LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 7/1 pp. 4-6
  • Huwa Iktar Tard Milli Taħseb Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa Iktar Tard Milli Taħseb Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Affarijiet Kollha Jkomplu “Bħal mill-​Bidu tal-​Ħolqien”?
  • “It-Tmiem Tad-Dinja” Huwa Qrib Ferm!
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Kif Nafu li Aħna Qegħdin fl-​“Aħħar Jiem”
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Se Tagħti Int Kas it-Twissija t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 7/1 pp. 4-6

Huwa Iktar Tard Milli Taħseb Int?

TLETT ijiem qabel il-​mewt tiegħu, Ġesù kellu ġurnata movimentata f’Ġerusalemm, ġurnata li spiċċat biex kienet tal-​akbar sinjifikat għall-​Kristjani li qed igħixu llum. Huwa għallem fit-​tempju, u dawwar il-​mistoqsijiet li ppruvaw jonsbuh bihom lura għal fuq il-​mexxejja reliġjużi Lhud. Fl-​aħħar hu tefaʼ f’wiċċ l-​iskribi u l-​Fariżej denunzja taʼ kritika ħarxa li kixfithom bħala ipokriti u lifgħat li kienu mexjin lejn Geħenna.—Mattew, kapitli 22, 23.

Hekk kif hu kien se jitlaq mill-​inħawi tat-​tempju, wieħed mid-​dixxipli tiegħu qallu: “Għalliem, ara! liema xorta taʼ ġebel u liema xorta taʼ bini!” Ġesù, mhux impressjonat, qallu: “Tilmħu int dan il-​bini kbir? Bl-​ebda mod ma se titħalla ġebla fuq ġebla hawn u ma tiġix mitfugħa ’l isfel.” (Mark 13:1, 2) Ġesù mbagħad ħalla t-​tempju għall-​aħhar darba, niżel fil-​Wied taʼ Kidron, qasam min-​naħa għall-​oħra, u telaʼ t-​tlajja tal-​Muntanja taż-​Żebbuġ.

Hekk kif kien bil-​qiegħda jixxemmex fid-​dawl tax-​xemx taʼ tard fil-​għaxija hemm fuq il-​għolja, fejn setaʼ jara t-​tempju fuq il-​Muntanja Morija n-​naħa l-​oħra tal-​wied, Pietru, Ġakbu, Ġwanni, u Indrì ġew ħdejh fil-​privat. Itaqqlu lil imħuħhom kien hemm il-​kelmiet li hu kien lissen dwar li t-​tempju kellu jiġi mitfugħ ’l isfel. Huma staqsew: “Għidilna, Meta se jkunu dawn l-​affarijiet, u x’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek u tal-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet?” (Mattew 24:3; Mark 13:3, 4) It-​tweġiba li ta għall-​mistoqsija tagħhom dak in-​nhar wara nofs in-​nhar fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ hija taʼ importanza vitali għalina. Tistaʼ żżommna milli nistennew iżżejjed qabel ma naħsbu dwar il-​“konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet.”

Il-mistoqsija tagħhom kienet taʼ bit-​tnejn. Parti waħda kienet dwar it-​tmiem tat-​tempju u s-​sistema Lhudija; l-​oħra kienet tikkonċerna l-​preżenza futura taʼ Ġesù bħala Sultan u l-​konklużjoni taʼ din is-​sistema preżenti taʼ affarijiet. Dawn iż-​żewġ mistoqsijiet ġew imwieġba fit-​tweġiba taʼ Ġesù, kif inhi mogħtija f’​Mattew 24 u 25, Mark 13, u Luqa 21. (Ara wkoll Rivelazzjoni 6:1-8.) Rigward il-​konklużjoni taʼ din id-​dinja preżenti, jew sistema taʼ affarijiet Ġesù ddeskriva diversi fatturi li, meta jiġu meħudin flimkien, kellhom ikunu sinjal kompost li jidentifika l-​aħħar jiem. Qiegħed dak is-​sinjal kompost jiġi mwettaq? Qiegħed ipoġġina fl-​aħħar jiem li l-​Bibbja titkellem dwarhom? It-​twettieq tiegħu jwissina li jistaʼ jkun iktar tard milli naħsbu aħna?

Karatteristika waħda tas-​sinjal kompost taʼ Ġesù hi: “Ġens se jqum kontra ġens u saltna kontra saltna.” (Mattew 24:7) Fl-​1914, bdiet l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah taʼ dak iż-​żmien kienu immedjatament pronti. U għala? F’Diċembru 1879, xi 35 sena qabel ir-​rivista Watch Tower kienet qalet, ibbażata fuq il-​kronoloġija tal-​Bibbja, li l-​1914 kellha tkun sena taʼ importanza kruċjali fl-​istorja tal-​bniedem. Setgħet din il-​gwerra, l-​ewwel gwerra verament fuq skala dinjija, li fiha 28 ġens kienu eventwalment involuti u 14-il miljun persuna ġew maqtulin, tkun il-​bidu tal-​ġrajjiet li jwettqu s-​sinjal kompost taʼ Ġesù dwar it-​tmiem? Il-​fatturi l-​oħra tas-​sinjal kienu se jiġru wara dan.

F’“rivelazzjoni minn Ġesù Kristu,” dan l-​istess banju tad-​demm huwa mbassar. Hawn żiemel kulur in-​nar u r-​rikkieb tiegħu “jieħu l-​paċi lil hinn mill-​art.” (Rivelazzjoni 1:1; 6:4) Dak ċertament li ġara mill-​1914 sal-​1918. U l-​Ewwel Gwerra Dinjija kienet biss il-​bidu. Fl-​1939, it-​Tieni Gwerra Dinjija segwiet. Disaʼ u ħamsin nazzjon ġew miġbuda għal ġo dak il-​konflitt, u xi 50 miljun ruħ ġew maqtulin. Matul il-​45 sena wara t-​Tieni Gwerra Dinjija, iktar minn 125 gwerra ġew miġġielda, u nqatlu iktar minn 20 miljun ruħ.

Karatteristika oħra tas-​sinjal hi: “Se jkun hemm nuqqas taʼ ikel.” (Mattew 24:7) Kien hemm ġuħ maʼ kullimkien matul u wara l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Rapport wieħed jagħti lista taʼ ’l fuq minn 60 darba li kien hemm il-​ġuħ mill-​1914, li sewa ħafna miljuni taʼ ħajjiet. Barra minn hekk, saħansitra issa 40,000 tfal imutu kuljum minħabba nuqqas taʼ ikel u mard li jistaʼ jiġi evitat.

“Se jkun hemm terremoti kbar.” (Luqa 21:11) Dawn heżhżew lid-​dinja wara li bdiet l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Fl-​1915 terremot sewa l-​ħajja taʼ 32,610 fl-​Italja; fl-​1920 ieħor qatel 200,000 fiċ-​Ċina; u fl-​1923 fil-​Ġappun, 99,300 mietu; fl-​1935 f’dak li llum jissejjaħ il-​Pakistan, 25,000 tilfu ħajjithom; fl-​1939 fit-​Turkija, 32,700 għebu; fl-​1970 fil-​Perù, 66,800 ġew maqtula; fl-​1976 fiċ-​Ċina, 240,000 (xi wħud igħidu li 800,000) mietu; fl-​1988 fl-​Armenja, 25,000 tilfu ħajjithom. Ċertament, kien hemm terremoti kbar mill-​1914 ’il hawn!

“F’post wieħed wara ieħor pesti.” (Luqa 21:11) Matul l-​1918 u l-​1919, madwar 1,000,000,000 ruħ kienu morda bl-​influwenza Spanjola, u iktar minn 20,000,000 mietu. Imma dak kien biss il-​bidu. Fid-​dinja li qed tiżżviluppa, il-​malarja, is-​snail fever, ir-​river blindness, id-​diarrhea akuta, u mard ieħor ikomplu jimmankaw u joqtlu mijiet taʼ miljuni. U biex inżidu maʼ dan, il-​mard tal-​qalb u l-​kanċer jieħu iktar ħajjiet. Mard trażmess sesswalment qed jeqred lill-​umanità. Dak li qed jitterrorizza l-​qlub illum huwa l-​flaġell qerriedi tal-​AIDS, li huwa stmat li qed jinfetta vittma ġdida kull minuta, bla ma tidher ebda kura.

“Żjieda fil-​ksur tal-​liġi.” (Mattew 24:12) Il-​ksur tal-​liġi ilu bla kontroll mill-​1914 ’il hawn, u llum huwa esplussiv. Il-​qtil, l-​istupri, is-​serq, il-​gwerer tal-​klikek—jagħmlu l-​aħbarijiet ewlenin fuq il-​gazzetti u r-​radju u l-​aħbarijiet tat-​televiżjoni. Vjolenza bla skop għaddejja bla xkiel. Fl-​Istati Uniti, raġel armat spara mitt tir taʼ malajr minn xkubetta tal-​assalt fuq ċorma tfal taʼ l-​iskola—5 mejtin, 29 feruti. Fl-​Ingilterra raġel mitluf minn sensieh ibiċċer 16-il ruħ bi xkubetta tal-​assalt AK-47. Fil-​Kanada raġel li jobgħod lin-​nisa jmur l-​Universita taʼ Montreal u joqtol 14-il waħda. Nies bħal dawn huma bħal ilpup, iljuni, bhejjem selvaġġi, annimali bla raġuni li twieldu biex jinqabdu u jinqerdu.—Qabbel Eżekjel 22:27; Sofonija 3:3; 2 Pietru 2:12.

“[I]rġiel iħosshom ħażin bil-​biżaʼ u bl-​istennija tal-​affarijiet li ġejjin fuq l-​art abitata.” (Luqa 21:26) Ftit wara li splodiet l-​ewwel bomba atomika, ix-​xjenzat atomiku Harold C. Urey qal dwar il-​futur: “Se nieklu l-​biżaʼ, se norqdu l-​biżaʼ, ngħixu fil-​biżaʼ u mmutu fil-​biżaʼ.” Mal-​biżaʼ taʼ gwerra nukleari ġie miżjud il-​biżaʼ taʼ delitti, ġuħ, instabbilità ekonomika, kollass morali, tifrik taʼ familji, tniġġis tal-​art. Fil-​fatt, iż-​żminijiet ħżiena li huma miftuħin għall-​wirja quddiemna mill-​gazzetti taʼ kuljum u fuq l-​istampa tat-​televiżjoni firxu l-​biżaʼ maʼ kullimkien.

L-appostlu Pawlu kiteb ukoll dwar il-​kundizzjonijiet li kellu jkun hemm fl-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet. Meta naqraw il-​kliem tiegħu qisu qed naqraw l-​aħbarijiet tal-​ġurnata. “Imma kun af dan,” kiteb hu, “li fl-​aħħar jiem se jkun hawn żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom. Għax il-​bnedmin se jkunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, faħħarin, kburin, midgħajja, ma jobdux lill-​ġenituri, ma jroddux ħajr, m’humiex leali, m’għandhom ebda affezzjoni naturali, mhux lesti li jiftehmu, kalunnjaturi, bla rażan, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tjieba, tradituri, rashom iebsa, minfuħin bil-​kburija, iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu ’l Alla, għandhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma juru li huma foloz għall-​qawwa tagħha; u minn dawn warrab.”—2 Timotew 3:1-5.

L-​Affarijiet Kollha Jkomplu “Bħal mill-​Bidu tal-​Ħolqien”?

L-​appostlu Pietru bassar karatteristika oħra tal-​aħħar jiem: “Fl-​aħħar jiem se jiġu dawk li jwaqqgħu għaċ-​ċajt bit-​twaqqigħ għaċ-​ċajt tagħhom, jissoktaw skond ix-​xewqat tagħhom stess u jgħidu: ‘Fejn hi din il-​preżenza mwiegħda tiegħu? Ħeqq, minn dak in-​nhar li missirijietna tal-​qedem raqdu fil-​mewt, l-​affarijiet kollha qed ikomplu eżatt bħal mill-​bidu tal-​ħolqien.’”—2 Pietru 3:3, 4.

Illum, meta jissemma s-​suġġett tal-​aħħar jiem, ħafna nies iwettqu l-​kliem profetiku taʼ Pietru meta jwaqqgħu għaċ-​ċajt u jgħidu: ‘O, dawk l-​affarijiet kollha ġraw qabel. Hija biss l-​istorja li qed tirrepeti ruħha.’ Mela huma jwarrbu t-​twissijiet u jkomplu “jissoktaw skond ix-​xewqat tagħhom stess.” Huwa “skond ix-​xewqa tagħhom” li huma jwarrbu fil-​ġenb it-​twettieq taʼ profeziji li b’mod tant ċar qed jidentifikaw l-​aħhar jiem.—2 Pietru 3:5.

Minkejja dan, il-​fatturi differenti tas-​sinjal kompost imbassar minn Ġesù qatt ma ġie mwettaq kollu flimkien f’perijodu tant qasir taʼ żmien u b’tant intensità u b’konsegwenzi mifruxin bħal dawn. (Irrevedi, per eżempju, Mattew 24:3-12; Mark 13:3-8; Luqa 21:10, 11, 25, 26.) U nixtiequ niġbdulek l-​attenzjoni speċjalment għal terġaʼ fattur ieħor imbassar dwar l-​aħħar jiem, deskritt f’Rivelazzjoni.

Ejjew immorru f’​Rivelazzjoni 11:18. Hawn igħid li meta s-​Saltna taʼ Kristu tibda tirrenja u l-​ġnus huma mgħaddbin u ż-​żmien għall-​ħaqq jasal, imbagħad Jehovah se ‘jġib f’rovina lil dawk li qed jirrovinaw l-​art.’ M’huwiex it-​tniġġis jirrovinah l-​ambjent illum? Tabilħaqq, il-​bnedmin dejjem ħadu vantaġġ mir-​riżorsi tal-​art biex jistgħanew huma nfushom. Imma billi għamlu dan, qatt ma kienu f’pożizzjoni li jeqirduha milli tkun pjaneta abitabbli. Issa, minħabba t-​teknoloġija xjentifika li ġiet żviluppata mill-​1914 ’il hawn, il-​bnedmin sar għandhom il-​qawwa, u billi qed ifittxu bir-​regħba biex jaħtfu l-​għana, huma tabilħaqq qed jeqirdu l-​art, iniġġsu l-​ambjent u jipperikolaw l-​abbiltà tal-​art biex issostni l-​ħajja.

Soċjetà materjalistika, b’kilba għar-​rikkezzi, qiegħda issa tagħmel dan b’rata allarmanti. Dawn huma xi atroċitajiet li rriżultaw: xita aċiduża, sħana globali, toqob fl-​ozone layer, skart li rikibna, miżbliet tossiċi, erbiċidi u pestiċidi perikolużi, skart nukleari, irqajja taż-​żejt, tniġġis bid-​drenaġġ, speċi ipperikolati, agħdajjar mejtin, ilma mniġġes, foresti meqrudin, ħamrija mniġġsa, ħamrija tal-​wiċċ mitlufa, u dħaħen li jikkaġunaw ħsara għas-​siġar u x-​xtieli kif ukoll għas-​saħħa tal-​bniedem.

Il-professur Barry Commoner igħid: “Jiena nemmen li tniġġis kontinwu tal-​art, jekk ma jiġix ikkontrollat, se jġiegħel eventwalment lil din il-​pjaneta biex ma tkunx tajba għal ħajja umana. . . . Id-​diffikultà ma tinsabx fl-​injoranza xjentifika imma fil-​kilba tar-​regħba.” Il-​ktieb State of the World 1987 igħid f’paġna 5: “L-​iskala tal-​attivitajiet tal-​bniedem bdiet thedded l-​art infisha milli tkun abitabbli.” Serje popolari għat-​televiżjoni pubbliku li ntweriet fl-​Istati Uniti fl-​1990 kienet imsemmija “Race to Save the Planet.” (Tellieqa biex Insalvaw il-​Pjaneta.)

Il-bniedem qatt ma se jwaqqaf it-​tniġġis; Alla se jagħmel dan meta hu jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art. Alla u l-​Kmandant tal-​Armata tiegħu tas-​sema, Kristu Ġesù, se jagħmlu dan billi jesegwixxu ġudizzju fuq il-​ġnus materjalistiċi fil-​gwerra finali taʼ Armageddon.—Rivelazzjoni 16:14, 16; 19:11-21.

Fl-aħhar, innota l-​fattur li tant jispikka li ġej tal-​profezija taʼ Ġesù dwar l-​aħħar jiem: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna se tkun ippridkata fl-​art abitata kollha.” (Mattew 24:14) Din l-​aħbar tajba tgħid li s-​Saltna t’Alla qiegħda issa ssaltan fis-​smewwiet u dalwaqt se taġixxi biex teqred lil din is-​sistema mill-​agħar u tirrestawra l-​Ġenna fuq l-​art. L-​evanġelju ġie mxandar qabel imma qatt ma kopra l-​art abitata kollha kemm hi. Mill-​1914 ’il hawn, madankollu, x-​Xhieda taʼ Jehovah għamluh dan, minkejja l-​persekuzzjoni li bassar Ġesù—projbizzjonijiet mill-​gvernijiet, vjolenza mill-​marmalja, tfigħ fil-​ħabs, tortura, u ħafna mwiet.

Fl-1919 kien hemm 4,000 Xhieda taʼ Jehovah jippridkaw din l-​aħbar tajba. Il-​għadd tagħhom baqaʼ jiżdied, sabiex is-​sena l-​oħra ’l fuq minn 4,000,000 kienu qed ixandru f’212-il art, f’xi 200 lingwa, billi jqassmu mijiet taʼ miljuni taʼ Bibbji, kotba, u rivisti, billi jikkonduċu miljuni taʼ studji tal-​Bibbja fid-​djar tan-​nies, u jagħmlu konvenzjonijiet fi stadji kbar f’kull parti tad-​dinja. Qatt ma setaʼ volum tremend bħal dan taʼ ppridkar tal-​evanġelju jsir qabel l-​1914. It-​twettieq tiegħu fuq l-​iskala li ġiet milħuqa kienet tirrikjedi l-​magni tal-​istampar moderni taʼ veloċità kbira, il-​faċilitajiet taʼ vjaġġar, il-​kompjuters, il-​fax machines, kif ukoll il-​faċilitajiet taʼ trasport tal-​merċa bil-​baħar u tal-​komunikazzjoni li jinstabu b’mod uniku fi żmienna.

Ġerusalemm taʼ żmien Ġeremija kienet imwissija dwar il-​qerda li kellha tiġi fuqha; l-​abitanti tagħha waqqgħu għaċ-​ċajt, imma kien iktar tard milli ħasbu. Illum, twissija bil-​wisq akbar tal-​qerda f’Armageddon qed tiġi mlissna, b’evidenza li tappoġġjaha b’mod enormi. (Rivelazzjoni 14:6, 7, 17-20) Miljuni jsoddu widnejhom. Imma ż-​żmien qed jiskadi; huwa iktar tard milli qed jaħsbu huma. Huwa iktar tard milli qed taħseb int?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja