LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 2/15 p. 3
  • Kif Tħares Int Lejn il-Għaxar Kmandamenti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tħares Int Lejn il-Għaxar Kmandamenti?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • X’inhuma l-Għaxar Kmandamenti t’Alla?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • L-Għaxar Kmandamenti Kif Jaffettwawk?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Qegħdin Aħna Taħt L-Għaxar Kmandamenti?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • L-imħabba t’Alla ma tispiċċa qatt
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 2/15 p. 3

Kif Tħares Int Lejn il-​Għaxar Kmandamenti?

IN-​NIES iħarsu lejn il-​Għaxar Kmandamenti tal-​Bibbja b’diversi modi. Is-​Seventh-Day Adventists igħidu li l-​Għaxar Kmandamenti jorbtu lin-​nies kollha. Il-​Luterani jqisuhom bħala “l-​aqwa sett taʼ regoli li qatt ingħataw li fuqhom individwu jistaʼ jfassal ħajtu.” “Jekk tifhimhom sewwa,” jispjega wieħed kelliemi Kattoliku, “l-​Għaxar Kmandamenti għadhom jipprovdu bażi għal għixien Kristjan.”

B’hekk, waqt li xi gruppi reliġjużi jemmnu li għandna nobdu l-​Għaxar Kmandamenti għalkollox, oħrajn iqisuhom sempliċement bħala gwida għal imġieba morali tajba. Tabilħaqq, skond l-​Encyclopoedia of Religion and Ethics, “ma hemm probabbli ebda dokument uman li eżerċita influwenza akbar fuq il-​ħajja reliġjuża u morali mid-​Dekalogu [l-Għaxar Kmandamenti].” Dan għala hu l-​każ? Qis l-​ewwelnett x’igħidu l-​Għaxar Kmandamenti nfushom. Huma qosra, jiġbru ħafna fihom, u huma qawwija. X’ifissru għalik?

[Kaxxa f’paġna 3]

IL-​GĦAXAR KMANDAMENTI

1. Ma trid ikollok ebda allat oħra kontra wiċċi.

2. Ma tridx tagħmel għalik innifsek xbieha minquxa jew xi forma bħal xi ħaġa li qiegħda fis-​smewwiet fuq jew li qiegħda fuq l-​art taħt jew li qiegħda fl-​ilmijiet taħt l-​art. Ma tridx tmil lejhom lanqas tiġi mħajjar taqdihom . . .

3. Ma tridx issemmi l-​isem taʼ Jehovah Alla tiegħek b’mod bla ġieh. . .

4. Billi tiftakar jum is-​sibt biex tqaddsu, trid tagħti servizz u trid tagħmel ix-​xogħol kollu tiegħek sitt ijiem.... Ma trid tagħmel ebda xogħol, la int lanqas ibnek jew bintek, l-​irsir tiegħek jew l-​irsira tiegħek jew l-​annimal domestiku tiegħek jew ir-​resident barrani tiegħek li hu ġewwa x-​xatbiet tiegħek . . .

5. Onora lil missierek u lil ommok . . .

6. Ma tridx toqtol.

7. Ma tridx tikkommetti adulterju.

8. Ma tridx tisraq.

9. Ma tridx tixhed fil-​falz bħala xhud kontra sieħbek.

10. Ma tridx tixtieq id-​dar taʼ sieħbek. Ma tridx tixtieq il-​mara taʼ sieħbek, lanqas l-​irsir tiegħu jew l-​irsira tiegħu jew il-​gendus tiegħu jew il-​ħmar tiegħu jew kull ħaġa li hi taʼ sieħbek.—Eżodu 20:3-17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja