LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 3/1 p. 3
  • It-Tjubija t’Alla Tattirak?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tjubija t’Alla Tattirak?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Attributi Ewlenin t’Alla
  • It-Tjubija Abbundanti taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • “O kemm hija kbira t-tjubija tiegħu!”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Jehovah—L-Akbar Eżempju taʼ Tjubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • It-tjubija—Kif tistaʼ tiżviluppaha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 3/1 p. 3

It-​Tjubija t’Alla Tattirak?

GĦANDEK int xi ħabib intimu? Jekk inhu hekk, qatt irriflettejt dwar x’ġibdek lejn dik il-​persuna? Forsi d-​dehra tiegħu (jew tagħha)? Forsi kien il-​fatt li intom interessati fl-​istess affarijiet? Jew forsi kienu kwalitajiet iktar profondi, bħall-​qalb tajba u l-​għerf? Jekk il-​kwalità li għaqqdet il-​ħbiberija tagħkom kienet it-​tjieba, allura għandek relazzjoni bnina tabilħaqq. It-​tjieba ġenwina rari ssibha llum meta, fil-​biċċa l-​kbira, in-​nies huma “mingħajr imħabba għat-​tjieba.”—2 Timotew 3:3.

Għal wieħed Kristjan, l-​iktar relazzjoni importanti fil-​ħajja ma hix maʼ xi bniedem ieħor iżda m’Alla. Mela meta taħseb dwar din ir-​relazzjoni, qatt ikkunsidrajt: ‘Liema mill-​kwalitàjiet t’Alla jiġbduni l-​iktar lejn Alla?’

L-​Attributi Ewlenin t’Alla

Fil-​fatt, il-​Bibbja tiddeskrivi ħafna kwalitajiet t’Alla li jispikkaw. Ġeneralment l-​erbgħa li jissemmew l-​iktar huma l-​imħabba tiegħu, il-​ġustizzja tiegħu, il-​għerf tiegħu, u l-​qawwa tiegħu li jistaʼ kollox. (Dewteronomju 32:4; Ġob 12:13; Salm 147:5; 1 Ġwann 4:8) Kieku kellna nagħżlu bejn dawn l-​erbaʼ kwalitajiet, forsi konna ngħidu li l-​imħabba t’Alla ġibditna l-​iktar lejh. Imsieħba mill-​qrib mal-​imħabba tiegħu, madankollu, hemm it-​tjubija li jisboq fiha. Il-​kittieba tal-​Bibbja kitbu b’mod elokwenti dwar din il-​ħaġa, u tjubija bħal din tħajjar lill-​bnedmin ikollhom relazzjoni b’saħħitha u taʼ ferħ mal-​Ħallieq tagħhom.

Per eżempju, tard fis-​sitt seklu Q.E.K., il-​profeta Żakkarija qal bi stagħġib dwar Jehovah: “Kemm hi kbira t-​tjubija tiegħu, u kemm hi kbira s-​sbuħija tiegħu!” (Żakkarija 9:17) Bosta snin qabel Żakkarija, Isaija b’mod simili faħħar lil Alla meta kiteb: “Il-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah jien se nsemmi, . . . saħansitra t-​tjubija abbundanti għad-​dar taʼ Iżrael li hu għamel għalihom.”−Isaija 63:7.

Tliet sekli qabel, is-​Sultan David kien kiteb b’mod li jqanqal dwar it-​tjubija t’Alla. David kiteb mill-​esperjenza, billi kien gawda din it-​tjubija matul ħajtu kollha. Alla kien tajjeb ferm maʼ David, speċjalment wara d-​dnub serju ferm tiegħu f’konnessjoni maʼ Batxeba u żewġha Urija, meta Alla wera ħniena lejh. (2 Samwel 12:9, 13) F’Salm 31:19, David jiddikjara b’apprezzament: “Kemm hi abbundanti t-​tjubija tiegħek, li int ħżint bħal teżor għal dawk li jibżgħu minnek!”

Tapprezzaha int it-​tjubija t’Alla daqs kemm kienu japprezzawha dawk l-​adoraturi tal-​qedem? Jekk inhu hekk, int se ġġarrab il-​vera “paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb,” waqt li tkun ukoll imqanqal biex tagħmel ir-​rieda tiegħu l-​ħin kollu. (Filippin 4:7) Dan żgur li se jkabbar l-​apprezzament tagħna lejn Missierna maħbub tas-​sema.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja