LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 3/1 pp. 11-16
  • “Ġibu l-Għexur Kollha fil-Maħżen”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ġibu l-Għexur Kollha fil-Maħżen”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Miġja fit-​Tempju Spiritwali
  • Xogħol taʼ Tindif
  • Offerti u Deċmi
  • Imberkin sakemm m’Hemmx Iżjed Bżonn
  • Il-Barka taʼ Jehovah Tagħmel Għani
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar li Tagħti Għaxra fil-​Mija?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • “Xita taʼ Barkiet Sakemm Ma Jkun Jonqoskom Xejn Iktar”
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Malakija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 3/1 pp. 11-16

“Ġibu l-​Għexur Kollha fil-​Maħżen”

“[I]ttestjawni, jekk jogħġobkom, f’dan ir-​rigward, . . . jekk inix se niftħilkom il-​kanċelli tal-​għargħar tas-​smewwiet.”−MALAKIJA 3:10.

1. (a) Fil-​Ħames seklu Q.E.K., Jehovah liema stedina ta lill-​poplu tiegħu? (b) Fl-​ewwel seklu E.K. x’irriżulta milli Jehovah ġie fit-​tempju għall-​ġudizzju?

FIL-​ĦAMES seklu Q.E.K., l-​Iżraeliti kienu wrew nuqqas taʼ fedeltà lejn Jehovah. Huma kienu żammew lura d-​deċmi u ġabu annimali mhux addattati fit-​tempju bħala offerti. Madankollu, Jehovah wiegħed li jekk huma jġibu d-​deċmi kollha fil-​maħżen, hu kien se jferraʼ barka sakemm ma jkunx hemm iżjed bżonn. (Malakija 3:8-10) Xi 500 sena wara, Jehovah, irrappreżentat minn Ġesù bħala l-​messaġġier Tiegħu tal-​patt, ġie fit-​tempju f’Ġerusalemm għall-​ġudizzju. (Malakija 3:1) Iżrael bħala ġens instab qed jonqos, imma dawk l-​individwi li rritornaw lejn Jehovah kienu mberkin b’mod għani. (Malakija 3:7) Huma kienu midlukin biex isiru l-​ulied subien spiritwali taʼ Jehovah, ħolqien ġdid, “l-​Iżrael t’Alla.”−Galatin 6:16; Rumani 3:25, 26.

2. Malakija 3:1-10 meta kien se jkollu twettieq ieħor, u x’aħna mistednin nagħmlu f’konnessjoni maʼ dan?

2 Kważi 1,900 sena wara dan, fis-​sena 1914, Ġesù ngħata t-​tron bħala s-​Sultan tas-​Saltna tas-​sema t’Alla, u l-​kliem imnebbaħ b’mod divin f’​Malakija 3:​1-10 kien wasal biex ikollu t-​tieni twettieq. F’konnessjoni maʼ din il-​ġrajja eċċitanti, Kristjani llum huma mistednin biex iġibu d-​deċmi kollha fil-​maħżen. Jekk nagħmlu hekk, aħna wkoll se ngawdu barkiet sakemm ma jkunx hemm bżonn iżjed.

3. Min kien il-​messaġġier li jipprepara it-​triq quddiem Jehovah (a) fl-​ewwel seklu? (b) qabel l-​ewwel gwerra dinjija?

3 Rigward il-​miġja tiegħu fit-​tempju, Jehovah qal: “Ħares! Qiegħed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi, u jrid jiftaħ mogħdija quddiemi.” (Malakija 3:1) Bħala twettieq taʼ dan fl-​ewwel seklu, Ġwanni l-​Għammied ġie f’Iżrael jippriedka l-​indiema tad-​dnubiet. (Mark 1:2, 3) Kien hemm xogħol preparatorju f’konnessjoni mat-​tieni miġja taʼ Jehovah fit-​tempju tiegħu? Iva. Fil-​għaxriet tas-​snin qabel l-​ewwel gwerra dinjija, l-​Istudenti tal-​Bibbja tfaċċjaw fuq ix-​xena dinjija jgħallmu duttrina Biblika pura u jikxfu gideb li jiddiżonora lil Alla, bħalma huma d-​duttrini tat-​Trinità u tan-​nar tal-​infern. Huma wissew ukoll dwar it-​tmiem li kien riesaq taż-​żminijiet tal-​Ġentili fis-​sena 1914. Ħafna wieġbu għal dawn l-​uħud li jġorru d-​dawl tal-​verità.—Salm 43:3; Mattew 5:14, 16.

4. X’mistoqsija kellha tiġi riżolta matul jum il-​Mulej?

4 Is-​sena 1914 tat bidu għal dak li l-​Bibbja ssejjaħlu “jum il-​Mulej.” (Rivelazzjoni 1:10) Ġrajjiet memorabbli kellhom iseħħu matul dak il-​jum, inkluż li jiġi identifikat “l-​irsir fidil u diskret” u li dan jinħatar “fuq dak kollu li [s-Sid] jippossjedi.” (Mattew 24:45-47) Lura fis-​sena 1914, eluf taʼ knejjes kienu jistqarru li huma Kristjani. Liema grupp kien se jiġi rikonoxxut mis-​Sid, Ġesù Kristu, bħala l-​irsir fidil u diskret tiegħu? Dik il-​mistoqsija kellha tiġi riżolta meta Jehovah jiġi fit-​tempju.

Miġja fit-​Tempju Spiritwali

5, 6. (a) Jehovah f’liema tempju ġie għall-​ġudizzju? (b) Il-​Kristjaneżmu liema ġudizzju rċieva mingħand Jehovah?

5 Iżda, hu lejn liema tempju ġie? Jidher ċar li mhux lejn tempju litterali f’Ġerusalemm. L-​aħħar wieħed minn dawk it-​tempji kien meqrud lura fis-​sena 70 E.K. Jehovah għandu, madankollu, tempju akbar li kien iffigurat bil-​quddiem minn dak f’Ġerusalemm. Pawlu tkellem dwar dan it-​tempju akbar u wera kemm verament hu grandjuż, b’post qaddis fis-​sema u bitħa hawn fuq l-​art. (Ebrej 9:11, 12, 24; 10:19, 20) Huwa lejn dan it-​tempju spiritwali kbir li Jehovah ġie għal xogħol taʼ ġudizzju.—Qabbel Rivelazzjoni 11:1; 15:8.

6 Dan meta ġara? Skond evidenza sostanzjali disponibbli, fis-​sena 1918.a X’kien ir-​riżultat? Inkwantu għall-​Kristjaneżmu, Jehovah ra organizzazzjoni li idejha kienu joqtru bid-​demm, sistema reliġjuża korrotta li kienet prostitwiet lilha nfisha lid-​dinja, billi għamlet ħbieb mal-​għonja u ħaqret lill-​fqar, billi għallmet duttrini pagani minflok ma pprattikat il-​qima pura. (Ġakbu 1:27; 4:4) Permezz taʼ Malakija, Jehovah kien wissa: “Se nsir xhud għaġġiel kontra s-​saħħara, u kontra l-​adulteri, u kontra dawk li qegħdin jaħilfu fil-​falz, u kontra dawk li qegħdin jaġixxu bil-​qerq mal-​pagi tal-​ħaddiem li jitħallas il-​paga, mal-​armla u mat-​tifel bla missier.” (Malakija 3:5) Il-​Kristjaneżmu kien għamel dan kollu u iżjed minn hekk. Sas-​sena 1919 kien ċar li Jehovah kien ikkundannah għall-​qerda flimkien mal-​bqija taʼ Babilonja l-​Kbira, l-​edifiċċju dinji taʼ reliġjon falza. Minn dak iż-​żmien ’il quddiem, ħarġet is-​sejħa lil uħud taʼ qalb tajba: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi.”−Rivelazzjoni 18:1, 4.

7. Ġesù lil min irrikonoxxa bħala l-​irsir fidil u diskret tiegħu?

7 Min, mela, kien l-​irsir fidil u diskret? Fl-​ewwel seklu, beda bil-​grupp żgħir li wieġeb għax-​xogħol taʼ xiehda taʼ Ġwanni l-​Għammied u taʼ Ġesù, il-​messaġġier tal-​patt. Fis-​seklu tagħna, kienu l-​ftit eluf li wieġbu għax-​xogħol preparatorju tal-​Istudenti tal-​Bibbja matul is-​snin li wasslu għas-​sena 1914. Dawn l-​uħud issaportew provi ħorox matul l-​ewwel gwerra dinjija, imma huma wrew li qalbhom kienet maʼ Jehovah.

Xogħol taʼ Tindif

8, 9. Lura fis-​sena 1918, l-​irsir fidil u diskret b’liema modi kellu bżonn it-​tindif, u Jehovah liema wegħda kien għamel f’dan ir-​rigward?

8 Saħansitra dan il-​grupp kellu bżonn it-​tindif, madankollu. Xi wħud li kienu ngħaqdu magħhom instab li kienu għedewwa tal-​fidi u riedu jiġu mnaqqijin. (Filippin 3:18) Oħrajn ma kinux lesti li jerfgħu r-​responsabbiltajiet involuti f’li taqdi lil Jehovah u nġarrew mal-​kurrent. (Ebrej 2:1) Barra minn hekk, kien għad hemm prattiċi Babilonjani li riedu jiġu eliminati. B’mod organizzazzjonali wkoll l-​irsir fidil u diskret kellu jiġi mnaddaf. Pożizzjoni xierqa taʼ newtralità lejn din id-​dinja kellha tiġi mgħallma u applikata. U hekk kif id-​dinja saret iktar u iktar korrotta, huma riedu jagħmlu ġlieda ħarxa biex iżommu l-​ħmieġ morali u spiritwali ’l barra mill-​kongregazzjonijiet.—Qabbel Ġuda 3, 4.

9 Iva, it-​tindif kien meħtieġ, imma Jehovah kien b’imħabba wiegħed rigward Ġesù fuq it-​tron: “[I]rid joqgħod bil-​qiegħda bħal raffinatur u wieħed li jnaddaf il-​fidda u jrid inaddaf lil ulied Levi; u jrid jiċċarahom bħad-​deheb u bħall-​fidda, u ċertament li se jsiru għal Jehovah poplu li qiegħed jippreżenta offerta tal-​għotja fit-​tjieba.” (Malakija 3:3) Billi beda fis-​sena 1918, Jehovah permezz taʼ dan il-​messaġġier tal-​patt, wettaq il-​wegħda tiegħu u naddaf lill-​poplu tiegħu.

10. In-​nies t’Alla liema tip taʼ offerta ġabu, u Jehovah liema stedina għamlilhom?

10 L-​aħwa midlukin taʼ Kristu u l-​folla kbira li iktar tard ingħaqdet magħhom fis-​servizz taʼ Jehovah ilkoll ibbenefikaw mill-​fatt li Jehovah aġixxa taʼ raffinatur u wieħed li jnaddaf il-​fidda. (Rivelazzjoni 7:9, 14, 15) Bħala organizzazzjoni huma ġew, u għadhom jiġu, jippreżentaw offerta tal-​għotja fit-​tjieba. U l-​offerta tagħhom “togħġbu lil Jehovah, bħal fil-​jiem taʼ żmien ilu u bħal fis-​snin tal-​antik.” (Malakija 3:4) Kien lil dawn li Jehovah stieden b’mod profetiku: “Ġibu l-​għexur kollha fil-​maħżen, biex jiġi li jkun hemm l-​ikel f’dari; u ttestjawni, jekk jogħġobkom, f’dan ir-​rigward,’ qal Jehovah tal-​armati, ‘jekk inix se niftħilkom il-​kanċelli tal-​għargħar tas-​smewwiet u attwalment inbattal fuqkom barka sakemm m’hemmx iktar bżonn.”—Malakija 3:10.

Offerti u Deċmi

11. L-​offerti skond is-​sistema tal-​Liġi taʼ Mosè għala m’għadhomx iżjed meħtieġa?

11 Fi żmien Malakija l-​poplu t’Alla ġab offerti u deċmi litterali, bħalma huma qamħ, frott, u baqar. Saħansitra fi żmien Ġesù, Iżraeliti leali għamlu offerti litterali fit-​tempju. Madankollu, wara l-​mewt taʼ Ġesù dak kollu nbidel. Il-​Liġi ġiet eliminata, inkluż il-​kmand biex tippreżenta offerti u deċmi materjali speċifiċi. (Efesin 2:15) Ġesù wettaq it-​tip profetiku tal-​offerti taħt il-​Liġi. (Efesin 6:2; Ebrej 10:1, 2, 10) B’liema mod, allura, jistgħu l-​Kristjani jġibu offerti u deċmi?

12. Il-​Kristjani liema xorta taʼ offerti u sagrifiċċji spiritwali jagħmlu?

12 Għalihom, l-​offerti huma b’mod li jispikka taʼ natura spiritwali. (Qabbel Filippin 2:17; 2 Timotew 4:6.) Per eżempju, Pawlu tkellem dwar ix-​xogħol tal-​ippridkar bħala offerta meta qal: “Permezz tiegħu ejjew dejjem noffru ’l Alla sagrifiċċju taʼ tifħir, jiġifieri, il-​frott tax-​xofftejn li jagħmlu dikjarazzjoni pubblika għal ismu.” Hu indika għamla spiritwali oħra taʼ sagrifiċċju meta ħeġġeġ: “Tinsewx tagħmlu l-​ġid u taqsmu l-​affarijiet maʼ oħrajn, għax b’sagrifiċċji bħal dawn Alla jitgħaxxaq sewwa.” (Ebrej 13:15, 16) Meta ġenituri jinkuraġġixxu lit-​tfal tagħhom biex jidħlu għas-​servizz taʼ pijunieri, jistaʼ jingħad li huma qegħdin joffruhom lil Jehovah, l-​istess bħalma Ġefta offra lil bintu bħala “offerta maħruqa” lil Alla, li kien tah il-​vittorja.—Imħallfin 11:30, 31, 39.

13. Il-​Kristjani għala m’humiex meħtieġa li jagħtu l-​għaxar parti litterali tad-​dħul tagħhom?

13 Iżda, xi ngħidu dwar id-​deċmi? Huma l-​Kristjani obbligati li jwarrbu l-​għaxar parti mill-​qliegħ materjali tagħhom u jagħtuh lill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah, simili għal dak li jsir f’xi knejjes tal-​Kristjaneżmu? Le, dak m’huwiex meħtieġ. M’hemm l-​ebda skrittura li tesiġi regola bħal din għall-​Kristjani. Meta Pawlu kien qed jiġbor kontribuzzjonijiet għal uħud fil-​bżonn fil-​Ġudea, hu ma semmiex xi persentaġġ speċifiku li għandu jingħata. Minflok, hu qal: “Ħalli kull wieħed jagħmel sewwa sew bħalma għamel riżoluzzjoni f’qalbu, mhux kontra qalbu jew għax bil-​fors, għax Alla jħobb lil donatur ferrieħi.” (2 Korintin 9:7) Meta tkellem dwar dawk f’ministeri speċjali, Pawlu wera li fil-​waqt li xi wħud kienu b’mod xieraq mgħejjunin b’kontribuzzjonijiet volontarji, hu kien lest li jaħdem u jmantni lilu nnifsu. (Atti 18:3, 4; 1 Korintin 9:13-15) Ma kien hemm ebda deċmi ordnati għal dan il-​għan.

14. (a) Li nagħtu d-​deċmi għala ma jirrappreżentax li aħna nagħtu kulma għandna lil Jehovah? (b) X’inhu rrappreżentat mid-​deċmi?

14 Jidher ċar li għall-​Kristjani d-​deċmi jissimbolizzaw, jew jirrappreżentaw, xi ħaġa. Ladarba huwa l-​għaxar parti u n-​numru għaxra taʼ spiss jissimbolizza kompletezza tal-​art fil-​Bibbja, jissimbolizzaw id-​deċmi li aħna nagħtu kulma għandna lil Jehovah? Le. Meta niddedikaw lilna nfusna lil Jehovah u nissimbolizzaw dan bil-​magħmudija tal-​ilma, dak hu meta nagħtuh kulma għandna. Mill-​mument tad-​dedikazzjoni tagħna, m’għandna xejn li m’huwiex diġà taʼ Jehovah. Madankollu, Jehovah jippermetti lill-​individwi li jiddisponu minn dak li hu tagħhom. Mela d-​deċmi jirrappreżentaw il-​porzjoni minn dak li hu tagħna li nġibu lil Jehovah, jew li nużaw fis-​servizz taʼ Jehovah, bħala turija taʼ mħabbitna lejh u tar-​rikonoxximent tagħna għall-​fatt li aħna nappartjenu lilu. Id-​deċmi taż-​żmien modern jistgħu maʼ jkunux biss il-​għaxar parti. F’xi każi se jkunu inqas. F’oħrajn se jkunu iżjed. Kull individwu jġib dak li qalbu tqanqlu biex iġib u dak li jippermettu ċ-​ċirkostanzi tiegħu.

15, 16. X’inhu inkluż fid-​deċmi spiritwali tagħna?

15 X’inhu inkluż f’dawn id-​deċmi spiritwali? L-​ewwelnett, aħna nagħtu lil Jehovah mill-​ħin u mill-​enerġija tagħna. Il-​ħin li nqattgħu fil-​laqgħat, f’li nattendu assembleat u konvenzjonijiet, fis-​servizz tal-​għalqa, dan kollu hu xi ħaġa mogħtija lil Jehovah—parti mid-​deċmi tagħna. Il-​ħin u l-​enerġija li nqattgħu nżuru l-​morda u ngħinu lill-​oħrajn—jerġaʼ, dawn huma parti mid-​deċmi tagħna. Billi ngħinu fil-​bini taʼ Swali tas-​Saltna u nieħdu sehem fix-​xogħol taʼ manutenzjoni u tindif tas-​sala huma bl-​istess mod parti.

16 Id-​deċmi tagħna jinkludu wkoll il-​kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħna. Biż-​żjieda straordinarja tal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah fi snin riċenti, l-​obbligi finanzjarji żdiedu. Swali tas-​Saltna ġodda huma meħtieġa, flimkien maʼ faċilitajiet ġodda tal-​fergħat u Swali tal-​Assembleat ġodda, flimkien mal-​manutenzjoni taʼ dawk li diġà mibnijin. Li tkopri l-​ispejjes taʼ dawk li għamlu lilhom infushom disponibbli għal servizz speċjali—li taʼ spiss jagħmlu sagrifiċċji persunali kbar għal dan—ukoll jikkostitwixxi sfida formidabbli. Fis-​sena 1991 in-​nefqa biex jinżammu missjunarji, indokraturi jivvjaġġaw, u pijunieri speċjali biss ammontat għal iktar minn 40 miljun dollaru, li kollha kemm huma ġew provduti permezz taʼ kontribuzzjonijiet volontarji.

17. Sewwa sew x’għandna nagħtu bħala d-​deċmi spiritwali tagħna?

17 Eżatt x’għandna nagħtu bħala d-​deċmi spiritwali tagħna? Jehovah ma jistabbilix persentaġġ. Madankollu, sens taʼ dedikazzjoni, imħabba ġenwina għal Jehovah u għall-​aħwa, kif ukoll sens taʼ urġenza billi nirrealizzaw li hemm ħajjiet x’jiġu salvati, jinkuraġġuna biex inġibu d-​deċmi spiritwali kollha tagħna. Aħna nħossuna mqanqlin li naqdu lil Jehovah sal-​akbar punt possibbli. Li kieku kellna nixxaħħu jew nagħtu nofs qalb minna nfusna jew mir-​riżorsi tagħna, dan ikun jammonta għal li nisirqu lil Alla.—Qabbel Luqa 21:14.

Imberkin sakemm m’Hemmx Iżjed Bżonn

18, 19. In-​nies taʼ Jehovah kif ġew imberkin talli ġabu d-​deċmi kollha tagħhom?

18 Mis-​sena 1919 ’il hawn, in-​nies taʼ Jehovah wieġbu b’mod ġeneruż bil-​ħin, bl-​enerġija, u bir-​riżorsi finanzjarji tagħhom għall-​bżonnijiet tax-​xogħol tal-​ippridkar. Huma verament ġabu d-​deċmi kollha fil-​maħżen. Bħala riżultat, Jehovah wettaq il-​wegħda tiegħu u ferraʼ barka sakemm m’hemmx iżjed bżonn. Dan deher b’mod l-​iktar drammatiku fiż-​żjieda fil-​għadd tagħhom. Mill-​ftit eluf taʼ wħud midlukin li kienu jaqdu lil Jehovah meta hu ġie fit-​tempju tiegħu fis-​sena 1918, huma żdiedu sakemm illum il-​midlukin flimkien maʼ sħabhom, in-​ngħaġ l-​oħra, jgħoddu ħafna iżjed minn erbaʼ miljuni f’211-il art differenti. (Isaija 60:22) Dawn ukoll ġew imberkin b’żjieda kontinwa f’li jifhmu l-​verità. Il-​kelma profetika ntgħamlet iżjed żgura għalihom. Il-​fiduċja tagħhom fit-​twettieq tal-​għanijiet taʼ Jehovah ġiet stabbilita b’mod sod. (2 Pietru 1:19) Huma verament nies “imgħallmin minn Jehovah.”−Isaija 54:13.

19 Permezz taʼ Malakija, Jehovah Ħabbar barka oħra: “F’dak iż-​żmien dawk fil-​biżaʼ taʼ Jehovah tkellmu flimkien, kull wieħed maʼ sieħbu, u Jehovah qagħad jagħti kas u jismaʼ. U ktieb taʼ tfakkira beda jinkiteb quddiemu għal dawk fil-​biżaʼ taʼ Jehovah u għal dawk li qegħdin jaħsbu fuq ismu.” (Malakija 3:16 ) Mill-​organizzazzjonijiet kollha li jistqarru li huma Kristjani, ix-​Xhieda taʼ Jehovah biss sew jaħsbu fuq ismu kif ukoll igħolluh fost il-​ġnus. (Salm 34:3) Kemm huma henjin li huma żgurati li Jehovah jiftakar il-​fedeltà tagħhom!

20, 21. (a) Il-​Kristjani veri liema relazzjoni mbierka jgawdu? (b) Rigward il-​Kristjanità, liema distinzjoni qiegħda ssir iżjed u iżjed ċara?

20 Il-​fdal midlukin huma l-​poplu speċjali taʼ Jehovah, u l-​folla kbira, li ġejjin fi qtajja biex jassoċjaw magħhom, jaħsdu magħhom il-​barkiet tal-​qima pura. (Żakkarija 8:23) Permezz taʼ Malakija, Jehovah iwiegħed: “Huma ċertament li se jsiru tiegħi,’ qal Jehovah tal-​armati, ‘fil-​jum meta qiegħed nipproduċi propjetà speċjali. U se nuri mogħdrija lejhom, sewwa sew bħalma raġel juri mogħdrija lejn ibnu li qiegħed jaqdih.’” (Malakija 3:17) X’barka li Jehovah għandu stima tant tenera għalihom!

21 Tabilħaqq, id-​differenza bejn il-​Kristjani veri u dawk foloz qiegħda iktar u iktar issir tidher. Hekk kif in-​nies taʼ Jehovah jistinkaw biex iżommu l-​livelli tiegħu, il-​Kristjaneżmu jogħdos dejjem iżjed ’l isfel fil-​ħama taʼ did-dinja. Verament, il-​kliem taʼ Jehovah wera li hu veru: “Intom ċertament li se taraw mill-​ġdid id-​distinzjoni bejn wieħed twajjeb u wieħed mill-​agħar, bejn wieħed li qiegħed jaqdi lil Alla u wieħed li ma qdiehx.”−Malakija 3:18.

22. Liema barkiet nistgħu nkunu fiduċjużi li ngawdu jekk nibqgħu nġibu d-​deċmi kollha?

22 Dalwaqt, il-​jum taʼ rendikont se jiġi għall-​Kristjani foloz. “Ħares! ġej il-​jum li qiegħed jaqbad bħall-​forn, u l-​prużuntużi kollha u dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-​ħażen iridu jsiru bħal tiben. U l-​jum li ġej ċertament li se jiblagħhom,’ qal Jehovah tal-​armati.” (Malakija 4:1) In-​nies taʼ Jehovah jafu li hu se jipproteġihom f’dak iż-​żmien, hekk kif hu proteġa lill-​ġens spiritwali tiegħu lura fis-​sena 70 E.K. (Malakija 4:2) Kemm huma henjin li għandhom dik iċ-​ċertezza! Għaldaqstant, sakemm jiġi dak iż-​żmien ħalli lkoll kemm aħna nuru l-​apprezzament u l-​imħabba tagħna lejn Jehovah billi nġibu d-​deċmi kollha fil-​maħżen. Imbagħad nistgħu nkunu fiduċjużi li hu se jkompli jberikna sakemm m’hemmx iżjed bżonn.

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni, ara l-​Watchtower tal-​15 taʼ Ġunju, 1987, paġni 1420.

Tistaʼ Tispjega?

◻ Fiż-​żminijiet moderni, Jehovah meta ġie fit-​tempju mal-​messaġġier tiegħu tal-​patt?

◻ Min hu l-​irsir fidil u diskret, u liema tindif kellhom bżonn wara s-​sena 1918?

◻ Il-​Kristjani veri liema xorta taʼ offerti spiritwali jġibu lil Jehovah?

◻ Liema huma d-​deċmi li l-​Kristjani huma mistednin li jġibu fil-​maħżen?

◻ In-​nies t’Alla liema barkiet igawdu billi joffru d-​deċmi spiritwali?

[Stampa f’paġna 14]

Id-​deċmi spiritwali tagħna jinkludu li noffru s-​saħħa u r-​riżorsi tagħna biex nibnu Swali tas-​Saltna

[Stampa f’paġna 15]

Minħabba l-​barka taʼJehovah fuq il-​poplu tiegħu, kien meħtieġ ħafna bini, inklużi Swali tas-​Saltna u Swali tal-​Assembleat

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja