LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 7/1 pp. 7-11
  • Issa Hu ż-Żmien li Nfittxu lil Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Issa Hu ż-Żmien li Nfittxu lil Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dawk li Għandhom Bżonn il-​Għajnuna
  • Żmien għal Żelu u Azzjoni
  • Liema Għajnuna Prattika Nistgħu Noffru?
  • Jehovah Jixraqlu li Jigi Mfittex
  • Ġieli Tistaqsi, “Fejn Hu l-Mulej?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Kif Ġeħova jersaq qrib lejna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Jehovah Jimpurtah Minnek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • L-Unità fil-Qima fi Żmienna—Xi Tfisser?
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 7/1 pp. 7-11

Issa Hu ż-​Żmien li Nfittxu lil Jehovah

“Inkwantu għal Jehovah, hu ħares ’l isfel mis-​sema nnifsu fuq ulied il-​bnedmin, biex jara jekk jeżistix xi ħadd li għandu dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Jehovah.”—SALM 14:2.

1, 2. (a) Ħafna nies kif iħarsu lejn Jehovah, il-​veru Alla? (b) Kif nafu li Jehovah huwa konxju dwar l-​indifferenza tal-​bnedmin?

ILLUM, il-​veru Alla, Jehovah, hu miċħud mill-​atei, mill-​agnostiċi, minn dawk li jqimu allat foloz, u minn miljuni li jgħidu li jemmnu f’Alla imma jiċħduh bix-​xogħlijiet tagħhom. (Titus 1:16) Ħafna jemmnu bħall-​filosfu Ġermaniż tas-​seklu 19 Nietzsche li “Alla huwa mejjet.” Imma mhux qed jinduna Jehovah b’din l-​indifferenza grassa? Iva, għax hu nebbaħ lil David biex jikteb: “Il-​wieħed bla sens qal f’qalbu: ‘Ma hemm ebda Jehovah.’ Huma aġixxew b’mod taʼ rovina, aġixxew b’mod taʼ stmerrija fl-​aġir tagħhom. Ma hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb.”—Salm 14:1.

2 David kompla: “Inkwantu għal Jehovah, hu ħares ’l isfel mis-​sema nnifsu fuq ulied il-​bnedmin, biex jara jekk jeżistix xi ħadd li għandu dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Jehovah.” Iva, il-​Mulej Sovran qed jinduna bihom lil dawk li jfittxu biex isiru jafuh u jaqduh. B’hekk, huwa vitali għalina li nfittxuh bil-​ħerqa issa. Se tkun tfisser id-​differenza bejn ħajja taʼ dejjem u qerda taʼ dejjem.—Salm 14:2; Mattew 25:41, 46; Ebrej 11:6.

3. Liema potenzjal jeżisti għall-​futur?

3 Għalhekk, nistgħu naraw għala hu tant importanti li ngħinu lil oħrajn ifittxu lil Jehovah issa. Għad hemm miljuni taʼ nies li għadhom qatt ma ltaqgħu maʼ wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah jew semgħu l-​“aħbar tajba tas-​saltna.” U kemm se tkun akbar fil-​għadd il-​“folla kbira” qabel “it-​tribulazzjoni kbira,” ma nafux. Imma ċertament li hemm il-​potenzjal għal iktar biex ifittxu u jsibu lil Alla Jehovah fil-​futur immedjat qabel ikun tard wisq. Il-​mistoqsija issa hi, X’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil iktar mirjadi biex isibu ’l Alla?—Mattew 24:14; Rivelazzjoni 7:9, 14.

4, 5. Fit-​tfittxija tagħhom għal xi alla, ħafna x’jippreferu?

4 Ħafna nies fid-​dinja llum qed ifittxu, imma x’inhuma jfittxu? Ftit ferm qegħdin tassew ifittxu lil Alla wieħed u veru, Jehovah. Ħafna jippreferu xi alla li jaqbel max-​xewqat u l-​pregudizzji persunali tagħhom. Bħalma stqarr ir-​riċerkatur Amerikan tal-​opinjoni pubblika George Gallup, Jr.: “Fil-​fatt ma tantx issib differenza bejn dawk li jmorru l-​knisja u dawk li ma jmorrux fejn għandu x’jaqsam il-​qerq, l-​evażjoni tat-​taxxa, u s-​serq, l-​iktar għaliex hemm ħafna reliġjon soċjali.” Hu jżid li “ħafna qegħdin sempliċement joħolqu reliġjon flimkien li hi komda għalihom u li jieħdu pjaċir biha . . . Xi ħadd semmieha reliġjon skond il-​menù.”

5 Oħrajn se jgħidu, “Ir-​reliġjon tiegħi hija tajba biżżejjed għalija.” M’għandniex xi ngħidu, il-​mistoqsija verament għandha tkun, “Hija r-​reliġjon tiegħi tajba biżżejjed għal Alla?” Veru, il-​maġġoranza fil-​Kristjaneżmu u fl-​Induiżmu huma kuntenti li jqimu x-​xbihat u l-​idoli tagħhom. Il-​biċċa l-​kbira tal-​hekk imsejħa Kristjani jsibu li alla Trinitarjan bla isem huwa suffiċjenti għalihom. U iktar minn 900 miljun Misilmin jemmnu f’Allah. Mill-​banda l-​oħra, miljuni taʼ atei jgħidu li ma hemm ebda Alla.

Dawk li Għandhom Bżonn il-​Għajnuna

6. Ħafna li jaqraw The Watchtower xi skoprew?

6 Imma xi ngħidu dwar dawk minna li regolarment jaqraw din ir-​rivista? Aħna fittxejna lill-​veru Alla u sibnieh. Aħna wrejna li l-​kliem taʼ Ġakbu 4:8 huwa veru: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu se jersaq qrib lejkom.” Bi sħubija attiva mal-​kongregazzjoni Kristjana, aħna ersaqna eqreb lejn Alla, u ġarrabna għalina nfusna kif Jehovah jersaq iktar qrib lejna.—Ġwann 6:44, 65.

7. Kif nafu li hemm ħafna persuni li għadhom interessati f’li jsiru attivi fil-​verità?

7 Madankollu, aħna nafu li għad hemm ħafna li huma henjin li jassoċjaw xi kultant man-​nies taʼ Jehovah imma għadhom ma ħadux azzjoni pożittiva biex jersqu qrib lejn Jehovah billi jiddedikaw ruħhom u jitgħammdu. Kif nafuh dan? Fl-​1990 kważi għaxar miljuni attendew il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù. Imma kemm hemm li fil-​fatt qed jippubblikaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna? Ftit iktar minn erbaʼ miljuni. Dak ifisser li għandna madwar sitt miljuni ħbieb tal-​verità li jieħdu pjaċir jassoċjaw magħna imma għadhom ma bdewx jirrikmandaw il-​lingwa pura tal-​verità billi jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Bla dubju, kultant ħafna jitkellmu għan-​nom taʼ Jehovah u tal-​ħakma tas-​Saltna tiegħu. Madankollu, huma għadhom ma identifikawx b’mod ċar lilhom infushom bħala Xhieda taʼ Jehovah. Lil dawn ukoll irridu ngħinuhom.—Sofonija 3:9; Mark 13:10.

8, 9. (a) Jehovah x’jinkuraġġina biex nagħmlu? (b) Għala mhux għaqli li tittraskura l-​parir taʼ Jehovah?

8 Aħna rridu ninkuraġġixxu lil dawn biex isiru Xhieda hienja u attivi taʼ Jehovah fil-​fażi finali tax-​xogħol kbir li qed jitwettaq issa mad-​dinja kollha. Jekk jogħġbok innota l-​istedina taʼ mħabba taʼ Jehovah fi Proverbji 1:23: “Duru lura maċ-​ċanfir tiegħi. Imbagħad għalikom se nġiegħel l-​ispirtu tiegħi jbaqbaq ’il barra; se nagħmel il-​kelmiet tiegħi magħrufin għalikom.” (Qabbel Ġwann 4:14.) Kemm huwa nkuraġġanti li tkun taf li Jehovah se jwieġeb għall-​passi pożittivi li nieħdu biex nidentifikaw lilna nfusna mal-​isem u l-​qima tiegħu! Ċertament, aħna ma rridux li nkunu nklużi fost dawk deskritti fi Proverbji 1:24, 25: “Jien għajjatt imma intom tibqgħu tirrifjutaw, jien ħriġt idi ’l barra imma ma hemm ħadd li qed joqgħod attent, u intom tibqgħu tittraskuraw il-​parir kollu tiegħi, u ċ-​ċanfira tiegħi m’aċċettajtuhiex.”

9 Dawk li jittraskuraw il-​parir taʼ Jehovah biex ifittxuh waqt li jistaʼ jinstab u li jipposponu d-​deċiżjoni tagħhom sakemm fil-​fatt jaraw lil Armageddon tfaqqaʼ se jsibu li jkunu stennew iżżejjed. Korsa bħal din kieku tindika nuqqas taʼ fidi u taʼ għerf u tkun taʼ abbuż mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Jehovah.—2 Korintin 6:1, 2.

10. L-​apatija u l-​indifferenza għala huma perikolużi?

10 Biex nagħtu stampa taʼ kemm hemm bżonn li taġixxi immedjatament, kont inti timxi fuq il-​parir tajjeb taʼ tabib biss meta diġà kellek pnewmonja doppja? Jew, minflok, meta nnotajt l-​ewwel sintomi tal-​marda? Mela għala tistenna iktar biex tinqataʼ mid-​dinja marida taʼ Satana u tappoġġja lil Jehovah u lix-​Xhieda tiegħu? Il-​konsegwenzi taʼ apatija, indifferenza, u traskuraġni jidhru ċar fi Proverbji 1:26-29: “Jien ukoll, min-​naħa tiegħi, se nidħaq bid-​diżastru tagħkom stess, jien se nwaqqaʼ għaċ-​ċajt meta dak li tibżgħu minnu jiġi . . . F’dak iż-​żmien huma se jibqgħu jgħajtuli, imma jien mhux se nwieġeb; se jibqgħu jfittxuni, imma mhux se jsibuni, għar-​raġuni li huma bagħdu l-​għarfien, u l-​biżaʼ taʼ Jehovah ma għażluhiex.” Ejjew ma ninstabux ‘infittxu lil Jehovah’ meta jkun tard wisq!

11. Liema għajnuna hija disponibbli għal dawk li qed ifittxu li jaqdu lil Alla?

11 Xi wħud li jaqraw din ir-​rivista forsi għadhom fil-​korsa taʼ li jfittxu lill-​veru Alla. Aħna ferħanin li qegħdin tippersistu fit-​tfittxija tagħkom. Ahna nitolbu li l-​għarfien tagħkom tal-​Bibbja se jqanqalkom biex tieħdu iktar azzjoni pożittiva f’li tieqfu sod favur il-​verità. Kunu żguri li kull kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah hija lesta biex tgħinkom fit-​tfittxija tagħkom.—Filippin 2:1-4.

Żmien għal Żelu u Azzjoni

12, 13. Għala għandna bżonn naġixxu rigward il-​qima pura?

12 Għala huwa essenzjali li lkoll kemm aħna naġixxu biex nidentifikaw lilna nfusna maʼ Alla Jehovah u mal-​qima vera tiegħu? Għaliex il-​ġrajjiet tad-​dinja resqin lejn quċċata. Il-​paġni tal-​istorja qed jitqallbu iktar bil-​għaġla milli l-​bniedem jistaʼ jaqrahom. Issa m’huwiex iż-​żmien biex toqgħod taħsibha jew biex tkun biered. Ġesù stqarr b’mod ċar ferm: “Dak li mhux fuq in-​naħa tiegħi huwa kontra tiegħi, u dak li ma jiġborx miegħi jxerred.” Hu qal ukoll: “Kulmin jistħi minħabba fija u fi kliemi, Bin il-​bniedem se jistħi minn dan il-​wieħed meta hu jasal fil-​glorja tiegħu u dik tal-​Missier u tal-​anġli qaddisa.”—Mattew 12:30; Luqa 9:26.

13 Issa huwa ż-​żmien għal żelu u azzjoni! Aħna nafu liema naħa sejrin il-​ġrajjiet tad-​dinja, u Armageddon qed tixref fuq ix-​xefaq. Għalhekk, is-​sejħa hija biex tfittex lil Jehovah issa qabel ‘jum ir-​rabja tiegħu,’ waqt li għadu jistaʼ jinstab. Fit-​tribulazzjoni kbira, se jkun tard wisq.—Sofonija 2:2, 3; Rumani 13:11, 12; Rivelazzjoni 16:14, 16.

14. Liema raġunijiet għandna biex infittxu lil Alla?

14 Verament, l-​umanità kollha għandha tkun qed tfittex il-​favur t’Alla issa. L-​appostlu Pawlu esprimieha b’mod xieraq f’​Atti 17:26-28: “[Alla] għamel minn raġel wieħed kull ġens taʼ bnedmin, biex igħammru fuq il-​wiċċ kollu tal-​art, u ħatar b’digriet iż-​żminijiet maħturin u l-​limiti mwaqqfin fejn igħammru l-​bnedmin, biex huma jfittxu ’l Alla, jekk jistgħu jteftfu fid-​dlam għalih u tassew isibuh, għalkemm, fil-​fatt, mhux bogħod minn kull wieħed minna. Għax bih għandna l-​ħajja u niċċaqalqu u neżistu.” Dik l-​aħħar espressjoni, “għax bih għandna l-​ħajja u niċċaqalqu u neżistu,” tagħtina raġuni adekwata biex infittxu lil Alla. Grazzi għall-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Jehovah, aħna neżistu fil-​bijosfera dejqa imma vitali taʼ din l-​art ċkejkna. M’għandniex aħna nkunu grati lejn il-​Mulej Sovran tal-​univers? U m’għandniex aħna nuru l-​gratitudni tagħna lejh b’termini prattiċi?—Atti 4:24.

15. (a) Arnold Toynbee, kittieb tal-​istorja, x’ħass li hu l-​għan taʼ reliġjon iktar għolja? (b) X’irridu nagħmlu sabiex inkunu nistgħu nigglorifikaw lil Alla?

15 Arnold Toynbee, kittieb tal-​istorja, darba kiteb: “Il-​veru skop taʼ reliġjon iktar għolja huwa li tqassam il-​pariri u l-​veritajiet spiritwali li huma l-​essenza tagħha lil kemm erwieħ tistaʼ tilħaq, sabiex kull waħda minn dawn l-​erwieħ tkun tistaʼ tiġi mgħejjuna b’hekk biex twettaq il-​veru għan tal-​Bniedem. Il-​veru għan tal-​Bniedem huwa li jigglorifika lil Alla u li jgawdiH għal dejjem.” (An Historian’s Approach to Religion, paġni 268-9) Sabiex nigglorifikaw lil Alla, aħna rridu l-​ewwel infittxuh u niksbu għarfien eżatt dwaru u dwar il-​għanijiet tiegħu. B’hekk, is-​sejħa taʼ Isaija hija tant xierqa: “Fittxu intom lil Jehovah, waqt li jistaʼ jinstab. Sejħulu waqt li juri li hu fil-​qrib. Flalli r-​raġel mill-​agħar iħalli l-​mogħdija tiegħu, u r-​raġel li jagħmel ħsara ħsibijietu; u ħa jerġaʼ lura għand Jehovah, li se jkollu ħniena minnu, u għand Alla tagħna, għax hu se jaħfer bil-​kbir.”−Isaija 56:6, 7.

Liema Għajnuna Prattika Nistgħu Noffru?

16. (a) Il-​kongregazzjoni Kristjana liema sfida tiffaċċja? (b) B’liema mod prattiku nistgħu aħna ngħinu lil oħrajn biex jaqdu lil Jehovah?

16 Il-​miljuni taʼ nies interessati li għadhom m’humiex pubblikaturi attivi jippreżentaw sfida għalina lkoll. X’aħna nagħmlu b’mod prattiku bħala anzjani, qaddejja ministerjali, pijunieri, u pubblikaturi biex ingħinu lil dawk li huma ħbieb tal-​verità biex jieħdu sehem attiv fil-​qima vera magħna? Mod wieħed biex toffri għajnuna prattika fejn hemm bżonn huwa li tmur id-​dar tagħhom u teħodhom għal-​laqgħat fil-​Kingdom Hall sabiex huma wkoll jistgħu jgawdu l-​benefiċċji tal-​ispirtu taʼ Jehovah fuq bażi regulari. Il-​parir taʼ Pawlu lill-​Ebrej, f’kapitlu 10, versi 24 u 25, huwa urġenti llum daqskemm kien dak in-​nhar: “Ejjew inqisu lil xulxin biex inqanqlu għall-​imħabba u xogħlijiet mill-​aħjar, billi ma nitilqux il-​ġbir tagħna flimkien, bħalma xi wħud għandhom id-​drawwa, imma billi ninkuraġġixxu lil xulxin, u dan iktar hekk kif tilmħu l-​jum riesaq fil-​qrib.” Aħna ninkuraġgixxu lil dawk kollha li jixtiequ jġarrbu r-​rieda tajba taʼ Jehovah biex jissieħbu max-​Xhieda taʼ Jehovah regolarment fil-​Kingdom Hall lokali tagħhom.

17. Jekk irridu ngħinu lil studenti tal-​Bibbja jagħmlu progress fit-​tfittxija tagħhom għal Jehovah, liema mistoqsijiet għandhom bżonn tweġiba?

17 Jekk nistudjaw il-​Bibbja maʼ xi ħadd li jattendi regolarment il-​laqgħat, nistgħu aħna ngħinu lil dak il-​wieħed biex jikkwalifika bħala pubblikatur tal-​aħbar tajba? (Ara Organized to Accomplish Our Ministry, paġni 97-9. ) U ladarba hu jew hi jsir pubblikatur mhux imgħammed, issir l-​istedina biex jiġi magħna regolarment fix-​xogħol taʼ ippridkar pubbliku u fuq xi wħud mill-​istudji u miż-​żjajjar lura tagħna? (Ara l-​ħarga tal-​1 taʼ Diċembru, 1989, taʼ The Watchtower, paġna 31.) Fi kliem ieħor, ladarba wħud ġodda bħal dawn jikkwalifikaw, ninkuraġġuhom aħna billi nħalluhom jaraw b’għajnejhom xi wħud mir-​riżultati pożittivi tal-​attività tagħna taʼ ppridkar?—Mattew 28:19, 20.

Jehovah Jixraqlu li Jigi Mfittex

18. Jehovah kif wera l-​ħniena tiegħu lejn il-​bnedmin?

18 Minħabba fis-​sagrifiċċju taʼ rahan taʼ Kristu Ġesù, Jehovah ma jżommx id-​dnubiet u n-​nuqqasijiet tagħna tal-​imgħoddi kontra tagħna jekk nindmu u neżerċitaw fidi. Innota l-​kliem taʼ David: “Hu ma għamlilniex saħansitra skond dnubietna; lanqas skond l-​iżballji tagħna ma ġieb fuqna dak li jistħoqqilna. Għax bħalma s-​smewwiet huma ogħla mill-​art, il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi superjuri lejn dawk li qed jibżgħu minnu. Daqs kemm tlugħ ix-​xemx hu mbiegħed minn inżul ix-​xemx daqshekk ’il bogħod minna hu qiegħed in-​nuqqasijiet tagħna. Bħalma missier juri ħniena maʼ wliedu, Jehovah wera ħniena maʼ dawk li qed jibżgħu minnu. Għax hu nnifsu jaf sewwa t-​tiswir tagħna, billi jiftakar li aħna trab.”−Salm 103:10-14; Ebrej 10:10, 12-14.

19. Liema inkuraġġiment hemm għal dawk li forsi telqu mill-​verità?

19 Jehovah huwa dak Alla verament ġeneruz u li jħenn. Jekk aħna niġu għandu bl-​umiltà u b’indiema, hu jaħfer u jinsa. Hu ma jibqax iżomm f’qalbu għal eternità b’turment taʼ nar tal-​infern għal dejjem bħala l-​konsegwenza. Le, huwa bħalma stqarr Jehovah: “Jien—Jiena hu Dak li qed jimsaħ għalkollox in-​nuqqasijiet tiegħek minħabba fija stess, u dnubietek mhux se niftakarhom.” X’inkuraġġiment għandu jkun dak għal dawk li forsi telqu mill-​verità u ttraskuraw ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Jehovah! Huma wkoll inkuraġġiti biex ifittxu lil Jehovah issa u jiġu lura lejn sħubija attiva mal-​poplu taʼ ismu.—Isaija 43:25.

20, 21. (a) Liema eżempju inkuraġġanti għandna f’Ġuda tal-​qedem? (b) L-​abitanti taʼ Ġuda x’kellhom jagħmlu biex jiksbu l-​barka taʼ Jehovah?

20 F’dan ir-​rigward għandna eżempju nkuraġġanti fis-​Sultan Asa f’Ġuda tal-​qedem. Hu qered il-​qima falza minn ġos-​saltna tiegħu imma ħjiel taʼ qima pagana xorta baqaʼ. Ir-​rakkont fit-​2 Kronaki 15, versi 2 sa 4, jgħidilna dak li l-​profeta Ażarija qal lil Asa bħala tfakkira: “Jehovah qiegħed magħkom sakemm turu li qegħdin miegħu; u jekk tfittxuh, hu se jħalli lilu nnifsu jinstab minnkom, imma jekk titilquh hu se jitlaqkom. U bosta kien l-​jiem li Iżrael kien mingħajr wieħed Alla veru . . . Imma meta fin-​niket tagħhom huma daru lura lejn Jehovah dak Alla taʼ Iżrael u fittxewh, imbagħad hu ħalla lilu nnifsu jinstab minnhom.”

21 Jehovah ma kienx se joqgħod jilgħab noli mas-​Sultan Asa imma ‘ħalla lilu nnifsu jinstab.’ Is-​sultan kif irreaġixxa għal dan il-​messaġġ? Fl-​istess kapitlu, versi 8 u 12 iwieġbu: “Malli Asa semaʼ dawn il-​kelmiet . . ., hu għamel kuraġġ u ssokta jġiegħel lill-​affarijiet moqżieża jgħibu mill-​art kollha . . . u biex iġedded l-​artal taʼ Jehovah li kien quddiem il-​loġġa taʼ Jehovah. Iktar minn hekk, [Ġuda] daħlu f’patt biex ifittxu lil Jehovah dak Alla taʼ missirijiethom tal-​qedem b’qalbhom kollha u b’ruħhom kollha.” Iva, huma fittxew bil-​ħerqa lil Jehovah “b’qalbhom kollha u b’ruħhom kollha.” X’kien ir-​riżultat għall-​ġens? Vers 15 igħidilna: “U Ġuda kollha tawha għall-​ferħ minħabba l-​ħaġa maħlufa; għax kien b’qalbhom kollha li huma kienu ħalfu u bi pjaċir sħiħ min-​naħa tagħhom li huma kienu fittxewh, biex b’hekk hu ħalla lilu nnifsu jinstab minnhom; u Jehovah kompla jagħtihom mistrieħ maʼ kullimkien.”

22. Liema ħaġa tinkuraġġina biex inkunu attivi issa fis-​servizz taʼ Jehovah?

22 Issa, m’huwiex dak inkuraġġiment għalina lkoll biex nieħdu azzjoni pożittiva rigward il-​qima pura taʼ Jehovah? Aħna nafu li jeżisti l-​potenzjal għal iktar miljuni biex ifaħħru lil Jehovah. Mingħajr dubju ħafna minn dawn qed jagħmlu bidliet fil-​ħajjiet tagħhom sabiex jilħqu l-​ħtiġijiet Skritturali għas-​servizz taʼ Jehovah. Oħrajn qed jikbru fid-​dehen u fil-​fidi qed ifittxu lil Jehovah, u dalwaqt se jkunu mqanqlin biex jaqsmu l-​lingwa pura maʼ oħrajn billi jagħtuhom fehma profonda tal-​verità dwar Jehovah u s-​Saltna tiegħu. U għala huwa daqshekk vitali li lkoll kemm aħna nfittxu lil Jehovah issa meta jistaʼ jinstab? Għaliex id-​dinja ġdida mwiegħda tiegħu hija fil-​qrib!—Isaija 65:17-25; Luqa 21:29-33; Rumani 10:13-15.

Tiftakar?

◻ Min huma dawk li juru indifferenza lejn il-​veru Alla, Jehovah?

◻ Ir-​reliġjon sa liema grad teffettwa l-​kondotta?

◻ Liema potenzjal hemm għal żjieda f’Xhieda attivi?

◻ Għala issa huwa ż-​żmien għal żelu u azzjoni?

◻ Jehovah għala jixraqlu li jiġi mfittex?

[Stampa f’paġna 9]

Bosta ħbieb tax-​Xhieda taʼ Jehovah li jettendu l-​Mafkar huma qaddejja potenzjali t’Alla

Attendenza għall-​Mafkar 1990: 9,950,058

Quċċata taʼ pubblikaturi 1990: 4,017,213

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja