LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 1/15 pp. 1-11
  • L-Arranġament tal-Familja Minn Jehovah bl-Imħabba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Arranġament tal-Familja Minn Jehovah bl-Imħabba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Familja fi Żminijiet Bibliċi
  • L-​Irwol tal-​Irġiel Miżżewġin Kristjani
  • Nisa Miżżewġin Kristjani li Jagħtu Appoġġ
  • Tfal li Juru Apprezzament
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Gwida Għaqlija għall-Miżżewġin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 1/15 pp. 1-11

L-Arranġament tal-Familja Minn Jehovah bl-Imħabba

“Minħabba f’dan nilwi rkobbtejja lejn il-​Missier, li lilu kull familja fis-​sema u fuq l-​art taf isimha.”—EFESIN 3:14, 15.

1, 2. (a) Jehovah għal liema skop ħalaq il-​familja? (b) Il-​familja liema parti għandha jkollha llum fl-​arranġament taʼ Jehovah?

JEHOVAH ħalaq il-​familja. Permezz tagħha, hu għamel iżjed milli biss issodisfa l-​bżonn uman għall-​kumpanija, għall-​appoġġ, jew għall-​intimità. (Ġenesi 2:18) Il-​familja kienet il-​mezz li permezz tiegħu l-​iskop glorjuż t’Alla biex timtela l-​art kellu jitwettaq. Hu qal lill-​ewwel koppja miżżewġa: “Agħtu l-​frott u siru ħafna u imlew l-​art u rażżnuha.” (Ġenesi 1:28) L-​ambjent taʼ mħabba u taʼ għożża tal-​familja kellu jkun taʼ benefiċċju għall-​għadd bla tarf taʼ tfal li kienu se jkollhom Adam u Eva u d-​dixxendenti tagħhom.

2 Dik l-​ewwel koppja, madankollu, għażlet il-​korsa taʼ diżubbidjenza—b’riżultati taʼ ħerba għalihom infushom u għan-​nisel tagħhom. (Rumani 5:12) Il-​ħajja tal-​familja llum hi b’hekk bil-​maqlub taʼ dak li Alla riedha li tkun. Xorta waħda, il-​familja tibqaʼ tokkupa post importanti fl-​arranġament taʼ Jehovah, billi taqdi bħala bażi tas-​soċjetà Kristjana. Dan ma jintqalx b’xi nuqqas taʼ apprezzament għax-​xogħol mill-​aħjar li qed isir mill-​ħafna Kristjani mhux miżżewġin fostna. Minflok, aħna nirrikonoxxu l-​kontribut kbir li jagħmlu wkoll il-​familji għas-​saħħa spiritwali tal-​organizzazzjoni Kristjana inġenerali. Familji b’saħħithom jagħmlu kongregazzjonijiet b’saħħithom. Kif, iżda, tistaʼ l-​familja tiegħek tirnexxi meta tħabbat wiċċha mal-​pressjonijiet tal-​lum? Bi tweġiba, ejjew neżaminaw dak li għandha xi tgħid il-​Bibbja rigward l-​arranġament tal-​familja.

Il-​Familja fi Żminijiet Bibliċi

3. L-​irġiel u n-​nisa miżżewġin liema rwolijiet kellhom fil-​familja patrijarkali?

3 Adam u Eva t-​tnejn irrifjutaw l-​arranġament taʼ kap li għamel Alla. Imma rġiel taʼ fidi, bħal Noè, Abraham, Iżakk, Ġakobb, u Ġob, ħadu posthom kif jixraq, bħala kapijiet tal-​familja. (Ebrej 7:4) Il-​familja patrijarkali kienet qisha gvern żgħir, bil-​missier li jaġixxi bħala mexxej reliġjuż, għalliem, u mħallef. (Ġenesi 8:20; 18:19) In-​nisa miżżewġin ukoll kellhom rwol importanti, billi jaqdu mhux bħala rsiera imma bħala assistenti fl-​immaniġġjar tad-​dar.

4. Il-​ħajja tal-​familja kif tbiddlet taħt il-​Liġi taʼ Mosè, imma l-​ġenituri liema rwol baqgħu jokkupaw?

4 Meta Iżrael sar ġens fl-​1513 Q.E.K., il-​liġi tal-​familja saret subordinata għal-​Liġi nazzjonali mogħtija permezz taʼ Mosè. (Eżodu 24:3-8) Awtorità għal deċiżjonijiet, inkluża fuq affarijiet taʼ bejn ħajja u mewt, ingħatat issa lil imħallfin maħturin. (Eżodu 18:13-26) Is-​saċerdozju tal-​Leviti ħa l-​aspetti tal-​qima li għandhom x’jaqsmu maʼ sagrifiċċji. (Levitiku 1:2-5) Minkejja dan, il-​missier baqaʼ jingħata rwol importanti. Mosè wissa lill-​missirijiet: “Dawn il-​kelmiet li jien qiegħed nikkmandak illum iridu jkunu ġo qalbek; u trid iddaħħalhom sewwa f’moħħ ibnek u titkellem dwarhom meta tpoġġi f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd u meta tqum.” (Dewteronomju 6:6, 7) L-​ommijiet kellhom influwenza konsiderevoli. Proverbji 1:8 ikkmanda liż-​żgħażagħ: “Isma’, ibni, mid-​dixxiplina taʼ missierek, u tabbandunax il-​liġi t’ommok.” Iva, ġewwa l-​qafas tal-​awtorità taʼ żewġha, il-​mara Ebrea setgħet tagħmel—u tinforza—il-​liġi tal-​familja. Hi kellha tiġi onorata minn uliedha saħansitra wara li tkun xjaħet.—Proverbji 23:22.

5. Il-​liġi taʼ Mosè kif iddefiniet il-​post tat-​tfal fl-​arranġament tal-​familja?

5 Il-​post tat-​tfal kien ukoll iddefinit b’mod ċar mil-​Liġi t’Alla. Dewteronomju 5:16 kien igħid: “Onora lil missierek u lil ommok, sewwa sew bħalma Jehovah Alla tiegħek ikkmandak; sabiex jiemek jistgħu jagħtu prova li huma twal u jistaʼ jmurlek sewwa fuq l-​art li Jehovah Alla tiegħek qiegħed jagħtik.” Nuqqas taʼ rispett lejn il-​ġenituri kien offiża serja ħafna taħt il-​Liġi taʼ Mosè. (Eżodu 21:15, 17) “Fil-​każ li jkun hemm kwalunkwe raġel li jisħet lil missieru u lil ommu,” stqarret il-​Liġi, “għandu jingħata l-​mewt bla ma jonqos.” (Levitiku 20:9) Irvell kontra l-​ġenituri kien ekwivalenti għal irvell kontra Alla nnifsu.

L-​Irwol tal-​Irġiel Miżżewġin Kristjani

6, 7. Il-​kliem taʼ Pawlu f’​Efesin 5:23-29 għala deher revoluzzjonarju għall-​qarrejja tiegħu tal-​ewwel seklu?

6 Il-​Kristjanità tefgħet dawl fuq l-​arranġament tal-​familja, b’mod partikulari fuq l-​irwol tar-​raġel miżżewweġ. Barra l-​kongregazzjoni Kristjana, kien komuni għall-​irġiel miżżewġin fl-​ewwel seklu li jittrattaw man-​nisa tagħhom b’manjiera ħarxa u oppressiva. In-​nisa kienu miċħudin id-​drittijiet bażiċi u d-​dinjità. The Expositor’s Bible igħid: “Il-​Grieg kolt kien jieħu mara għall-​produzzjoni tat-​tfal. Id-​drittijiet tagħha ma poġġew l-​ebda restrizzjoni fuq l-​aptit tiegħu. L-​imħabba ma kinitx fil-​kuntratt taż-​żwieġ. . . . Il-​mara bħal irsira ma kellha l-​ebda drittijiet. Ġisimha kien għad-​dispożizzjoni taʼ sidha.”

7 Fi klima bħal din, Pawlu kiteb il-​kliem taʼ Efesin 5:23-29: “Raġel hu l-​kap taʼ martu bħalma l-​Kristu wkoll hu l-​kap tal-​kongregazzjoni, billi hu salvatur taʼ dan il-​ġisem. . . . Irġiel miżżewġin, komplu ħobbu lin-​nisa tagħkom, sewwa sew bħalma l-​Kristu wkoll ħabb lill-​kongregazzjoni u ta lilu nnifsu għaliha . . . L-​irġiel miżżewġin għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom bħall-​iġsma tagħhom stess. Dak li jħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, għax ebda raġel qatt ma bagħad lil laħmu stess; imma jitimgħu u jgħożżu.” Għall-​qarrejja tal-​ewwel seklu, dawn il-​kelmiet ma kienu xejn ħlief revoluzzjonarji. Igħid The Expositor’s Bible: “Xejn fil-​Kristjanità ma kien jidher iktar novell u iktar aħrax, ipparagunat mal-​morali dissoluti taʼ dak iż-​żmien, mill-​ħarsa Kristjana taż-​żwieġ. . . . Fetħet era ġdida għall-​umanità.”

8, 9. Liema attitudnijiet mhux xierqa lejn in-​nisa huma komuni fost l-​irġiel, u għala huwa importanti li rġiel Kristjani jirrifjutaw ħarsiet bħal dawn?

8 Il-​parir tal-​Bibbja għall-​irġiel miżżewġin m’hu xejn inqas revoluzzjonarju llum. Minkejja l-​kliem kollu dwar il-​liberazzjoni tan-​nisa, in-​nisa għadhom meqjusin minn ħafna rġiel bħala sempliċi oġġetti għal gratifikazzjoni sesswali. Billi jemmnu l-​ħrafa li n-​nisa fil-​fatt jieħdu pjaċir jiġu ddominati, ikkontrollati, jew sfidati, ħafna rġiel jabbużaw bin-​nisa tagħhom fiżikament u emozzjonalment. Kemm ikun taʼ għajb għal raġel Kristjan li jiġi pperswadut mill-​ħsieb tad-​dinja u jittratta lil martu b’mod taʼ abbuż! “Żewġi kien qaddej ministerjali u kien jagħti taħditiet pubbliċi,” tgħid waħda mara Kristjana. Iżda, hi tirrivela, “Jien kont vittma taʼ swat.” B’mod ċar, azzjonijiet bħal dawn ma kinux fi qbil mal-​arranġament t’Alla. Dak ir-​raġel kien eċċezzjoni rari; hu kien jinħtieġlu li jfittex għajnuna biex jittratta mad-​dagħdigħa tiegħu jekk kien jittama li jkollu l-​favur t’Alla.—Galatin 5:19-21.

9 L-​irġiel miżżewġin huma kkmandati minn Alla biex ikunu jħobbu lin-​nisa tagħhom bħal ġisimhom stess. Li wieħed jirrifjuta li jagħmel dan hu rvell kontra l-​istess arranġament t’Alla u jistaʼ jdgħajjef lir-​relazzjoni tiegħu m’Alla. Il-​kliem tal-​appostlu Pietru huwa ċar: “Intom l-​irġiel miżżewġin, komplu għammru bl-​istess manjiera ma[n-nisa tagħkom] skond il-​għarfien, billi tagħtuhom unur bħal li kieku lil reċipjent iktar dgħajjef, . . . sabiex it-​talb tagħkom ma jkunx imtellef.” (1 Pietru 3:7) Li wieħed jittratta maʼ martu b’mod aħrax jistaʼ wkoll ikollu effett qerriedi fuq l-​ispiritwalità tagħha u l-​ispiritwalità taʼ wliedu.

10. Liema huma xi modi li bihom raġel miżżewweġ jistaʼ jeżerċita awtorità bħal Kristu?

10 Irġiel miżżewġin, il-​familja tagħkom se tiffjorixxi taħtkom bħala kap jekk intom teżerċitaw l-​awtorità tagħkom bħalma għamel Kristu. Kristu qatt ma kien aħrax jew jabbuża. Għall-​kuntrarju, hu setaʼ jgħid: “[I]tgħallmu minni, għax jien kalm u umli fil-​qalb, u intom se ssibu serħan għal erwieħkom.” (Mattew 11:29) Tistaʼ l-​familja tiegħek tgħid hekk dwarek? Kristu ttratta mad-​dixxipli tiegħu bħala ħbieb u kellu fiduċja fihom. (Ġwann 15:15) Tagħti int lil martek l-​istess dinjità? Il-​Bibbja tgħid dwar il-​“mara miżżewġa kapaċi”: “Fiha qalb sidha fdat.” (Proverbji 31:10, 11) Dak ifisser li tħallilha ammont taʼ libertà u wisaʼ biex taġixxi, mhux torbotha b’restrizzjonijiet bla raġuni. Jerġaʼ, Ġesù nkuraġġixxa lid-​dixxipli tiegħu biex jesprimu s-​sentimenti u l-​opinjonijiet tagħhom. (Mattew 9:28; 16:13-15) Tagħmel int l-​istess maʼ martek? Jew tqis nuqqas taʼ qbil onest bħala sfida lejn l-​awtorità tiegħek? Billi tqis is-​sentimenti taʼ martek minflok ma tinjorahom, int tkun fil-​fatt qed tibni ir-​rispett tagħha lejn l-​awtorità tiegħek.

11. (a) Il-​missirijiet kif jistgħu jieħdu ħsieb tal-​bżonnijiet spiritwali taʼ wliedhom? (b) Anzjani u qaddejja ministerjali għala jridu jagħtu eżempju tajjeb f’li jieħdu ħsieb tal-​familji tagħhom?

11 Jekk int missier, int meħtieġ ukoll li tieħu l-​inizzjattiva f’li tieħu ħsieb tal-​bżonnijiet spiritwali, emozzjonali, u fiżiċi taʼ wliedek. Dak jinkludi li jkollok rutina spiritwali tajba għall-​familja tiegħek: taħdem magħhom fis-​servizz tal-​għalqa, tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar, tiddiskuti t-​test tal-​ġurnata. Taʼ interess, il-​Bibbja turi li anzjan jew qaddej ministerjali għandu jkun “raġel li jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess b’mod mill-​aħjar.” Irġiel li jaqdu f’dawn il-​karigi għandhom b’hekk ikunu eżemplari bħala kapijiet tal-​familja. Fil-​waqt li huma jistgħu jġorru tagħbija tqila taʼ responsabbiltajiet tal-​kongregazzjoni, huma jridu jagħtu prijorità lill-​familji tagħhom stess. Pawlu wera għala: “Jekk tabilħaqq xi raġel ma jafx kif jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess, kif se jieħu ħsieb tal-​kongregazzjoni t’Alla?”−1 Timotew 3:4, 5, 12.

Nisa Miżżewġin Kristjani li Jagħtu Appoġġ

12. Il-​mara miżżewġa x’parti għandha fl-​arranġament Kristjan?

12 Int mara miżżewġa Kristjana? Allura int ukoll trid tilgħab parti vitali fl-​arranġament tal-​familja. Nisa miżżewġin Kristjani huma mħeġġin “biex iħobbu lil żwieġhom, biex iħobbu lit-​tfal tagħhom, biex ikunu moħħhom f’loku, safjin, ħaddiema fid-​dar, tajbin, jissottomettu ruħhom lejn żwieġhom stess.” (Titus 2:4, 5) Int b’hekk għandek tirsisti biex tkun mara tad-​dar eżemplari, billi żżomm dar nadifa u pjaċevoli għall-​familja tiegħek. Ix-​xogħol tad-​dar jistaʼ xi drabi jkun tedjanti, imma la hu degradanti u lanqas insinjifikanti. Bħala mara miżżewġa, int ‘tmexxi tajjeb fuq dar’ u forsi tgawdi wisaʼ konsiderevoli biex taġixxi f’dan ir-​rigward. (1 Timotew 5:14) Il-​“mara miżżewġa kapaċi,” per eżempju, kienet tixtri provisti tad-​dar, kienet tinnegozja fil-​bini, u saħansitra kienet tiġġenera d-​dħul tal-​flus billi kellha negozju żgħir. Mhux taʼ b’xejn li hi akkwistat it-​tifħir taʼ żewġha! (Proverbji, kapitlu 31) Naturalment, dawn l-​inizzjattivi saru taħt id-​direzzjoni taʼ żewġha bħala l-​kap tagħha.

13. (a) Is-​sottomissjoni għala tistaʼ tkun diffiċli għal xi nisa? (b) Għala huwa vantaġġjuż għal nisa Kristjani li jissottomettu lilhom infushom lejn żwieġhom?

13 Li tissottometti lilek innifsek lejn żewġek jistaʼ ma jkunx dejjem faċli, madankollu. Mhux l-​irġiel kollha jirbħu r-​rispett. U int forsi kapaċi fejn jidħol l-​immaniġġjar taʼ finanzi, l-​ippjanar, jew l-​organizzar. Forsi għandek xi xogħol sekulari u tagħti kontribut sostanzjali lid-​dħul tal-​familja. Jew forsi sofrejt b’xi mod minn dominanza maskili fil-​passat u forsi ssibha diffiċli li tkun suġġetta lejn raġel. Minkejja dan, li turi “rispett profond,” jew “biżaʼ”, lejn żewġek juri r-​rispett tiegħek lejn Alla bħala kap. (Efesin 5:33, Kingdom Interlinear; 1 Korintin 11:3) Is-​sottomissjoni hi kruċjali wkoll għas-​suċċess tal-​familja tiegħek; din tgħinek tevita li tpoġġi liż-​żwieġ tiegħek taħt niket u tbatija bla bżonn.

14. Mara miżżewġa x’tistaʼ tagħmel jekk ma taqbilx maʼ xi deċiżjoni li ssir minn żewġha?

14 Ifisser dan, iżda, li int għandek toqgħod siekta meta tħoss li żewġek qed jagħmel deċiżjoni li taħdem kontra l-​aħjar interessi tal-​familja tiegħek? Mhux bilfors. Sara l-​mara taʼ Abraham ma baqgħetx siekta meta rat theddida għall-​benesseri taʼ binha Iżakk. (Ġenesi 21:8-10) B’mod simili, int forsi tħossok obbligata li tesprimi s-​sentimenti tiegħek xi drabi. Jekk dan isir b’mod taʼ rispett “fil-​ħin xieraq,” raġel Kristjan taʼ tjieba se jismaʼ. (Proverbji 25:11) Imma jekk is-​suġġeriment tiegħek ma jiġix segwit u ebda ksur serju taʼ xi prinċipju tal-​Bibbja ma hu nvolut, ma tkunx qiegħda taħdem kontra l-​interessi tiegħek stess jekk tmur kontra x-​xewqat taʼ żewġek? Ftakar, “il-​mara verament għaqlija bniet id-​dar tagħha, imma l-​waħda belha ġġarrafha b’idejha stess.” (Proverbji 14:1) Mod wieħed kif tibni d-​dar tiegħek hu billi tagħti appoġġ lill-​awtorità taʼ żewġek, billi tfaħħru tat-​tajjeb li jagħmel fil-​waqt li ma teħodhiex bi kbira meta jiżżballja.

15. Mara miżżewġa b’liema modi tistaʼ tieħu sehem fid-​dixxiplina u fit-​taħriġ taʼ wliedha?

15 Mod ieħor kif tibni d-​dar tiegħek hu billi taqsam fid-​dixxiplina u fit-​taħriġ taʼ wliedek. Per eżempju, int tistaʼ tagħmel il-​parti tiegħek biex iżżomm l-​istudju tal-​Bibbja tal-​familja regulari u edifikanti. “Tħallix lil idek tistrieħ” fejn jinvolvi l-​għoti tal-​veritajiet t’Alla lil uliedek f’kull opportunità—waqt li tivvjaġġa jew sempliċement waqt li tmur tixtri magħhom. (Ekkleżjasti 11:6) Għinhom biex jippreparaw il-​kummenti tagħhom għal-​laqgħat u partijiet fl-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru. Oqgħod attenta maʼ min jagħmluha. (1 Korintin 15:33) Fejn jinvolvi affarijiet taʼ livelli u dixxiplina taʼ tjieba, ħalli lil uliedek jaraw li int u żewġek fehma waħda. Tħallihomx idawruk kontra żewġek.

16. (a) Liema eżempju Bibliku jistaʼ jinkuraġġixxi lil nisa mingħajr raġel u lil dawk miżżewġin lil irġiel li ma jemmnux? (b) Oħrajn fil-​kongregazzjoni kif jistgħu jkunu taʼ għajnuna għal uħud bħal dawn?

16 Jekk int mingħajr raġel jew għandek ir-​raġel li ma jemminx, int forsi jkollok tieħu l-​inizzjattiva spiritwalment. Dan jistaʼ jkun diffiċli u xi drabi saħansitra skuraġġanti. Imma taqtax qalbek. Ewniċe, omm Timotew, irnexxielha tgħallmu l-​Iskrittura mqaddsa “mill-​infanzja,” minkejja li żewġha ma kienx jemmen. (2 Timotew 1:5; 3:15) U ħafna fostna qegħdin igawdu suċċess simili. Jekk tinħtieġ xi għajnuna f’dan ir-​rigward, int tistaʼ tgħarraf lill-​anzjani bil-​bżonnijiet tiegħek. Huma forsi jkunu jistgħu jirranġaw biex xi ħadd igħinek tiġi għal-​laqgħat u toħroġ fis-​servizz tal-​għalqa. Huma jistgħu jinkuraġġixxu lil oħrajn biex jinkludu lill-​familja tiegħek f’xi ħruġ jew laqgħat taʼ rikreazzjoni. Jew jistgħu jirranġaw biex pubblikatur tal-​esperjenza jgħinek tibda studju tal-​familja.

Tfal li Juru Apprezzament

17. (a) Iż-​żgħażagħ kif jistgħu jikkontribwixxu għall-​ġid tal-​familja? (b) Ġesù x’eżempju ħalla f’dan ir-​rigward?

17 Żgħażagħ Kristjani jistgħu jikkontribwixxu għall-​ġid tal-​familja billi jsegwu l-​parir taʼ Efesin 6:l-3: “Tfal, kunu ubbidjenti lejn il-​ġenituri tagħkom f’għaqda mal-​Mulej, għax dan hu taʼ tjieba: ‘Onora lil missierek u lil ommok’; li hu l-​ewwel kmandament b’wegħda: ‘Biex imurlek tajjeb u tistaʼ ddum żmien twil fuq l-​art.’” Billi tikkopera mal-​ġenituri tiegħek, int turi ir-​rispett tiegħek lejn Jehovah. Ġesù Kristu kien perfett u setaʼ faċilment irraġuna li kien umiljanti għalih li jissottometti ruħu lejn ġenituri imperfetti. Iżda, “hu baqaʼ sottomess lejhom. . . . U Ġesù baqaʼ jagħmel progress fil-​għerf u fit-​tkabbir fiżiku u fil-​favur maʼ Alla u l-​bnedmin.”−Luqa 2:51, 52.

18, 19. (a) Xi jfisser li tonora lill-​ġenituri tiegħek? (b) Id-​dar kif tistaʼ ssir post riffreskanti?

18 M’għandekx int bl-​istess mod tonora lill-​ġenituri tiegħek? “Unur” hawn ifisser li tirrikonoxxi awtorità maħtura kif jixraq. (Qabbel 1 Pietru 2:17.) Fil-​biċċa l-​kbira tas-​sitwazzjonijiet unur bħal dan hu dovut saħansitra jekk il-​ġenituri ma jkunux jemmnu jew qegħdin jonqsu li jagħtu eżempju tajjeb. Għandek tonora lill-​ġenituri jerġaʼ iżjed jekk huma Kristjani eżemplari. Ftakar, ukoll, li d-​dixxiplina u d-​direzzjoni mogħtijin mill-​ġenituri tiegħek m’humiex intenzjonati biex jorbtuk bla bżonn. Minflok, huma qegħdin hemm biex jipproteġuk sabiex int tkun tistaʼ “tibqaʼ tgħix.’”−Proverbji 7:1, 2.

19 X’arranġament taʼ mħabba, allura, hi l-​familja! Meta l-​irġiel miżżewġin, in-​nisa, u t-​tfal ilkoll isegwu r-​regoli għall-​ħajja tal-​familja, id-​dar issir post taʼ kenn, post riffreskanti. Madankollu, problemi li jinvolvu l-​komunikazzjoni u t-​taħriġ tat-​tfal jistgħu jqumu. L-​artiklu li jmiss jiddiskuti kif jistgħu jiġu solvuti xi ftit minn dawn il-​problemi.

Tiftakar?

◻ Liema mudell twaqqaf minn irġiel miżżewġin, nisa miżżewġin, u tfal li kienu jibżgħu minn Alla fi żminijiet bibliċi?

◻ Il-​Kristjanità liema dawl tefgħet fuq l-​irwol tar-​raġel miżżewweġ?

◻ Il-​mara miżżewġa x’parti għandha jkollha fil-​familja Kristjana?

◻ Iż-​żgħażagħ Kristjani kif jistgħu jikkontribwixxu għall-​ġid tal-​familja?

[Stampa f’paġna 8]

“Xejn fil-​Kristjanità ma kien jidher iktar novell u iktar aħrax, ipparagunat mal-​morali dissoluti taʼ dak iż-​żmien, mill-​ħarsa Kristjana taż-​żwieġ. . . . Fetħet era ġdida għall-​umanità”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja