LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 3/1 pp. 5-6
  • Min Għandu l-Favur t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Għandu l-Favur t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Livelli Iktar Għoljin t’Alla
  • Aħna Nistgħu Naqilgħu l-​Favur t’Alla
  • Lil Liema Xorta taʼ Nies Tiffavorixxi Int?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Int “Għani m’Alla”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għandhom il-Kristjani Jkunu Foqra?
    Stenbaħ!—2003
  • X’Inhu Verament Importanti?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 3/1 pp. 5-6

Min Għandu l-Favur t’Alla?

ILKOLL kemm aħna rridu li nintgħoġbu minn dawk li jagħmluha magħna. Għal Kristjan xewqa bil-​wisq iktar qawwija hija li jsib favur maʼ Alla. Dwar Alla Jehovah, hemm stqarrija f’​Salm 84:11: “Favur u glorja huma dak li jagħti. Jehovah innifsu mhux se jżomm lura xi ħaġa tajba minn dawk li qegħdin jimxu mingħajr ħtija.” Fit-​twelid taʼ Ġesù, il-​għajta ferriħija tal-​anġli tas-​sema wiegħdet “paċi fuq l-​art għal bnedmin li hu jiffavorixxi!”−Luqa 2:14, Moffatt.

Imma Alla lil min jiffavorixxi? Huma l-​livelli t’Alla l-​istess bħal tal-​bniedem? Kif tistaʼ tobsor, m’humiex hekk, bħalma hu indikat b’dak li ddiskutejna fl-​ewwel artiklu. Fil-​fatt, ladarba l-​Kristjani huma mwissijin biex ‘isiru imitaturi t’Alla,’ kull wieħed minna jistaʼ b’mod xieraq jistaqsi, Nuri jien favur lejn persuni li Alla jiffavorixxi, jew jien inklinat li nsegwi l-​livelli tad-​dinja f’li niġġudika lin-​nies? (Efesin 6:1) Biex niksbu l-​favur u l-​approvazzjoni taʼ Jehovah, irridu nagħtu kas li naraw l-​affarijiet mill-​ħarsa tiegħu.

Il-​Livelli Iktar Għoljin t’Alla

“Alla mhux parzjali,” qal l-​appostlu Pietru, “imma f’kull ġens il-​bniedem li jibżaʼ minnu u jaħdem it-​tjieba hu milqugħ minnu.” Iktar minn hekk, l-​appostlu Pawlu xehed li Alla “għamel minn raġel wieħed lil kull ġens taʼ bnedmin.” (Atti 10:34, 35; 17:26) Huwa raġonevoli li tikkonkludi, għalhekk, li l-​bnedmin kollha huma ugwali f’għajnejn Alla huma x’inhuma l-​karatteristiċi fiżiċi tagħhom. Billi dan huwa l-​każ, mhux se jkun xieraq għal Kristjan li jiffavorixxi lil xi ħadd iktar milli hemm bżonn minħabba li hu ġej minn xi reġjun partikulari jew minħabba ċertu kulur tal-​ġilda jew għax jappartjeni lil xi razza oħra. Minflok, jagħmel tajjeb li jsegwi lill-​Eżemplar tiegħu, Ġesù Kristu, li dwaru saħansitra l-​għedewwa ammettew li hu ma wera l-​ebda parzjalità.—Mattew 22:16.

L-espressjoni “skin deep” (li litteralment tfisser fond sal-​ġilda) hija xi drabi wżata biex tiddeskrivi xi ħaġa li mhix fonda jew li mhix importanti. Il-​kulur tal-​ġilda huwa sempliċement hekk; huwa biss fond sal-​ġilda. Il-​kulur tal-​ġilda taʼ xi ħadd ma bl-​ebda mod jirrifletti l-​personalità jew il-​kwalitajiet ġewwinin tiegħu. Meta niġu biex nagħżlu n-​nies biex nassoċjaw magħhom, nieklu magħhom, jew neħdulhom b’idejhom, żgur li m’għandniex inħarsu b’mod partikulari lejn il-​kulur tal-​ġilda. Ftakar, it-​tfajla li nebbħet xi wħud mill-​isbaħ poeżiji romantiċi li qatt inkitbu qalet dwarha nfisha: “Tifla sewda jien, imma sabiħa, . . . Jien għandi ġilda skura, għaliex ix-​xemx lemħitni.” (Għanja taʼ Salamun 1:6, 6) La r-​razza u lanqas il-​kulur ma jifformaw bażi xierqa sabiex jintwera l-​favur. Wisq iktar importanti hu jekk wieħed jibżax minn Alla u jagħmilx it-​tjieba.

Alla kif iħossu dwar li wieħed jippossjedi għana materjali? Mill-​persuni kollha li lilhom Alla jħobb u jiffavorixxi, Ibnu, Ġesù Kristu, qiegħed fuq quddiemnett. Iżda, meta kien fuq l-​art, Ġesù ma kellu “mkien fejn imidd rasu.” (Mattew 8:20) Ma kellux propjetà f’artijiet, djar, għelieqi, siġar tal-​frott, jew annimali. Xorta waħda, Jehovah onorah u eżaltah għal pożizzjoni li hi fuq kwalunkwe wieħed ieħor fl-​univers għajr Alla nnifsu.—Filippin 2:9.

Ġesù Kristu sab favur m’Alla minħabba li hu kien għani mhux f’affarijiet materjali imma f’xogħlijiet mill-​aħjar. (Qabbel 1 Timotew 6:17, 18.) Hu wissa lis-​segwaċi tiegħu: “Ieqfu milli taħżnu għalikom infuskom teżori fuq l-​art, fejn jittieklu mill-​kamla u bis-​sadid, u fejn il-​ħallelin jidħlu u jisirqu. Minflok, aħżnu għalikom infuskom teżori fis-​sema, fejn ma jittieklu la mill-​kamla u lanqas bis-​sadid, u fejn il-​ħallelin ma jidħlux u jisirqu.” (Mattew 6:19, 20) B’hekk, minflok ma juru favur maʼ dawk biss li huma sinjuri fl-​affarijiet tad-​dinja, il-​Kristjani ma se jagħmlu l-​ebda distinzjoni fuq il-​bażi taʼ ġid dinji. Huma se jfittxu lil dawk li huma sinjuri lejn Alla u ma jimportahomx jekk humiex sinjuri jew fqar b’mod materjali. Tinsa qatt li “Alla għażel lil dawk li huma foqra rigward id-​dinja biex ikunu għonja fil-​fidi u werrieta tas-​Saltna.” (Ġakbu 2:5) Jekk int iżżomm il-​ħarsa t’Alla, qatt ma se tintrebaħ mid-​drawwa komuni taʼ li tiffavorixxi jew taqdi lil dawk li huma sinjuri materjalment.

Inkwantu għall-​edukazzjoni, il-​Bibbja turi ċar u tond li Alla jħeġġiġna biex infittxu l-​għarfien u l-​għerf u li Ġesù Kristu kien l-​akbar għalliem li qatt mexa fuq l-​art. (Proverbji 4:7; Mattew 7:29; Ġwann 7:46) Imma m’humiex il-​għerf u l-​edukazzjoni tad-​dinja li jsibu favur maʼ Alla. Għall-​kuntrarju, Pawlu jgħidilna li “mhux ħafna għorrief b’mod tal-​laħam kienu msejħin, . . . imma Alla għażel l-​affarijiet boloh tad-​dinja, biex iġiegħel lill-​għorrief jistħu.”−1 Korintin 1:26, 27.

Alla jiffavorixxi lil dawk li huma edukati sewwa, mhux f’suġġetti sekulari mgħallmin f’istituti taʼ tagħlim għoli, imma fil-​“lingwa pura” taʼ verità misjuba fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. (Sofonija 3:9) Fil-​fatt Jehovah innifsu qiegħed igħallem lill-​poplu tiegħu llum permezz taʼ programm edukattiv li jestendi għall-​erbat irkejjen tal-​art. Kif inhu mbassar mill-​profeta Isaija, nies mill-​ġnus kollha qegħdin iwieġbu billi jgħidu: “Ħalli nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Jehovah, lejn id-​dar taʼ dak Alla taʼ Ġakobb; u hu se jistruwina dwar il-​mogħdijiet tiegħu, u aħna se nimxu fil-​passaġġi tiegħu.” Għalhekk, minflok ma jigglorifikaw l-​edukazzjoni sekulari, il-​Kristjani se jfittxu lil dawk li jagħtu prova bi kliemhom u b’għemilhom li huma verament “persuni mgħallmin minn Jehovah.” Billi jagħmlu hekk, se jgawdu l-​‘paċi abbundanti’ li jagħti Alla.—Isaija 2:3; 54:13.

Aħna Nistgħu Naqilgħu l-​Favur t’Alla

Iva, il-​livelli t’Alla f’li juri favur lejn oħrajn huma differenti ħafna minn dawk tal-​bniedem. Minkejja dan, irridu nħabirku biex inkunu ggwidati mill-​modi tiegħu jekk irridu niksbu favur f’għajnejh. Dan ifisser li rridu nitgħallmu naraw lil oħrajn mill-​ħarsa t’Alla u mhux mil-​livelli tal-​bniedem, influwenzati kif inhuma mill-​egoiżmu u mill-​preġudizzju. Kif nistgħu nagħmluh dan?

Alla Jehovah jeżamina l-​qalb taʼ dak li jkun u jiffavorixxi lil dawk li juru kwalitajiet bħalma huma l-​imħabba, it-​tjubija, il-​qalb tajba, u s-​sabar fit-​tul. Aħna għandna nagħmlu bħalu. (1 Samwel 16:7; Galatin 5:22, 23) Hemm bżonn li nħarsu lejn il-​persuna ġewwinija, sal-​punt li hu possibbli għalina l-​bnedmin, u mhux lejn il-​kulur tal-​ġilda jew l-​isfond etniku tagħha. Minflok ma nfittxu lil dawk li huma sinjuri f’affarijiet materjali, nagħmlu tajjeb li nżommu f’moħħna l-​ħarsa t’Alla tar-​rikkezzi u nagħmlu ħilitna ‘biex inkunu għonja f’xogħlijiet mill-​aħjar, biex inkunu idna miftuħa, lesti biex naqsmu.’ (1 Timotew 6:18) Biex nakkwistaw il-​favur t’Alla, irridu nkomplu nfittxu l-​għarfien eżatt t’Alla u taʼ Ibnu, Ġesù Kristu, billi nsiru edukati sewwa fil-​lingwa pura tal-​verità. (Ġwann 17:3, 17) Meta nagħmlu dan, aħna wkoll se nkunu fost dawk li lilhom Alla jiffavorixxi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja