kien lest li jiffaċċjahom. Ġesù kien lest li jiġi ttorturat u jmut, għax kien iħobb lil Missieru u lid-dixxipli tiegħu. Ejja naraw għala Ġesù hu l-aqwa eżempju taʼ kuraġġ.

4-5. Persuna kif tistaʼ turi l-kuraġġ li wera Ġesù, u dan għala hu importanti?

4 Ġesù kien l-iktar persuna kuraġġuża li qatt għexet. Int wieħed mid-dixxipli tiegħu? Mela anki inti kuraġġuż. Il-Kristjani veri jrid ikollhom il-kuraġġ. Illum ngħixu fi żmien diffiċli u perikoluż, allura għandna bżonn ikollna din il-kwalità iktar minn qatt qabel.

5 Kif nistgħu nuru l-kuraġġ li wera Ġesù? Xi nies jaħsbu li tkun kuraġġuż ifisser li ma tibżaʼ minn xejn, tpoġġi lilek innifsek fil-periklu għalxejn, jew li taħseb li xejn ma jistaʼ jweġġgħek. Jew jaħsbu li jfisser li tkun vjolenti biex turi li inti b’saħħtek. (Slm. 11:5) Imma l-kuraġġ li wera Ġesù ma kienx hekk. Persuna li vera hi kuraġġuża tagħmel dak li jogħġob lil Ġeħova, anki jekk ikun diffiċli jew qed tibżaʼ.

Int Tistaʼ Timita l-Kuraġġ li Kellu Ġesù!

6. Jekk taħseb li ma tistax tkun kuraġġuż, il-kliem li Ġesù qal lill-appostli kif jistaʼ jgħinek?

6 Forsi taħseb jekk qattx tistaʼ tkun kuraġġuż bħalma kien Ġesù meta tgħaddi minn prova. Jekk taħseb hekk ftakar li Ġesù hu raġunevoli. Bħal Missieru, hu qatt ma jistenna iktar milli tiflaħ tagħmel. (Slm. 103:14; Ġw. 14:9) Pereżempju, f’dak l-istess lejl, fil-ġnien tal-Ġetsemani, Ġesù qal lill-appostli biex jibqgħu mqajmin miegħu, imma huma raqdu. Minkejja dan, bi mħabba qalilhom: “L-intenzjoni hi tajba, imma l-ġisem hu dgħajjef.” (Mat. 26:41) Ġesù fehem id-dgħufijiet tagħhom, u jifhem tiegħek ukoll.

7-8. Ġesù kif wera li kien ċert li d-dixxipli tiegħu jistgħu jkunu kuraġġużi?

7 Ġesù kien ċert li d-dixxipli tiegħu jistgħu jkunu kuraġġużi. Immaġina kemm ħassewhom inkuraġġiti meta qalilhom: “Agħmlu l-kuraġġ, għax jien irbaħt lid-dinja!” (Ġw. 16:33) Hu kien jaf li huma setgħu jimitawh, u hekk għamlu. Ġesù qal il-kliem “agħmlu l-kuraġġ” ħafna drabi. Hu qal dan lil raġel li ma setax jimxi qabel ma qallu li kienu nħafrulu dnubietu. (Mat. 9:2) Qalu lil mara wara li fejjaqha mill-marda serja tagħha. (Mat. 9:22) Qalu lid-dixxipli tiegħu meta kienu qed jibżgħu waqt maltempata. (Mat. 14:27) U mis-sema qalu wkoll lill-appostlu Pawlu wara li xi membri tas-Sinedriju pruvaw joqtluh.​—Atti 23:9-11.

8 Illum, ir-Re kuraġġuż tiegħek qed jgħid l-istess ħaġa lilek. Hu jridek ‘tagħmel kuraġġ’ għax ċert li int tistaʼ tkun kuraġġuż! Fil-fatt, Missieru Ġeħova diġà tak dak kollu li għandek bżonn biex tkun kuraġġuż.

Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinek Ikollok Iktar Kuraġġ?

9. Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinna jkollna iktar kuraġġ?

9 Għax Ġeħova jħobbna, fil-Bibbja tana ħafna eżempji li jistgħu jgħinuna jkollna iktar kuraġġ. Fiha nistgħu naqraw dwar irġiel u nisa taʼ kull età li f’ħajjithom kellhom ċirkustanzi differenti. Kollha kemm huma żgur li kellhom “sentimenti bħal tagħna,” eżatt bħalma kellu Elija. (Ġak. 5:17) Bħalna, kollha kienu imperfetti, u kellhom dgħufijiet u beżgħat. Uħud minnhom iffaċċjaw diversi sfidi u anki sitwazzjonijiet perikolużi. Minkejja dan, huma rebħuhom bħalma għamel Ġesù. Huma għamlu kuraġġ u meta naqraw dwar l-eżempju tagħhom, anki aħna niġu mmotivati biex nuru kuraġġ.

10-11. Dan il-ktieb x’jistaʼ jgħinek tagħmel, u kif tistaʼ tużah? (Ara wkoll il-kaxxa “Kif Tuża Dan il-Ktieb għall-Istudju Persunali u l-Qima Bħala Familja.”)

10 Dan il-ktieb hu ddisinjat biex jgħinek ikollok iktar kuraġġ. Fl-54 kapitlu se tara kif Ġeħova għen lil uħud imperfetti bħalek ikollhom il-kuraġġ li kellhom bżonn. Għalhekk, aqra kull storja, imbagħad fittex għal iktar informazzjoni ħalli titgħallem iktar dwar il-persuna. Hekk kif tagħmel dan, se ssir taf iktar u iktar dwar il-karattru tal-Bibbja.

11 Jalla l-eżempji tagħhom jgħinuk tkun iktar kuraġġuż ħalli tkun tistaʼ tissaporti dawn “l-aħħar jiem.” (2 Tim. 3:1) Kuljum, ftakar f’dak li wiegħdek Ġeħova: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.” Kif semma Pawlu, dan il-kliem jistaʼ jgħinek tkun mimli kuraġġ u tgħid: “Ġeħova hu l-wieħed li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ.”​—Lhud 13:5, 6.

Kif Tuża Dan il-Ktieb għall-Istudju Persunali u l-Qima Bħala Familja

  • Aqra l-istorja (1) u l-iskritturi mill-Bibbja (2). Itlob u mmedita fuq il-mistoqsija għad-diskussjoni (3).

  • Ara sew l-istampi (4). X’nitgħallmu dwar in-nies li jidhru fl-istampi, l-isfidi tagħhom, u l-kuraġġ li wrew?

    Stampa taʼ paġni 28 u 29, li fuqha turi fejn qegħdin il-punti minn wieħed sa erbgħa taʼ kull kapitlu.
  • Fittex iktar (5) dwar l-istorja billi taqra r-referenzi li hemm mal-mistoqsijiet.

  • Aħseb fuq dak li tistaʼ titgħallem (6) mill-istorja, kif tistaʼ tapplikah, u meta tistaʼ tużah biex tgħin lil ħaddieħor.

  • Ħu l-ħin biex taħseb (7) dwar x’tgħallmek din l-istorja dwar Ġeħova, kif inhi marbuta mal-iskop tiegħu, u dwar il-futur tagħna.

  • Tgħallem iktar (8) billi taqra l-artikli jew tara l-vidjows li hemm fl-aħħar tal-kapitlu.

    Stampa taʼ paġni 30 u 31, li fuqha turi fejn qegħdin il-punti minn ħamsa sa tmienja taʼ kull kapitlu.

Għall-istudju personali, fittex fuq il-website jw.org għal iktar artikli, vidjows, jew taħditiet li għandhom x’jaqsmu mal-karattru tal-Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja