LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 8/15 pp. 7-11
  • Ikkunsidra Mudelli taʼ Sabar fit-Tul

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ikkunsidra Mudelli taʼ Sabar fit-Tul
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jistabar fit-​Tul Minħabba f’Ismu
  • Jistabar fit-​Tul Minħabba l-​Bnedmin
  • L-​Eżempju taʼ Ġesù taʼ Sabar fit-​Tul
  • Eżempji Oħra taʼ Sabar fit-​Tul
  • Ikkunsidra l-​Eżempju taʼ Pawlu
  • Jehovah Hu Alla taʼ Sabar Kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • ‘Ilbsu s-Sabar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Stabar fit-Tul Maʼ Kulħadd
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Is-Sabar fit-Tul
    Għannu lil Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 8/15 pp. 7-11

Ikkunsidra Mudelli taʼ Sabar fit-​Tul

“Alla . . . ittollera b’ħafna sabar fit-​tul lil reċipjenti taʼ korla li jixirqilhom il-​qerda.”−RUMANI 9:22.

1. (a) Il-​Kelma mnebbħa t’Alla kif isservi għall-​benefiċċju tagħna? (b) F’konnessjoni maʼ dan, għala qed tiġi kkunsidrata hawn il-​kwalità tas-​sabar fit-​tul?

ALLA Jehovah, il-​Ħallieq tagħna, tana l-​Kelma mnebbħa tiegħu, il-​Bibbja Mqaddsa. Trid isservi bħal ‘musbieħ għal sieqna u dawl għal triqitna.’ (Salm 119:105) Il-​Kelma t’Alla tgħinna wkoll biex insiru ‘imgħammrin bis-​sħiħ għal kull xogħol tajjeb.’ (2 Timotew 3:16, 17) Mod wieħed li tarmana bih hu billi tagħtina mudelli mill-​aħjar taʼ sabar fit-​tul. Din il-​kwalità hija waħda mill-​frott tal-​ispirtu t’Alla u hija indispensabbli biex aħna nistgħu nakkwistaw l-​approvazzjoni tiegħu u nkunu f’armonija maʼ sħabna l-​bnedmin.—Galatin 5:22, 23.

2. X’inhu t-​tifsir tal-​kelma Griega tradotta “sabar fit-​tul,” u min hu fuq quddiemnett f’li juri din il-​kwalità?

2 Il-​kelma Griega tradotta “sabar fit-​tul” litteralment tfisser “tul taʼ spirtu.” Is-​sabar fit-​tul ġie definit bħala “dik il-​kwalità taʼ li żżomm lilek innifsek lura meta tkun iffaċċjat minn provokazzjoni li ma tirritaljax kif ġieb u laħaq jew tikkastiga fil-​pront.” (Vine’s Expository Dictionary of Old and New Testament Words, minn W. E. Vine, Volum 3, paġna 12) Li jkollok sabar fit-​tul ifisser li teżerċita l-​kontroll fuqek innifsek u bil-​mod biex tirrabja. U min hu minn taʼ quddiemnett li bil-​mod biex jirrabja, billi juri s-​sabar fit-​tul? Ħadd għajr Alla Jehovah. B’hekk, f’Eżodu 34:6, naqraw li Jehovah huwa “Alla ħanin u grazzjuż, bil-​mod biex jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u verità.” Fil-​fatt, tmien drabi oħra fl-​Iskrittura, Jehovah jintqal li hu “bil-​mod biex jirrabja.”​—Numri 14:18; Neħemija 9:17; Salm 86:15; 103:8; 145:8; Ġojeli 2:13; Ġona 4:2; Naħum 1:3.

3. Liema kwalitajiet juru għala Jehovah jistabar fit-​tul?

3 Li jkollu sabar fit-​tul, jew bil-​mod biex jirrabja, hu dak li nistennew minn Alla Jehovah, għax hu infinit fil-​qawwa u fil-​għerf, perfett fil-​ġustizzja, u hu l-​istess personifikazzjoni tal-​imħabba. (Dewteronomju 32:4; Ġob 12:13; Isaija 40:26; 1 Ġwann 4:8) Hu għandu kontroll tal-​kwalitajiet tiegħu, billi jżommhom f’bilanċ perfett il-​ħin kollu. Il-​Kelma tiegħu x’tirrivela dwar għala u kif hu wera s-​sabar fit-​tul lejn bnedmin imperfetti?

Jistabar fit-​Tul Minħabba f’Ismu

4. Alla għal liema raġunijiet tajbin wera sabar fit-​tul lejn il-​midinbin?

4 Jehovah għala jistabar fit-​tul? Għala lill-​midinbin ma jikkastigahomx immedjatament? Mhux minħabba indifferenza jew nuqqas taʼ żelu għat-​tjieba. Le, imma għal raġunijiet tajbin Jehovah bil-​mod biex jirrabja u ma jikkastigax lin-​nies fil-​pront. Raġuni waħda hi biex ismu jistaʼ jsir magħruf. Raġuni oħra hi li żmien kien meħtieġ biex jiġu ssetiljati l-​kwistjonijiet tas-​sovranità t’Alla u l-​integrità tal-​bniedem, li ġew imqajmin mill-​irvell f’Għeden. Jerġaʼ raġuni oħra għas-​sabar fit-​tul t’Alla hi li tagħti l-​opportunità lil dawk li jiżżballjaw biex jirranġaw triqathom.

5, 6. Jehovah għala wera sabar fit-​tul f’konnessjoni mal-​irvell tal-​bniedem?

5 Jehovah stabar fit-​tul f’li jittratta mal-​ewwel koppja umana fil-​ġnien taʼ Għeden. Meta huma kisru l-​kmandament tiegħu kontra li jieklu mill-​frotta tas-​siġra tal-​għarfien tat-​tajjeb u tal-​ħażin, hu setaʼ immedjatament qatel lilhom u lill-​anġlu mwaqqaʼ li kien qarraq b’Eva. Ma kien hemm ebda dubju li s-​sens taʼ tjieba u ġustizzja taʼ Jehovah ġie mweġġa ‘bil-​kbir, tant li hu kien irrabjat għat-​tliet ribelli. Kien ikollu kull dritt kieku qatilhom minnufih. Alla kien wissa lill-​ewwel bniedem, Adam: “Inkwantu għas-​siġra tal-​għarfien tat-​tajjeb u tal-​ħażin ma tridx tiekol minnha, għax fil-​jum li tiekol minnha int żgur se tmut.” (Ġenesi 2:17) F’dak l-​istess jum li fih Adam dineb, Alla sejjaħ lill-​midinbin biex jagħtu kont u ppronunzja s-​sentenza tal-​mewt. B’mod ġudizzjarju, Adam u Eva mietu f’dak il-​jum. Iżda, l-​Ħallieq tagħna mimli sabar fit-​tul ħalla lil Adam jgħix għal 930 sena.—Ġenesi 5:5.

6 Alla kellu raġunijiet tajbin biex jistabar fit-​tul, jew biex ikun bil-​mod biex jirrabja, f’dan il-​każ. Li kieku qatel lil dawk ir-​ribelli mill-​ewwel, dan ma kienx iwieġeb l-​inbix implikat tax-​Xitan li Alla Jehovah ma jixraqlux ikun meqjum u li ma jistax ikollu qaddejja umani li jżommu l-​integrità tagħhom lejh huma x’inhuma ċ-​ċirkustanzi. Barra minn hekk, mistoqsijiet bħal dawn kienu jitħallew mingħajr tweġiba: Taʼ min kien it-​tort li Adam u Eva dinbu? Jehovah ħalaqhom tant dgħajfin moralment li ma setgħux jirreżistu tentazzjoni u mbagħad jikkastigahom għax naqsu li jagħmlu hekk? It-​tweġiba għal dan kollu hija ċara mir-​rakkont misjub fil-​ktieb taʼ Ġob, kapitli 1 u 2. Billi ppermetta lir-​razza umana li tiżdied, Jehovah ħalla l-​bnedmin ikollhom opportunitajiet biex jagħtu prova tal-​akkużi foloz taʼ Satana.

7. Jehovah għala ma qatilx lil Farawni mill-​ewwel?

7 Meta Jehovah kien wasal biex jeħles lill-​poplu tiegħu, l-​Iżraeliti, mill-​jasar Eġizzjan, hu għal darb’oħra ta prova li hu jistabar fit-​tul. Jehovah setaʼ qered lil Farawni u lill-​forzi militari tiegħu dak il-​ħin. Minflok ma għamel dan, madankollu, Alla ittollerahom għal xi żmien. Għal liema raġunijiet tajbin? Sewwa, hekk kif għadda ż-​żmien, Farawni sar iktar rasu iebsa fl-​irrifjutar tiegħu biex iħalli l-​Iżraeliti jħallu l-​Eġittu bħala l-​poplu ħieles taʼ Jehovah. Hu b’hekk wera li hu kien ‘reċipjent taʼ korla’ li kien jixraqlu qerda talli sfida lil Jehovah. (Rumani 9:14-24) Iżda, kien hemm raġuni akbar għala Alla stabar fit-​tul f’dan il-​każ. Permezz taʼ Mosè, hu qal lil Farawni: “S’issa stajt ħriġt idi ’l barra biex nistaʼ nolqot lilek u lill-​poplu tiegħek bil-​pesta u biex int tistaʼ tiġi mneħħi minn fuq l-​art. Imma, fil-​fatt, għal din ir-​raġuni ħallejtek teżisti, bil-​għan li nurik il-​qawwa tiegħi u sabiex ikolli ismi ddikjarat mal-​art kollha.”−Eżodu 9:15, 16.

8. Alla għal liema raġuni ma qatilx lill-​Iżraeliti ribellużi fix-​xagħri?

8 Is-​sabar fit-​tul taʼ Jehovah ġie muri wkoll għal raġunijiet tajbin meta l-​Iżraeliti kienu fix-​xagħri. Kif ippruvawha l-​paċenzja taʼ Alla billi qiemu l-​għoġol tad-​deheb u billi naqsu li jeżerċitaw fidi meta l-​għaxar spiji rritornaw b’rapport ħażin! Alla ma qeridhomx bħala poplu tiegħu ladarba ismu u r-​reputazzjoni tiegħu kienu involuti. Iva, Jehovah wera sabar fit-​tul minħabba f’ismu.—Eżodu 32:10-14; Numri 14:11-20.

Jistabar fit-​Tul Minħabba l-​Bnedmin

9. Jehovah għala wera sabar fit-​tul fi żmien Noè?

9 Jehovah ilu jistabar fit-​tul minħabba l-​umanità mindu Adam għamel ħażin lin-​nisel potenzjali tiegħu, meta għamlilhom inġustizzja kbira billi dineb. Is-​sabar fit-​tul t’Alla għamilha possibbli biex dak il-​ħażin jiġi rranġat billi ħalla żmien għal bnedmin niedma biex jitħabbu mill-​ġdid miegħu. (Rumani 5:8-10) Alla Jehovah wkoll wera sabar fit-​tul lejn il-​bnedmin fi żmien Noè. F’dak iż-​żmien, “Jehovah ra li l-​ħażen tal-​bniedem kien abbundanti fl-​art u kull xaqliba tal-​ħsibijiet taʼ qalbu kienet biss ħażina l-​ħin kollu.” (Ġenesi 6:5) Għalkemm Alla setaʼ qered lir-​razza umana kif appena ra din il-​kundizzjoni, hu ħareġ digriet li kellu jġib tmiem taʼ din is-​sitwazzjoni fi żmien 120 sena. (Ġenesi 6:3) Din l-​espressjoni taʼ sabar fit-​tul tat żmien biżżejjed lil Noè biex ikollu tliet ulied subien, biex jilħqu jikbru u jiżżewġu, u biex dik il-​familja tibni l-​arka biex isalvaw erwieħhom u biex jiġu ppreservati l-​annimali. B’dan il-​mod kien possibbli għall-​għan oriġinali t’Alla għall-​art li jitwettaq.

10, 11. Jehovah għala tant stabar fit-​tul mal-​ġens taʼ Iżrael?

10 Definiżzjoni oħra taʼ sabar fit-​tul tapplika speċjalment għal kif Alla tratta mal-​poplu tiegħu. Huwa “li tissaporti bil-​paċenzja xi ħażen jew provokazzjoni, flimkien maʼ li tirrituta li taqtaʼ qalbek minn titjib fir-​relazzjoni mħarbta.” (Insight on the Scriptures, Volum 2, paġna 262; ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.) Din tipponta għal terġaʼ raġuni oħra għala Alla stabar fit-​tul mal-​Iżraeliti. Huma ripetutament taw darhom lil Jehovah u marru fil-​jasar tal-​ġnus Ġentili. Iżda, hu wera sabar fit-​tul billi ħeles lill-​Iżraeliti u tahom opportunità biex jindmu.—Imħallfin 2:16-20.

11 Il-​biċċa l-​kbira tas-​slaten taʼ Iżrael mexxew lis-​sudditi tagħhom lejn qima falza. Warrab Alla lill-​ġens mill-​ewwel? Le, ma qatax qalbu malajr li jkun hemm titjib fir-​relazzjoni li kienet ġiet iddisturbata. Minflok, Jehovah dam biex jirrabja. Billi wera sabar fit-​tul, darba wara l-​oħra Alla tahom l-​opportunità biex jindmu. Naqraw fit-​2 Kronaki 36:15, 16: “Jehovah dak Alla taʼ missirijiethom tal-​qedem baqaʼ jibgħat kontra tagħhom permezz tal-​messaġġiera tiegħu, jibgħat darba wara l-​oħra, għaliex ħass mogħdrija għall-​poplu tiegħu u għall-​post fejn joqgħod. Imma huma kienu l-​ħin kollu jiżżufjettaw bil-​messaġġiera tal-​veru Alla u jistmerru kliemu u jżebilħu lill-​profeti tiegħu, sakemm id-​dagħdigħa taʼ Jehovah telgħet kontra l-​poplu tiegħu, sakemm ma kien hemm ebda fejqan.”

12. Liema xiehda tagħti l-​Iskrittura Griega Kristjana dwar għala Jehovah jistabar fit-​tul?

12 L-​Iskrittura Griega Kristjana wkoll tipprovdi evidenza li Jehovah juri sabar fit-​tul biex igħin lil uħud li jiżżballjaw. Per eżempju, l-​appostlu Pawlu jistaqsi lil Kristjani li qegħdin jonqsu: ‘Tmaqdru intom ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba u l-​paċenzja u s-​sabar fit-​tul tiegħu, għaliex ma tafux li l-​kwalità taʼ qalb tajba t’Alla qed tipprova tmexxikom lejn l-​indiema?’ (Rumani 2:4) Fuq l-​istess ħsieb hemm il-​kelmiet taʼ Pietru: “Jehovah ma jeħodhiex bil-​lajma rigward il-​wegħda tiegħu, bħalma xi nies jikkunsidraw il-​lajma, imma hu paċenzjuż magħkom għaliex ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-​indiema.” (2 Pietru 3:9) B’mod xieraq ħafna, jintqalilna biex ‘nikkunsidraw il-​paċenzja tal-​Mulej tagħna bħala salvazzjoni.’ (2 Pietru 3:15) B’hekk, naraw li Jehovah jistabar fit-​tul, mhux minħabba sentimentalità jew laxkezza, imma għaliex ismu u l-​għanijiet tiegħu huma involuti u għaliex hu ħanin u jħobb.

L-​Eżempju taʼ Ġesù taʼ Sabar fit-​Tul

13. Liema evidenza Skritturali hemm li Ġesù Kristu kien jistabar fit-​tul?

13 Immedjatament wara l-​eżempju taʼ sabar fit-​tul minn Alla hemm dak taʼ Ibnu, il-​Messija, Ġesù Kristu. Hu eżempju mill-​aqwa taʼ wieħed li jrażżan lilu nnifsu biex ma jirritaljax malajr minkejja provokazzjoni.a Li l-​Messija kellu jkun wieħed li jistabar fit-​tul kien imbassar mill-​profeta Isaija b’dawn il-​kelmiet: “Hu kien maħqur, u kien qed iħalli lilu nnifsu jiġi mgħakkes; iżda ma kienx jiftaħ ħalqu. Kien qed jinġieb sewwa sew bħal nagħġa għall-​qatla; u bħal ħarufa li quddiem min iġiżżha saret imbikkma, hu wkoll ma kienx jiftaħ ħalqu.” (Isaija 53:7) Tixhed għall-​istess verità hija l-​istqarrija taʼ Pietru: “Meta kien qed jiġi nsultat, ma marx jinsulta lura. Meta kien qed ibati, ma marx ihedded, imma baqaʼ jikkommetti ruħu lil dak li jiġġudika bit-​tjieba.” (1 Pietru 2:23) Xi prova żgur li kienet għal Ġesù meta d-​dixxipli tiegħu argumentaw darba wara l-​oħra bejniethom dwar min kien l-​aqwa! Xorta waħda, kemm stabar fit-​tul u ha paċenzja bihom!—Mark 9:34; Luqa 9:46; 22:24.

14. L-​eżempju taʼ Ġesù f’li jistabar fit-​tul x’għandu jqanqalna biex nagħmlu?

14 Għandna nsegwu l-​eżempju li ta Ġesù billi nistabru fit-​tul. Pawlu kiteb: “Ejjew niġru bis-​sabar it-​tiġrija li hi mqiegħda quddiemna, hekk kif aħna nħarsu fissi lejn l-​Aġent Ewlieni u Dak li Jipperfezzjona l-​fidi tagħna, Ġesù. Għall-​ferħ li tqiegħed quddiemu hu ssaporta zokk tat-​tortura, billi stmerr il-​għajb, u qagħad bil-​qiegħda fuq l-​id il-​leminija tat-​tron t’Alla. Tabilħaqq, ikkunsidraw mill-​qrib lil dak li ssaporta tant kliem kuntrarju minn midinbin kontra l-​interessi tagħhom stess, biex ma tgħajjewx u ma ċċedux f’erwieħkom.”−Ebrej 12:1-3.

15. Kif nafu li Ġesù stabar fit-​tul u kien lest li jissaporti l-​provi?

15 Li Ġesù kien jistabar fit-​tul u lest jissaporti l-​provi jidher mill-​attitudni li hu wera fil-​ħin tal-​arrest tiegħu. Wara li ċanfar lil Pietru talli qabad is-​sejf biex jiddefendi lill-​Imgħallem tiegħu, Ġesù qal: “Taħseb int li ma nistax nappella lil Missieri biex ifornini f’dan il-​mument b’iktar minn tnax-il leġjun taʼ anġli? F’dak il-​każ, kif isseħħ l-​Iskrittura li għandu jiġri b’dan il-​mod?”−Mattew 26:51-54; Ġwann 18:10, 11.

Eżempji Oħra taʼ Sabar fit-​Tul

16. L-​Iskrittura kif turi li Ġużeppi bin Ġakobb kien jistabar fit-​tul?

16 Saħansitra bnedmin imperfetti u midinba jistgħu juru sabar fit-​tul. L-​Iskrittura Ebrajka fiha eżempji taʼ wħud imperfetti li ssaportew bil-​paċenzja l-​ħażen kontra tagħhom. Per eżempju, hemm Ġużeppi, bin il-​patrijarka Ġakobb. B’liema paċenzja ssaporta l-​inġustizzji li ġabu fuqu ħutu mill-​missier u mart Potifar! (Ġenesi 37:18-28; 39:1-20) Ġużeppi ma ħalliex dawn il-​provi jqarrsuh. Dan kien evidenti meta hu qal lil ħutu: “Tħossukomx imweġġgħin u tkunux irrabjati magħkom infuskom għaliex begħtuni hawn; għaliex għall-​preservazzjoni tal-​ħajja Alla bagħatni qabilkom.” (Ġenesi 45:4, 5) X’eżempju mill-​aħjar taʼ sabar fit-​tul ingħata minn Ġużeppi!

17, 18. X’evidenza taʼ sabar fit-​tul għandna fil-​każ taʼ David?

17 David hu eżempju ieħor taʼ qaddej leali t’Alla li ssaporta bil-​paċenzja azzjonijiet ħżiena, billi wera sabar fit-​tul. Imfittex bħal xi kelb mis-​Sultan Sawl, f’żewġ okkażjonijiet David setaʼ rritalja billi joqtlu. (1 Samwel 24:1-22; 26:1-25) Imma David stenna lil Alla, bħalma jistaʼ jidher mill-​kliem tiegħu lil Abixaj: “Jehovah innifsu se jagħti daqqa [lil Sawl]; jew il-​jum tiegħu se jiġi u hu se jkollu jmut, jew ’l isfel lejn il-​battalja hu se jmur, u ċertament li se jinqered. Lanqas biss igħaddili minn moħħi, mill-​parti tiegħi, min-​naħa taʼ Jehovah, li noħroġ idi kontra l-​midluk taʼ Jehovah!” (1 Samwel 26:10, 11) Iva, David setaʼ kieku ried iwaqqaf lil Sawl milli jiġri warajh bħal kelb. Minflok, David għażel li jistabar fit-​tul.

18 Ikkunsidra, ukoll, x’ġara meta s-​Sultan David kien qed jaħrab mill-​iben krudil tiegħu Absalom. Ximej, Benjaminit mid-​dar taʼ Sawl, beda jissotta lil David bil-​ġebel u jinsolentah, billi jgħajjat: “Oħroġ, oħroġ, int raġel ħati tad-​demm u raġel li m’int tajjeb għal xejn!” Abixaj ried joqtlu lil Xi-mej, imma David ma riedx jirritalja. Minflok għamel hekk, hu reġaʼ wera l-​kwalità tas-​sabar fit-​tul.—2 Samwel 16:5-13.

Ikkunsidra l-​Eżempju taʼ Pawlu

19, 20. L-​appostlu Pawlu kif wera li hu jistabar fit-​tul?

19 Fl-​Iskrittura Griega Kristjana, għandna eżempju ieħor mill-​aħjar taʼ sabar fit-​tul minn bniedem imperfett—l-​appostlu Pawlu. Hu ssaporta bil-​paċenzja u wera sabar fit-​tul, kemm f’konnessjoni mal-​egħdewwa reliġjużi tiegħu u kemm maʼ individwi li kienu jgħidu li huma Kristjani. Iva, Pawlu wera sabar fit-​tul għalkemm xi wħud fil-​kongregazzjoni taʼ Korintu qalu: “L-​ittri tiegħu huma tqal u qawwijin, imma l-​preżenza tiegħu fil-​persuna hi dgħajfa u d-​diskors tiegħu taʼ stmerrija.”−2 Korintin 10:10; 11:5, 6, 22-33.

20 B’raġuni tajba, għalhekk, Pawlu qal lill-​Korintin: “B’kull mod nirrikkmandaw lilna nfusna bħala ministri t’Alla, billi nissaportu ferm, bi tribulazzjonijiet, b’każi taʼ bżonn, b’diffikultajiet, bi swat, b’ħabsijiet, b’diżordnijiet, b’ħidmiet, b’iljieli bla rqad, bi żminijiet mingħajr ikel, b’safa, b’għarfien, b’sabar fit-​tul, b’qalb tajba, b’ispirtu qaddis b’imħabba ħielsa mill-​ipokrezija.” (2 Korintin 6:4-6) Fuq l-​istess linja, l-​appostlu setaʼ jikteb lill-​ħaddiem sieħbu Timotew: “Int segwejt mill-​qrib it-​tagħlim tiegħi, il-​korsa taʼ ħajti, il-​għan tiegħi, il-​fidi tiegħi, is-​sabar fit-​tul tiegħi, l-​imħabba tiegħi, dak li ssaportejt, il-​persekuzzjonijiet tiegħi, it-​tbatijiet tiegħi, . . . u madankollu minnhom ilkoll il-​Mulej ħelisni.” (2 Timotew 3:10, 11) X’eżempju mill-​aħjar ta l-​appostlu Pawlu għalina f’li jistabar fit-​tul!

21. L-​artiklu li jmiss kif jistaʼ jgħinna?

21 Jidher ċar li l-​Iskrittura hija miżgħuda b’eżempji mill-​aħjar taʼ sabar fit-​tul. Jehovah u Ibnu l-​maħbub huma l-​eżempji ewlenin. Imma kemm hu inkuraġġanti li tinnota li din il-​kwalità ntweriet minn bnedmin imperfetti, bħalma huma Ġużeppi, David, u l-​appostlu Pawlu! L-​artiklu li jmiss hu intiż biex igħinna nimitaw eżempji mill-​aħjar bħal dawn.

[Nota taʼ taħt]

a Li tistabar fit-​tul ma jfissirx sempliċement li ssofri fit-​tul. Jekk wieħed li jsofri għal żmien twil iħossu frustrat jew kollu mrar għaliex ma jistax jirritalja, ma jkunx qed jistabar fit-​tul.

Kieku Kif Twieġeb Int?

◻ Xi jfisser li tkun tistabar fit-​tul?

◻ Jehovah stabar fit-​tul primarjament għal liema raġunijiet?

◻ Ġesù b’liema modi wera li hu jistabar fit-​tul?

◻ Xi prova Skritturali hemm li s-​sabar fit-​tul jistaʼ jintwera minn bnedmin imperfetti?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja