LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 1/1 pp. 20-24
  • Ħu Refuġju f’Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħu Refuġju f’Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kor Setgħan Taʼ Proklamaturi Tas-​Saltna
  • Fortizza Fejn Nistgħu Noqogħdu
  • Nippridkaw Bil-​Fiduċja
  • ‘Teżor Taʼ Tjubija’
  • ‘Stkenn fl-Isem taʼ Ġeħova’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 1/1 pp. 20-24

Ħu Refuġju f’Jehovah

“Fik, O Jehovah, ħadt jien refuġju.”—SALM 31:1.

1. Salm 31 kif jesprimi fiduċja fl-​abbiltà taʼ Jehovah li jipprovdi refuġju?

LEĦEN melodjuż ikanta dwar raġel li, għalkemm għajjien mejjet fil-​moħħ u fil-​ġisem, jintefaʼ fuq Jehovah. Il-​fidi tittrijonfa, igħid il-​kliem taʼ dik l-​għanja sagra. Fid-​dirgħajn ħerqanin taʼ Dak li Jistaʼ Kollox, dan ir-​raġel isib kenn minn persekuturi li jiġru warajh bla ħniena. “Fik, O Jehovah, ħadt jien refuġju,” igħid is-​salm tiegħu. “O jalla qatt ma nistħi. Fit-​tjieba tiegħek ipprovdi ħarba għalija.”—Salm 31:1.

2. (a) Aħna nistgħu npoġġu fiduċja f’Jehovah bħala l-​post b’saħħtu tagħna bbażata fuq liema żewġ kolonni? (b) Liema xorta taʼ Alla hu Jehovah?

2 Is-​salmista għandu refuġju wieħed​—l-​aqwa wieħed! Ħa jiġu ddubitati affarijiet oħrajn, madankollu dan il-​fatt jibqaʼ: Jehovah hu l-​post b’saħħtu tiegħu, il-​fortizza tiegħu. Il-​fiduċja tiegħu tistrieħ fuq żewġ kolonni ċerti. Waħda, il-​fidi tiegħu, li Jehovah mhux se jġib għall-​mistħija, u t-​tieni, it-​tjieba taʼ Jehovah, li tfisser li Hu qatt ma jabbanduna b’mod permanenti lill-​qaddej Tiegħu. Jehovah m’huwiex Alla li jġagħlhom jistħu lill-​qaddejja leali tiegħu; hu mhux wieħed li jikser il-​wegħdiet. Minflok, hu Alla taʼ verità u wieħed li jippremja lil dawk li bil-​ħeġġa jpoġġu fiduċja fih. Fit-​tmiem, il-​fidi tiġi ppremjata! Il-​ħarba se tiġi!—Salm 31:5, 6.

3. Is-​salmista kif igħolli lil Jehovah?

3 Billi kkompona l-​mużika tiegħu b’toni mużikali varjati li jogħlew minn punti profondi taʼ niket u gwaj għal oħrajn għoljin li jesprimu fiduċja, is-​salmista jsib saħħa ġewwinija. Hu jgħolli lil Jehovah għall-​imħabba leali Tiegħu. “Imbierek ikun Jehovah,” hu jkanta “għax hu ta qalb tajba bl-​imħabba taʼ l-​għaġeb lili f’belt taħt assalt.”—Salm 31:21.

Kor Setgħan Taʼ Proklamaturi Tas-​Saltna

4, 5. (a) Liema kor setgħan qed ifaħħar lil Jehovah illum, u kif għamlu dan matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet? (Ara t-​tabella f’paġni 12-15 fil-​Watchtower bl-​Ingliż taʼ l-​istess data.) (b) L-​attendenza tal-​Mafkar b’liema mod tindika li hemm iżjed individwi li lesti jingħaqdu mal-​kor taʼ proklamaturi tas-​Saltna? (Ara l-​istess tabella.) (ċ) Liema grupp fil-​kongregazzjoni tiegħek jistaʼ qiegħed f’pożizzjoni li jingħaqad mal-​kor?

4 Illum, il-​kelmiet taʼ dak is-​salm reġgħu ħadu l-​ħajja mill-​ġdid. Għanjiet taʼ tifħir lil Jehovah ma jistgħux jiġu maħnuqin minn xi opponent mill-​agħar, minn xi diżastru naturali, jew minn xi gwaj ekonomiku; verament, il-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah saret taʼ l-​għaġeb għall-​poplu tiegħu. Mad-​dinja kollha matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet, kor setgħan, li laħaq il-​quċċata taʼ 4,709,889 f’231 art, kanta l-​messaġġ tas-​Saltna t’Alla. Il-​gvern tas-​sema taʼ Jehovah permezz taʼ Kristu Ġesù hu refuġju li m’huwiex se jiddiżappuntahom. Is-​sena l-​oħra, dawn il-​proklamaturi tas-​Saltna minn 73,070 kongregazzjoni qattgħu total taʼ 1,057,341,972 siegħa fix-​xogħol taʼ evanġelizzar. Dan irriżulta f’li 296,004 persuni ssimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom lil Alla bil-magħmudija taʼ l-​ilma. U x’sorpriża taʼ l-​għaġeb ġiet gawduta minn dawk kollha li attendew il-​Konvenzjoni Internazzjonali Tagħlim Divin li nżammet fi Kiev, fl-​Ukrajna, f’Awissu li għadda. Huma raw ġrajja mill-​iktar sinjifikanti fl-​istorja tax-​Xhieda taʼ Jehovah, billi raw b’għajnejhom l-​akbar magħmudija fil-​għadd irreġistrata taʼ Kristjani veri li qatt saret! Kif ġie pprofetizzat f’​Isaija 54:2, 3, in-​nies t’Alla qegħdin jiżdiedu fi kwantitajiet li qatt ma dehru bħalhom.

5 Madankollu, sudditi ħerqanin oħrajn tas-​Saltna t’Alla qegħdin jistennew biex jingħaqdu mal-​kor. Is-​sena l-​oħra, il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù kellu l-​attendenza taʼ total meraviljuż taʼ 11,865,765 persuna. Nittamaw li ħafna minn dawn se jikkwalifikaw biex ikantaw l-​għanja tas-​Saltna minn bieb għal bieb matul din is-​sena taʼ servizz. Kemm żgur li jimlieh b’dagħdigħa dan il-​prospett lill-​għadu tal-​verità, Satana x-​Xitan!—Rivelazzjoni 12:12, 17.

6, 7. Spjega kif raġel interessat fil-​verità għeleb l-​attakki tad-​demonji bil-​għajnuna taʼ Jehovah.

6 Satana se jipprova jżomm lil oħrajn milli jżidu l-​ilħna tagħhom maʼ dak il-​kor setgħan. Per eżempju, il-​pubblikaturi fit-​Tajlandja jsibu għadd li dejjem jiżdied taʼ nies imjassrin minn attakki demoniċi. Ħafna wħud sinċieri, madankollu, ġew meħlusin bil-​għajnuna taʼ Jehovah. Wara li żar saħħâr biex jaqtaʼ l-​kurżità, wieħed raġel kien taħt il-​qawwa tad-​demonji għal għaxar snin. Hu pprova jinħeles mill-​kontroll tagħhom bil-​għajnuna taʼ membru tal-​kleru, imma ma ġarrab ebda titjib veru. Ministru full-time tax-​Xhieda taʼ Jehovah beda studju tal-​Bibbja maʼ dar-raġel u għallmu mill-​Bibbja l-​uniku mod kif jistaʼ jeħles mill-​qawwa tad-​demonji​—jieħu għarfien eżatt tal-​verità, ipoġġi fidi f’Alla Jehovah, u jissupplikah fit-​talb.—1 Korintin 2:5; Filippin 4:6, 7; 1 Timotew 2:3, 4.

7 Il-​lejl taʼ wara din id-​diskussjoni, ir-​raġel kellu ħolma li fiha missieru li kien mejjet heddu jekk ma jirritornax għal li jkun medju spiritistiku. Il-​familja tiegħu bdiet issofri. Billi ma riedx iċedi, ir-​raġel kompla l-​lezzjonijiet tiegħu tal-​Bibbja u beda jattendi l-​laqgħat. Matul wieħed minn dawk l-​istudji, il-​pijunier spjegalu li xi drabi oġġetti wżati f’ritwali spiritistiċi jistgħu jagħtu lid-​demonji tarf biex jattakkaw lin-​nies li qegħdin jipprovaw jeħilsu mill-​qawwa tagħhom. Ir-​raġel ftakar li hu kellu xi żejt li hu kien uża bħala protezzjoni. Hu issa rrealizza li jkun aħjar jekk jarmih. Minn mindu ħeles minnu, hu ma ġiex inkwetat iżjed mill-​ispirti mill-​agħar. (Qabbel Efesin 6:13; Ġakbu 4:7, 8.) Hu u martu qegħdin jipprogressaw tajjeb fl-​istudju tagħhom u regolarment jattendu l-​laqgħat għal struzzjoni Biblika.

8, 9. Xi proklamaturi tas-​Saltna liema ostakli oħrajn għelbu?

8 Ostakli oħrajn jistgħu joħonqu l-​ħoss taʼ l-​aħbar tajba. Minħabba sitwazzjoni ekonomika oppressiva ħafna fil-​Ghana, xi ħaddiema ngħataw is-​sensja. L-​għoli tal-​ħajja telaʼ mas-​sema, li jagħmilha problema kbira li tikseb saħansitra l-​inqas neċessitajiet tal-​ħajja. In-​nies taʼ Jehovah kif qegħdin igħadduha? Billi jafdaw, mhux fihom infushom, imma f’Jehovah. Per eżempju, darba waħda wieħed raġel ħalla invilops issiġillat fir-​reception desk taʼ l-​uffiċċju tal-​fergħa. Fl-​invilops kien hemm 200 dollaru, jew paga minima taʼ tliet xhur. L-​invilops ġie mingħand donatur anonimu, imma fuq il-​karta kien hemm din il-​kitba: “Jien tlift l-​impjieg tiegħi, imma Jehovah ipprovdieli ieħor. Jien grat lejh u lejn Ibnu, Kristu Ġesù. Biex ngħin fit-​tixrid taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna qabel jiġi t-​tmiem, qiegħed nibgħatilkom kontribuzzjoni modesta.”—Qabbel 2 Korintin 9:11.

9 L-​attendenza għal-​laqgħat tgħin biex tħarreġ lil dawk li jingħaqdu fir-​ritornell setgħan taʼ tifħir lil Jehovah. (Qabbel Salm 22:22.) B’hekk, fin-​naħa t’Isfel tal-​Honduras, hemm kongregazzjoni msejħa El Jordán. X’hemm speċjali dwar dan il-​grupp żgħir? Hija l-​attendenza leali tagħhom għal-​laqgħat. Mid-​19-il pubblikatur, 12 iridu jaqsmu xmara wiesgħa biex jattendu l-​laqgħat kull ġimgħa. Din mhix problema kbira fl-​istaġun xott, ladarba huma jistgħu jaqsmu x-​xmara billi jużaw il-​blat biex igħaddu minn fuqu. Madankollu, matul l-​istaġun tax-​xita, il-​kundizzjonijiet jitbiddlu. Dak li ftit qabel kien naqra ilma insinjifikanti jsir kurrent qawwi li jiġbed miegħu kulma jsib. Biex jegħlbu dan l-​ostaklu, l-​aħwa rġiel u nisa jridu jkunu għawwiema tajbin. Qabel ma jaqsmu, huma jpoġġu l-​ħwejjeġ tagħhom li jilbsu għal-​laqgħa ġo tina (banju tal-​metall) u mbagħad igħattuh b’borża tal-​plastik. L-​għawwiem l-​iktar b’saħħtu juża t-​tina bħala baga u jmexxi l-​grupp għan-​naħa l-​oħra. Salvi fuq in-​naħa l-​oħra, huma jixxottaw, jilbsu, u jaslu s-​Sala tas-​Saltna ferħanin u ndaf tazza!—Salm 40:9.

Fortizza Fejn Nistgħu Noqogħdu

10. Għala nistgħu nduru lejn Jehovah matul żminijiet taʼ niket?

10 Kemm jekk tkun taħt attakk dirett mid-​demonji u kemm jekk qed tħoss pressjoni minn xi sorsi oħrajn, Jehovah jistaʼ jkun il-​post b’saħħtu tiegħek. Għajjatlu fit-​talb. Hu jismaʼ b’attenzjoni saħansitra l-​iktar krib irqiq tal-​poplu tiegħu. Is-​salmista sab li dak kien veru u kiteb: “Mejjel widintek lejja. Eħlisni bil-​ħeffa. Sir għalija post b’saħħtu tal-​blat, dar taʼ postijiet b’saħħithom biex issalvani. Għax int il-​blata tiegħi u l-​post b’saħħtu tiegħi; u minħabba f’ismek int se tmexxini u tiggwidani. Int se toħroġni mix-​xibka li huma ħbew għalija, għax int il-​fortizza tiegħi.”—Salm 31:2-4.

11. Spjega għala l-​fortizza taʼ Jehovah m’hijiex xi post temporanju.

11 Jehovah jipprovdi mhux biss refuġju temporanju imma fortizza li ma tintrebaħx fejn nistgħu ngħammru fis-​sigurtà. L-​inizzjattiva u l-​gwida tiegħu ma naqsux għall-​poplu tiegħu. Qawwa divina se ġġib fix-​xejn l-​atti makakki kollha taʼ Satana u tan-​nisel tiegħu. (Efesin 6:10, 11) Hekk kif nafdaw b’qalbna kollha f’Jehovah, hu se jiġbidna lil hinn min-​nasba taʼ Satana. (2 Pietru 2:9) Matul dawn l-​aħħar erbaʼ snin, ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tax-​Xhieda taʼ Jehovah beda mill-​ġdid f’xi 35 pajjiż. Ukoll, fi nħawi tad-​dinja fejn il-​kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi, jew politiċi jfixklu l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba, xi nies bħal ngħaġ marru f’postijiet fejn jistgħu jintlaħqu aħjar. Il-​Ġappun hu post bħal dawn.

12. Pijunier fil-​Ġappun kif għamel lil Jehovah il-​post b’saħħtu tiegħu?

12 Fil-​Ġappun kien hemm influss taʼ ħaddiema temporanji minn pajjiżi oħrajn, u ħafna kongregazzjonijiet taʼ lingwi barranin ġew stabbiliti. L-​esperjenza taʼ ħu f’kongregazzjoni Ġappuniża turi kemm hu produttiv dan il-​qasam taʼ lingwi barranin. Hu ried imur jaqdi fejn il-​ħtieġa kienet akbar. Madankollu, hu kien diġà qed jikkonduċi għaxar studji tal-Bibbja fejn kien. Wieħed mill-​ħbieb tiegħu biex jiċċajta qallu: “Jekk tmur fejn il-​ħtieġa hi akbar, se jkollok tikkonduċi 20 studju tal-​Bibbja hemm!” Hu rċieva inkarigu u mar Hiroshima. Wara erbaʼ xhur, madankollu, hu kellu biss studju tal-​Bibbja wieħed. Darba hu żar lil raġel mill-​Brażil li kien jitkellem biss bil-​Portugiż. Ladarba l-​ħu ma setax jikkomunika mar-​raġel, hu xtara ktieb fuq il-​Portugiż. Wara li tgħallem xi ftit espressjonijiet taʼ konversazzjoni sempliċi, hu mill-​ġdid żar lil dak ir-​raġel. Meta l-​ħu kellmu bil-​Portugiż, ir-​raġel baqaʼ skantat u, bi tbissima kbira, fetaħ il-​bieb beraħ u stiednu biex jidħol. Inbeda studju tal-​Bibbja. Malajr il-​ħu kien qed jikkonduċi total taʼ 22 studju, 14 bil-​Portugiż, 6 bl-​Ispanjol, u 2 bil-​Ġappuniż!

Nippridkaw Bil-​Fiduċja

13. Għala ħadd m’għandu jipprova jġagħalna nistħu biex nibdew naqdu lil Jehovah?

13 In-​nies taʼ Jehovah bil-​fiduċja jkantaw il-​għanja tas-​Saltna b’fidi sħiħa li Jehovah hu r-​refuġju tagħhom. (Salm 31:14) Huma m’humiex se jistħu​—Jehovah mhux se jumiljahom, għax hu se jwettaq il-​kelma tiegħu. (Salm 31:17) Ix-​Xitan u sħabu d-​demonji se jistħu. Ladarba n-​nies taʼ Jehovah ġew inkarigati biex jippridkaw messaġġ li hu ħieles mill-​mistħija, huma ma jiġux imġegħlin jistħu minn nies oħrajn biex jippridkaw. Dak mhux il-​mod kif Jehovah, jew Ibnu, iħeġġeġ lin-​nies biex iqimuH. Meta l-​qlub tan-​nies huma mimlijin fidi u apprezzament għat-​tjubija u l-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah, hija l-​kundizzjoni tajba taʼ qlubhom li tqanqal lil fommhom biex jitkellem. (Luqa 6:45) B’hekk, hu x’inhu l-​ammont taʼ ħin li nqattgħu fis-​servizz kull xahar, b’mod speċjali jekk dak il-​ħin jirrappreżenta l-​aqwa li nistgħu nagħtu, huwa tajjeb, mhux taʼ mistħija. Ma kinitx il-​munita taʼ l-​armla apprezzata minn Ġesù u minn Missieru?—Luqa 21:1-4.

14. Liema kummenti tistaʼ tagħmel rigward ix-​xogħol taʼ pijunier? (Ara t-​tabella.)

14 Għal għadd li dejjem jiżdied taʼ pubblikaturi, illi jkunu b’ruħhom kollha fil-​qima tagħhom jinkludi li jaqdu bħala pijunieri​—890,231 il-​quċċata s-​sena l-​oħra! Jekk jinżamm il-​progress tas-​sena taʼ qabel, din il-​figura x’aktarx li se taqbeż il-​1,000,000. L-​esperjenza li ġejja turi kif oħt fin-​Niġerja saret pijuniera. Hi kitbet: “Meta kont wasalt biex nispiċċa l-​iskola sekondarja, mort ngħin fit-​tisjir għal dawk li kienu qegħdin jattendu l-​iskola tal-​pijunieri tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Iltqajt maʼ żewġt aħwa nisa hemm li kienu ixjeħ min-​nanna tiegħi. Meta sirt naf li huma kienu pijunieri li kienu qegħdin jattendu l-​iskola, għedt bejni u bejn ruħi, ‘Jekk dawk it-​tnejn jistgħu jkunu pijunieri, jien għala le?’ Mela meta spiċċajt l-​iskola, jien ukoll sirt pijuniera regulari.”

15. L-​għoti taʼ xiehda informali b’liema mod jistaʼ jwitti t-​triq għal oħrajn biex isibu refuġju f’Jehovah?

15 Mhux kulħadd jistaʼ jkun pijunier, imma kulħadd jistaʼ jagħti xiehda. Fil-​Belġju oħt taʼ 82 sena marret tixtri l-​laħam. Hi nnotat li mart tal-​ħanut kienet inkwetata ħafna fuq xi taqlib politiku riċenti. Mela l-​oħt deffset il-​fuljett X’Jemmnu x-​Xhieda taʼ Jehovah? mal-​flus meta ħalset il-​kont tagħha. Meta l-​oħt irritornat fil-​ħanut, mart tal-​ħanut, mingħajr ma ħasbitha xejn, staqsiet x’tgħid il-​Bibbja dwar il-​possibiltà tat-​tielet gwerra dinjija. L-​oħt ġabitilha l-​ktieb True Peace and Security​—How Can You Find It? Ftit ġranet wara, hekk kif l-​oħt xwejħa daħlet fil-​ħanut, mart tal-​ħanut kellha iżjed mistoqsijiet għaliha. L-​oħt ħasset simpatija għal din il-​mara; hi sempliċement ħasset li kellha toffrilha studju tal-​Bibbja, u dan ġie aċċettat. Issa, din il-​mara trid titgħammed. Xi ngħidu dwar żewġha? Hu qara l-​fuljett u issa qed jistudja l-​Bibbja wkoll.

‘Teżor Taʼ Tjubija’

16. Jehovah kif ħażen teżor taʼ tjubija għall-​poplu tiegħu?

16 Matul dawn l-​aħħar jiem mimlijin niket, ma weriex Jehovah “qalb tajba bl-​imħabba taʼ l-​għaġeb” lejn dawk li ħadu refuġju fih? Bħal missier protettiv, li jħobb, Jehovah ħażen teżor taʼ tjubija għal uliedu taʼ l-​art. Hu tefaʼ xita taʼ hena fuqhom quddiem l-​għajnejn taʼ kulħadd, eżatt kif igħid is-​salmista: “Kemm hi abbundanti t-​tjubija tiegħek, li int żammejt bħal teżor għal dawk li qegħdin jibżgħu minnek! Li int tajt lil dawk li qegħdin jieħdu refuġju fik, quddiem ulied il-​bnedmin.”—Salm 31:19, 21.

17-19. Fil-​Ghana, x’ġid irriżulta meta raġel imdaħħal fiż-​żmien illegalizza ż-​żwieġ tiegħu?

17 Għalhekk, nies tad-​dinja jaraw b’għajnejhom stess l-​onestà taʼ dawk li jaduraw lil Jehovah, u jistagħġbu. Per eżempju, f’Ghana raġel taʼ 96 sena mar fl-​uffiċċju tar-​reġistratur taż-​żwieġ u talab li ż-​żwieġ tiegħu bil-​liġi komuni għal 70 sena issa jiġi rreġistrat. L-​uffiċjal taż-​żwieġ baqaʼ ċċassat u staqsa: “Int ċert li trid tagħmel dan? Fl-​età tiegħek?”

18 Ir-​raġel spjega: “Jien irrid insir wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah u nieħu sehem fl-​iktar xogħol importanti qabel it-​tmiem tad-​dinja​—ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Dan ix-​xogħol iwassal għall-​ħajja taʼ dejjem. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jobdu l-​liġi ċivili, inkluża l-​liġi dwar ir-​reġistrazzjoni taż-​żwieġ. Mela jekk jogħġbok għamel ir-​reġistrazzjoni għalija.” L-​uffiċjal baqaʼ ħalqu miftuħ. Hu ssokta bir-​reġistrazzjoni, u x-​xwejjaħ telaq kuntent li hu issa kellu żwieġ legali.—Qabbel Rumani 12:2.

19 Wara dan, ir-​reġistratur taż-​żwieġ qagħad jaħseb fuq l-​affarijiet li kien samaʼ. “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah . . . l-​iktar xogħol importanti . . . it-​tmiem tad-​dinja . . . is-​Saltna t’Alla . . . ħajja taʼ dejjem.” Imħawwad dwar x’kien ifisser dan kollu fil-​ħajja taʼ raġel taʼ 96 sena, hu ddeċieda li jfittex lix-​Xhieda biex ikun jaf iżjed. Hu aċċetta studju tal-​Bibbja fid-​dar u għamel progress imgħaġġel. Illum, dan ir-​reġistratur taż-​żwieġ hu Xhud mgħammed. B’hekk, meta nobdu lil Jehovah saħansitra f’dak li oħrajn jistgħu jqisu bħala affarijiet żgħar, jistaʼ jirriżulta f’ġid bla tarf għalina u għal dawk li jaraw b’għajnejhom stess il-​kondotta tagħna.—Qabbel 1 Pietru 2:12.

20. Fil-​Myanmar, l-​onestà taʼ oħt żagħżugħa kif wasslet biex tingħata xiehda tajba?

20 Uħud anzjani li ħallew il-​verità tagħġinhom f’nies onesti jagħtu eżempju tajjeb lil uħud żgħażagħ f’din id-​dinja diżonesta. F’Myanmar tgħix oħt żagħżugħa bħal dawn. Hi ġejja minn familja fqira u umli taʼ għaxart itfal. Il-​missier, pensjonant, hu pijunier regulari. Darba fl-​iskola, l-​oħt sabet ċurkett tad-​djamanti, li kienet pronta ħaditu lill-​għalliema tagħha. Meta ltaqgħet il-​klassi l-​għada fil-​għodu, l-​għalliema qalet lill-​klassi kif instab iċ-​ċurkett u ngħata biex jiġi rritornat lil sidtu. Imbagħad hi staqsiet lill-​oħt żagħżugħa biex tqum bil-​wieqfa quddiem il-​klassi kollha u tispjega għala kienet għamlet dan, billi kienet taf li tfal oħrajn setgħu għażlu li jżommuh. L-​oħt spjegat li hi kienet Xhud taʼ Jehovah u li Alla tagħha ma jħobbux is-​serq jew xi xorta taʼ diżonestà oħra. L-​iskola kollha semgħet dwar dan, u b’hekk l-​oħt żagħżugħa kellha opportunità tajba biex tagħti xiehda kemm lill-​għalliema kif ukoll lill-​istudenti.

21. Hekk kif iż-​żgħażagħ jafdaw f’Jehovah, il-​kondotta tagħhom kif tirrifletti fuqu?

21 Fil-​Belġju għalliem għamel rimarka interessanti fil-​klassi dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Hu kien osserva l-​kondotta taʼ waħda mill-​istudenti tiegħu, li kienet ukoll oħt żagħżugħa, u qal: “Jien issa għandi opinjoni differenti dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Il-​preġudizzju kien wassalni biex naħseb li huma l-​iktar nies intolleranti. Huma taw prova li huma l-​iktar tolleranti, fil-​waqt li ma jikkompromettux il-​prinċipji tagħhom.” Kull sena jingħata premju mill-​għalliema lill-​aħjar studenti tagħhom. Fost oħrajn hemm premju għall-​kors fl-​etika. Għal tliet snin konsekuttivi, il-​premjijiet għat-​tliet klassijiet superjuri ngħataw minn dan l-​għalliem lil tfal tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Hekk taʼ spiss iseħħ lil dawk li l-​fiduċja leali tagħhom hi f’Jehovah.—Salm 31:23.

22. X’inhi l-​konklużjoni trijonfanti taʼ Salm 31, u dan kif igħinna matul il-​jiem taʼ għeluq taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet?

22 Salm 31 jidwi b’konklużjoni trijonfanti: “Kunu kuraġġużi, u jalla qalbkom tkun b’saħħitha, intom kollha li qegħdin tistennew lil Jehovah.” (Salm 31:24) Għalhekk, hekk kif niffaċċjaw il-​jiem taʼ l-​għeluq tas-​sistema mill-​agħar taʼ Satana, ’il bogħod milli jitlaqna, Jehovah se jersaq qrib ħafna tagħna u se jpoġġi l-​qawwa tiegħu stess ġewwa fina. Jehovah hu leali u ma jonqosx. Hu r-​refuġju tagħna; hu t-​torri tagħna.—Proverbji 18:10. [w94 1/1]

Tiftakar Int?

◻ Għala nistgħu bil-​fiduċja nagħmlu lil Jehovah ir-​refuġju tagħna?

◻ X’evidenza hemm li kor setgħan qed ikanta tifħir tas-​Saltna bil-​kuraġġ?

◻ Għala nistgħu nkunu fiduċjużi li x-​xibka taʼ Satana m’hijiex se taqbad fiha lill-​poplu taʼ Jehovah?

◻ Jehovah liema teżor ħażen għal dawk li qegħdin jieħdu refuġju fih?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja