LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 6/15 pp. 3-7
  • Titlifx il-Għan tal-Libertà

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Titlifx il-Għan tal-Libertà
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Libertà li Għandu Alla
  • Limitazzjonijiet tal-​Libertà Umana
  • Għala Libertà Relattiva?
  • Libertà Vera Magħmula Possibbli
  • Ma Nitilfux il-​Għan tal-​Libertà li Tana Alla.
  • Agħmel Użu Tajjeb mil-​Libertà li Tak Alla
  • Aqdi lil Ġeħova, l-Alla tal-libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Poplu Liberu Imma Responsabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • It-triq għal-libertà vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Libertà Gawduta Minn Adoraturi taʼ Jehovah
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 6/15 pp. 3-7

Titlifx il-​Għan tal-​Libertà

“Fejn qiegħed l-​ispirtu taʼ Jehovah, hemm il-​libertà.”−2 KORINTIN 3:17.

1. Isaija 65:13, 14 għala japplika għax-​Xhieda taʼ Jehovah?

JEHOVAH hu Alla tal-​libertà. U x’barka hi l-​libertà li tana Alla! Peress li l-​qaddejja ddedikati tiegħu għandhom din il-​libertà, dawn il-​kelmiet tal-​Mulej Sovran Jehovah japplikaw għalihom: “Ħares! Il-​qaddejja tiegħi stess se jieklu, imma intom infuskom se tkunu bil-​ġuħ. Ħares! Il-​qaddejja tiegħi stess se jixorbu, imma intom infuskom se tkunu bil-​għatx. Ħares! Il-​qaddejja tiegħi stess se jifirħu, imma intom infuskom se tbatu l-​mistħija. Ħares! Il-​qaddejja tiegħi stess se jgħajtu bil-​ferħ minħabba l-​kundizzjoni tajba tal-​qalb, imma intom infuskom se tagħmlu għajjat minħabba l-​uġigħ tal-​qalb u se twaħwħu minħabba l-​waqgħa nfisha tal-​ispirtu.”—Isaija 65:13, 14.

2. In-​nies taʼ Jehovah għala għandhom prosperità spiritwali?

2 In-​nies t’Alla jgawdu dan l-​istat prosperuz b’mod spiritwali għaliex huma mmexxijin mill-​ispirtu, jew forza attiva, tiegħu. L-​appostlu Pawlu qal: “Jehovah huwa l-​Ispirtu; u fejn qiegħed l-​ispirtu taʼ Jehovah, hemm il-​libertà.” (2 Korintin 3:17) X’inhu l-​għan tal-​libertà li tana Alla? U x’inhu meħtieġ minna biex nużawha bis-​sħiħ?

Il-​Libertà li Għandu Alla

3. Alla liema xorta taʼ libertà għandu, u għala?

3 Jehovah biss għandu libertà assoluta. Ħadd mill-​ħlejjaq tiegħu ma jistaʼ jillimitalu l-​libertà tiegħu għaliex huwa Alla li Jistaʼ kollox u s-​Sovran Universali. Kif qal ir-​raġel leali Ġob, “min jistaʼ jirreżistih? Min se jgħidlu, ‘X’qiegħed tagħmel?”ˈ (Ġob 9:12) B’mod simili, is-​sultan Babilonjan Nebukadneżżar ġie mġiegħel jammetti: “Ma jeżisti ebda wieħed li jistaʼ jiċċekkja id [Alla] jew li jistaʼ jgħidlu, ‘X’kont qiegħed tagħmel?”ˈ—Danjel 4:35.

4. Jehovah kif iżomm il-​libertà tiegħu ġewwa l-​limiti?

4 Madankollu, il-​prinċipji taʼ tjieba taʼ Jehovah innifsu jżommu lil dik il-​libertà assoluta ġewwa l-​limiti. Dan ġie muri meta Abraham esprima tħassib dwar ir-​residenti taʼ Sodom u staqsa: “Sejjer l-​Imħallef tal-​art kollha ma jagħmilx dak li hu sewwa?” It-​tweġiba t’Alla tindika li hu jirrikonoxxi r-​responsabbiltà li jagħmel dak li hu sewwa. Hu ma kienx jeqred lil Sodom li kieku kien baqaʼ fiha xi abitanti taʼ tjieba. (Ġenesi 18:22-33) Alla jżomm ukoll il-​libertà tiegħu ġewwa l-​limiti għaliex l-​imħabba u l-​għerf tiegħu jagħmluh persuna li qajla biex jagħdab u li jeżerċita kontroll fuqu nnifsu.—Isaija 42:14.

Limitazzjonijiet tal-​Libertà Umana

5. Liema huma xi fatturi li jillimitaw il-​libertà umana?

5 Għalkemm Jehovah għandu libertà assoluta, kull persuna oħra taġixxi ġewwa l-​limitazzjonijiet imwaqqfin min-​natura, l-​abbiltajiet, u l-​qasam tal-​abitazzjoni tagħha, kif ukoll fatturi bħalma huwa t-​tul limitat taʼ ħajja fil-​preżent tal-​bnedmin midinbin. Alla ħalaq il-​bniedem b’libertà perfetta biex jiffunzjona ġewwa l-​qasam li Jehovah kien waqqaf għalih. Hemm għadd kbir taʼ raġunijiet oħrajn għala l-​libertà umana hija limitata, mhix assoluta.

6. Li rridu nagħtu kont tagħna nfusna lil Alla kif jorbot mal-​libertà tagħna?

6 L-​ewwel, il-​libertà umana hija llimitata għaliex Alla ħalaq lill-​bniedem biex jaqdi l-​għan Tiegħu. Jehovah ‘jistħoqqlu li jirċievi l-​glorja u l-​unur u l-​qawwa għaliex ħalaq l-​affarijiet kollha u minħabba fir-​rieda tiegħu eżistew u nħolqu.’ (Rivelazzjoni 4:11) Mela l-​bniedem irid jagħti kont tiegħu nnifsu lil Dak li għamlu, li bid-​dritt għamel liġijiet li bihom iridu jiġu ggvernati l-​bnedmin. F’Iżrael tal-​qedem taħt il-​Liġi taʼ Mosè, Alla kien jirrikjedi li individwi jingħataw il-​mewt jekk huma jabbużaw b’ismu jew jiksru l-​liġi tas-​Sabat. (Eżodu 20:7; 31:14, 15; Levitiku 24:13-16; Numri 15:32-36) Għalkemm aħna bħala Kristjani m’aħniex taħt il-​Liġi, il-​libertà tagħna hija llimitata għaliex aħna rridu nagħtu kont tagħna nfusna lil Jehovah, li hu l-​Imħallef tagħna, Dak li jagħtina l-​liġi, u s-​Sultan tagħna.—Isaija 33:22; Rumani 14:12.

7, 8. (a) Il-​liġijiet fiżiċi kif jillimitaw il-​libertà umana? (b) Liema liġijiet oħrajn t’Alla jillimitaw il-​libertà tagħna bħala bnedmin?

7 It-​tieni, il-​libertà umana hija llimitata minħabba l-​liġijiet fiżiċi t’Alla. Per eżempju, minħabba l-​liġi tal-​gravità, raġel ma jistax jaqbeż minn fuq bini għoli mingħajr ma jweġġaʼ jew imut. Biċ-​ċar, il-​liġijiet fiżiċi t’Alla jillimitaw il-​libertà tal-​bniedem milli jagħmel ċerti affarijiet.

8 It-​tielet, il-​libertà umana hija llimitata minħabba l-​liġijiet morali t’Alla. Wisq probabbli, int osservajt kif jaħdem dak li Pawlu kiteb f’Galatin 6:7, 8: “Tkunux żvijati: Alla mhux wieħed li żżebilħu. Għax kulma bniedem qiegħed jiżraʼ, dan ukoll se jaħsad; għaliex dak li qiegħed jiżraʼ b’ħarsa għal laħmu se jaħsad il-​korruzzjoni minn laħmu, imma dak li qiegħed jiżraʼ b’ħarsa għall-​ispirtu se jaħsad il-​ħajja taʼ dejjem mill-​ispirtu.” Ma tistax tiċħad li l-​liġijiet morali taʼ Alla Jehovah ukoll jillimitaw il-​libertà tagħna, imma li nobdubom huwa meħtieġ minna biex naqilgħu l-​ħajja.

9. Il-​fatt li aħna parti mis-​soċjeta umana kif jillimita l-​libertà tagħna?

9 Ir-​rabaʼ, il-​libertà tal-​bniedem hija llimitata minħabba li hu parti mis-​soċjeta umana. Għaldaqstant, għandu jkollu l-​libertà biss sal-​punt li din ma tfixkilx inġustament lil dik taʼ oħrajn. Il-​Kristjani jridu jkunu sottomessi lejn l-​“awtoritajiet superjuri” governattivi, billi jobduhom dment li dawn ma jirrikjedux li aħna niksru l-​liġijiet t’Alla. (Rumani 13:1; Atti 5:29) Per eżempju, għandna nobdu liġijiet rigward il-​ħlas tat-​taxxi, il-​veloċita li biha nsuqu l-​karozza, u affarijiet bħal dawn. Il-​fatt li rridu nobdu liġijiet bħal dawn taʼ “Ċesri” jkompli juri li l-​libertà li tana Alla m’hijiex assoluta.—Mark 12:17; Rumani 13:7.

Għala Libertà Relattiva?

10, 11. Jehovah għala ta lill-​bnedmin libertà relattiva?

10 Alla għala ta lill-​bnedmin libertà relattiva? Raġuni waħda kienet biex il-​Ħallieq setaʼ jkollu ħlejjaq intelliġenti fuq l-​art li jġibulu unur u tifħir bil-​kliem u bil-​kondotta mill-​aħjar tagħhom. Il-​bnedmin jistgħu jagħmlu dan, fil-​waqt li l-​annimali ma jistgħux. L-​annimali, billi huma ggvernati mill-​istint, ma jafu xejn dwar kondotta morali. Int tistaʼ tħarreġ kelb biex ma jiħux xi ħaġa, imma ma tistax tgħallmu kemm hu ħażin is-​serq. Annimal bl-​azzjonijiet tiegħu pprogrammati biex ingħidu hekk, ma jistax jagħmel deċiżjonijiet li jġibu tifħir u unur lil Alla, fil-​waqt li l-​bniedem jistaʼ liberament jagħżel li jaqdi lil Dak li għamlu sforz l-​imħabba u l-​apprezzament.

11 Alla jagħti wkoll lill-​bnedmin din il-​libertà għall-​benefiċċju u għall-​kuntentizza tagħhom. Huma jistgħu jeżerċitaw il-​libertà relattiva tagħhom billi jkunu kreattivi u jagħmlu invenzjonijiet, ikunu benevolenti u jikkoperaw. Il-​bnedmin ukoll għandhom il-​libertà tal-​għażla f’affarijiet bħal ma huma l-​vokazzjoni u l-​post fejn joqogħdu. Illum, fatturi ekonomiċi u politiċi taʼ spiss jillimitaw dik il-​libertà tal-​għażla, imma dan jistaʼ jkun dovut għar-​regħba umana, mhux minħabba l-​mod li Alla oriġinalment ħalaq lill-​bnedmin.

12. Il-​maġġoranza tal-​umanità għala huma fil-​jasar?

12 Għalkemm Jehovah ta lill-​bnedmin libertà kbira, il-​maġġoranza vasta llum jinsabu f’jasar li jifnik. X’ġara? L-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, tilfu l-​għan tal-​libertà li tahom Alla. Huma qabżu l-​limiti divini fuq il-​libertà tagħhom u sfidaw il-​ħakma bid-​dritt t’Alla fuqhom bħala l-​Mulej Sovran, Jehovah. (Ġenesi 3:1-7; Ġeremija 10:10; 50:31) Billi ma kinux kuntenti li jużaw il-​libertà tagħhom biex jonoraw lil Alla, huma użawha b’mod egoist, biex jiddeċiedu b’mod indipendenti x’kien tajjeb u x’kien ħażin, billi b’hekk ingħaqdu maʼ Satana fl-​irvell tiegħu kontra Jehovah. Minflok ma kisbu iżjed libertà, madankollu, Adam u Eva midinbin ġew suġġetti lejn restrizzjonijiet u jasar taʼ niket, tnaqqis mil-​libertà tagħhom u finalment il-​mewt. In-​nisel tagħhom wiret din it-​telfa taʼ libertà. “Għax kollha dinbu u ma jilħqux il-​glorja t’Alla.” “Il-​ħlas li d-​dnub iħallas hu l-​mewt.”−Rumani 3:23; 5:12; 6:23.

13. Satana għala kien kapaċi jitfaʼ fil-​jasar lill-​bnedmin?

13 Minħabba l-​irvell f’Għeden, Adam u nislu wkoll ġew taħt il-​jasar taʼ Satana x-​Xitan. Iva, “[i]d-dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​wieħed mill-​agħar”! (1 Ġwann 5:19) Kien minħabba l-​qawwa u l-​abbilta superjuri tiegħu li Satana rnexxielu jqarraq u jagħmel irsiera lill-​bnedmin kollha mbegħdin minn Alla. Barra minn dan, bnedmin egoisti ddominaw fuq bnedmin sħabhom għall-​ħsara tagħhom. (Ekklesjasti 8:9) Għaldaqstant, il-​bnedmin inġenerali jinsabu issa fil-​jasar għad-​dnub u l-​mewt, għal Satana u d-​demonji tiegħu, u għas-​sistemi politiċi, ekonomiċi, u reliġjużi tad-​dinja.

Libertà Vera Magħmula Possibbli

14. It-​tama tal-​bnedmin għal-​libertà vera hija marbuta maʼ liema ħaġa?

14 Li tinkiseb libertà mid-​dnub, mill-​mewt, u mix-​Xitan u d-​dinja tiegħu huwa marbut mad-​determinazzjoni t’Alla li jissetilja l-​kwistjoni rigward id-​dritt tas-​sovranità universali tiegħu stess. Peress li Satana qajjem din il-​kwistjoni, Jehovah ħallieh jibqaʼ jeżisti, saħansitra bħalma Hu ppermetta lil Farawni li jeżisti għal xi żmien. Dan hu sabiex Jehovah jistaʼ juri bis-​sħiħ il-​qawwa tiegħu u biex ikollu ismu ddikjarat mal-​art kollha. (Eżodu 9:15, 16) Alla dalwaqt jivvindika lilu nnifsu bħala s-​Sovran Universali u jqaddes l-​isem qaddis tiegħu billi jneħħi t-​tmaqdir li nġab fuqu permezz tal-​irvell taʼ Satana, Adam, u Eva. B’hekk, dawk li jibżgħu minn Jehovah se jinħelsu mill-​jasar għad-​dnub u l-​mewt u se jinġiebu f’dinja ġdida taʼ libertà li jkun tahom Alla.—Rumani 8:19-23.

15. Ġesù liema rwol kellu fir-​restawrazzjoni tal-​libertà għall-​bnedmin?

15 Biex jirrestawra l-​libertà lill-​bnedmin, Alla bagħat lil Ibnu fuq l-​art bħala bniedem. Billi ta volontarjament il-​ħajja umana perfetta tiegħu, l-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu, ipprovda s-​sagrifiċċju bħala rahan, il-​bażi biex jeħles lill-​bnedmin. (Mattew 20:28) Hu pproklama wkoll messaġġ taʼ libertà. Fil-​bidu tal-​ministeru tiegħu, hu applika għalih innifsu l-​kliem: “L-​ispirtu tal-​Mulej Sovran Jehovah hu fuqi, għar-​raġuni li Jehovah dilikni biex ingħid aħbar tajba lill-​ġwejdin. Hu bagħatni biex norbot lil dawk taʼ qalb maqsuma, biex nipproklama libertà lil dawk meħudin fil-​jasar u l-​ftuħ beraħ tal-​għajnejn saħansitra lill-​priġunieri.”−Isaija 61:1; Luqa 4:16-21.

16. Il-​Lhud tal-​ewwel seklu kellhom jieħdu liema passi biex jiksbu l-​libertà vera?

16 In-​nies kif kienu se jiksbu dik il-​libertà? Ġesù qal: “Jekk tibqgħu fil-​kelma tiegħi, intom tassew dixxipli tiegħi, u se tkunu tafu l-​verità, u l-​verità se tagħtikom il-​libertà.” B’hekk, is-​segwaċi taʼ Ġesù saru jgawdu libertà spiritwali. (Ġwann 8:31, 32, 36) Jerġaʼ, Ġesù qal lill-​gvernatur Ruman Ponzju Pilatu: “Għal dan jien twelidt, u għal dan jien ġejt fid-​dinja, biex nagħti xiehda għall-​verità. Kulmin qiegħed fuq in-​naħa tal-​verità jismaʼ leħni.” (Ġwann 18:37) Lhud li aċċettaw il-​verità kif ippridkata u eżemplifikata minn Ġesù nidmu minn dnubiethom, ikkorreġew il-​korsa żballjata tagħhom, ippreżentaw lilhom infushom lil Jehovah, u ġew imgħammdin kif kien ġie Ġesù. (Mattew 3:13-17; Atti 3:19) B’dan il-​mod saru jgawdu libertà relattiva mogħtija minn Alla.

17. Jehovah għala jagħti libertà lill-​qaddejja tiegħu?

17 Jehovah jagħti lill-​qaddejja leali tiegħu libertà primarjament b’ivvindikar tas-​sovranita tiegħu stess imma wkoll għall-​faraġ jew għall-​benefiċċju tagħhom. Hu ħeles lill-​Iżraeliti mill-​jasar Eġizzjan sabiex ikunu jistgħu jigglorifikawh bħala saltna taʼ qassisin, ix-​xhieda tiegħu. (Eżodu 19:5, 6; Isaija 43: 10-12) B’mod simili, Jehovah ħareġ lill-​poplu tiegħu mill-​eżilju Babilonjan primarjament biex jibni mill-​ġdid it-​tempju tiegħu u biex jirrestawra l-​qima vera. (Eżra 1:2-4) Meta l-​eżiljati tħassbu biss dwar il-​benefiċċji materjali tagħhom infushom, Jehovah bagħat lill-​profeti tiegħu Ħaggaj u Żakkarija biex iwissuhom dwar l-​obbligi tagħhom quddiem Alla. Li l-​libertà li tahom Alla b’hekk tpoġġiet f’perspettiva xierqa wassal għat-​tlestija tat-​tempju, għall-​glorja t’Alla, u wkoll għall-​faraġ u l-​benesseri tal-​poplu tiegħu.

Ma Nitilfux il-​Għan tal-​Libertà li Tana Alla.

18. Għala jistaʼ jingħad li l-​qaddejja taʼ Jehovah taż-​żmien modern ma tilfux il-​għan tal-​libertà li tahom Alla?

18 Xi ngħidu għall-​qaddejja t’Alla taż-​żmien modern? Bħala organizzazzjoni, huma ma tilfux il-​għan tal-​libertà li tahom Alla. Ftit wara s-​sena 1870 huma bdew jinħelsu mill-​iżballji Babilonjani u bdew igawdu iżjed libertà Kristjana. Dan kien fi qbil maʼ Proverbji 4:18, li jgħid: “[I]l-passaġġ tal-​uħud twajbin hu bħad-​dawl qawwi li qiegħed isir iktar u iktar qawwi sakemm il-​jum jiġi stabbilit fis-​sod.” Iżda, bħalma n-​nies tal-​qedem t’Alla ttieħdu fil-​jasar Babilonjan għal xi żmien, fl-​1918 il-​qaddejja taʼ Jehovah ġew f’miżura taʼ jasar taħt Babilonja l-​Kbira. (Rivelazzjoni 17:1, 2, 5) Membri minn dak l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza eżaltaw meta ż-​“żewġ xhieda” figurattivi waqgħu mejtin spiritwalment. Imma bil-​ħniena mhix mistħoqqa t’Alla, fl-​1919 il-​qaddejja midlukin tiegħu ġew imqajmin mill-​ġdid, billi nħelsu spiritwalment. (Rivelazzjoni 11:3, 7-11) Billi wżaw il-​libertà li tahom Alla, huma saru xhieda żelużi tal-​Iktar Għoli. Għalhekk, kemm kien xieraq li, fl-​1931, huma bil-​ferħ ħaddnu l-​isem Xhieda taʼ Jehovah! (Isaija 43: 10-12) B’mod partikulari mill-​1935 ’il hawn ix-​Xhieda midlukin ġew imseħbin minn “folla kbira,” li jittamaw li jiksbu ħajja eterna fuq l-​art. Huma wkoll m’humiex qegħdin jitilfu l-​għan tal-​libertà li tahom Alla.—Rivelazzjoni 7:9-17.

19, 20. (a) Liema huwa mod partikulari li bih in-​nies taʼ Jehovah ipoġġu l-​libertà li tahom Alla għal użu tajjeb? (b) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah b’liema mod notevoli ieħor jagħmlu użu tajjeb mil-​libertà li tahom Alla?

19 In-​nies taʼ Jehovah qegħdin jagħmlu użu tajjeb mil-​libertà li tahom Alla b’mod speċjali b’żewġ modi partikulari. B’mod wieħed, huma jużawha biex isegwu korsa dritta. (1 Pietru 2:16) U x’reputazzjoni mill-​aħjar għandhom! Per eżempju, wieħed raġel darba daħal ġewwa Sala tas-​Saltna f’Zurich, fl-​Isvizzera, u qal li hu ried isir wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Billi ġie mistoqsi għala, hu wieġeb li oħtu kienet Xhud u kienet ġiet maqtugħa mis-​sħubija minħabba l-​immoralita. Hu qal: ‘Dik hi l-​organizzazzjoni li rrid ningħaqad magħha—waħda li ma tittollerax kondotta ħażina.’ B’raġuni tajba n-​New Catholic Encyclopedia osservat li x-​Xhieda taʼ Jehovah kisbu r-​reputazzjoni li huma “wieħed mill-​iktar gruppi li jġibu ruħhom tajjeb fid-​dinja.”

20 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ukoll jagħmlu użu mil-​libertà li tahom Alla billi jwettqu l-​ħatra tagħhom biex jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna, bħalma għamel Ġesù. (Mattew 4:17) Bil-​kelma tal-​fomm u bil-​paġna stampata, kemm formalment kif ukoll informalment, huma qegħdin iħabbru s-​Saltna taʼ Jehovah. Billi jagħmlu dan huma jibbenefikaw bil-​kbir lilhom infushom billi jsaħħu l-​fidi tagħhom u jagħmlu tiddi t-​tama tagħhom. Barra minn dan, din l-​attività sservi biex issalva kemm lilhom u kemm lil dawk li jisimgħuhom. (1 Timotew 4:16) Rigward din l-​attività, il-​ktieb Dynamic Religious Movements igħid: “Ikun diffiċli li ssib membri taʼ kwalunkwe grupp ieħor li jaħdmu daqshekk iebes għar-​reliġjon tagħhom bħalma jagħmlu x-​Xhieda.”

21. X’evidenza hemm li Jehovah qed ibierek il-​ministeru tal-​poplu tiegħu?

21 Kemm qed iberikna Jehovah f’li nwettqu l-​għan tal-​libertà li tana Alla! Dan jistaʼ jidher mir-​rapport tas-​servizz tal-​għalqa tas-​sena l-​oħra—quċċata taʼ iktar minn erbaʼ miljuni pubblikaturi tas-​Saltna, b’iktar minn għaxar miljuni li attendew il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù. Fi stħarriġ wieħed, l-​Irlanda kellha 29 quċċati konsekuttivi kull xahar taʼ pubblikaturi; il-​Messiku kellu 78 quċċati fi 80 xahar; u l-​Ġappun kellu 153 quċċata wara xulxin!

Agħmel Użu Tajjeb mil-​Libertà li Tak Alla

22. X’inhu s-​sugu taʼ xi mistoqsijiet li jġagħluna naħsbu serjament u li nistgħu nistaqsu lilua nfusna?

22 Jekk int wieħed mix-​Xhieda ddedikati taʼ Jehovah, qiegħed tagħmel użu tajjeb mil-​libertà li Alla tak? Kull wieħed minna jagħmel tajjeb li jistaqsi lilu nnifsu: ‘Qiegħed jien attent biex nuża l-​libertà li tani Alla sabiex nevita li nfixkel lil xi ħadd b’kondotta ħażina? Qiegħed jien nobdi b’mod kuxjenzjuż il-​liġijiet taʼ Ċesri, għalkemm inpoġġi l-​ewwel il-​liġi t’Alla? Nikkopera bis-​sħiħ mal-​anzjani tal-​kongregazzjoni? Qiegħed jien nuża l-​libertà li tani Alla bis-​sħiħ f’li nippriedka l-​aħbar tajba? Ikolli dejjem ‘ħafna x’nagħmel fix-​xogħol tal-​Mulej’? Qiegħed jien insegwi bil-​ħerqa xi karriera sekulari meta nistaʼ npoġġi l-​libertà li tani Alla għal użu aħjar billi nespandi l-​ministeru tiegħi, nistinka għal iktar responsabbiltà ġewwa l-​kongregazzjoni jew għal servizz full-time?’—1 Korintin 15:58.

23. X’għandna nagħmlu sabiex ma nitilfux il-​għan tal-​libertà li tana Alla?

23 Jalla lkoll kemm aħna ‘nduqu u naraw li Jehovah huwa tajjeb.’ (Salm 34:8) Ejjew nafdaw fih, nikkonformaw mal-​liġijiet tiegħu, u nigglorifikaw lill-​isem qaddis tiegħu billi b’mod żeluż inħabbru s-​Saltna tiegħu. Ftakar li dawk ‘li qegħdin jiżirgħu bil-​kotra se jaħsdu wkoll bil-​kotra.’ (2 Korintin 9:6) Għalhekk, ejjew nagħtu servizz b’qalbna kollha lil Jehovah u nuru li aħna ma tlifniex il-​għan tal-​libertà li tana Alla.

Kif Twieġeb Int?

◻ Liema xorta taʼ libertà għandu Alla?

◻ Il-​libertà umana għandha liema limitazzionijiet?

◻ Il-​libertà vera kif intgħamlet possibbli?

◻ X’irridu nagħmlu biex nevitaw li nitilfu l-​għan tal-​libertà li tana Alla?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja