LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 10/1 p. 32
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Problemi Finanzjarji u Dejn—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ħarsa Lejn Id-​Dinja
    Stenbaħ!—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 10/1 p. 32

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

F’dawn iż-​żminijiet diffiċli ekonomikament, iktar u iktar individwi u kumpaniji qegħdin jirrikorru għall-​falliment. Huwa Skritturalment xieraq għal Kristjan li japplika uffiċċjalment għal falliment?

It-​tweġiba għal din il-​mistoqsija tipprovdi tixbieha mill-​aħjar taʼ kif il-​Kelma t’Alla toffrilna gwida prattika fuq kwistjonijiet li jistgħu jkunu distintivament moderni. Ħafna artijiet għandhom liġijiet li jirregolaw il-​falliment. Il-​liġijiet ivarjaw minn pajjiż għal pajjiż, u m’huwiex kompitu tal-​kongregazzjoni Kristjana li toffri parir legali dwar dan. Imma ejjew nieħdu ħarsa inġenerali tal-​provvediment legali tal-​falliment.

Raġuni waħda għala gvernijiet iħallu individwi u negozji jiddikjaraw falliment hija li din toffri lil dawk li jisilfu l-​flus jew jestendu xi kreditu (il-kredituri) ammont taʼ protezzjoni minn nies jew negozji li jissellfu l-​flus jew li jiddejnu (id-debituri) imma ma jħallsux dak li għandhom jagħtu. Għall-​kredituri jistaʼ jidher li l-​uniku rikors huwa li jappellaw lill-​qrati biex iġiegħlu lid-​debitur jiġi ddikjarat fallut sabiex l-​assi tad-​debitur jistgħu mbagħad jiġu mqassmin bħala parti mill-​ħlas għad-​dejn.

Mod ieħor kif jaħdem il-​falliment huwa bħala protezzjoni għad-​debituri li onestament ma jistgħux jissodisfaw lill-​kredituri tagħhom. Id-​debitur jistaʼ jingħata l-​permess li jiddikjara uffiċċjalment il-​falliment, fil-​waqt li l-​kredituri tiegħu jistgħu jieħdu xi ftit mill-​assi tiegħu. Xorta waħda, il-​liġi tistaʼ tippermettilu jżomm id-​dar tiegħu jew ċerti assi minimi u mbagħad ikompli għaddej bil-​ħajja tiegħu ħieles mit-​theddida kontinwa taʼ telf jew taʼ li jitteħidlu kollox mill-​kredituri taʼ qabel tiegħu.

Huwa evidenti, allura, li dawn il-​liġijiet huma intenzjonati li joffru ammont taʼ protezzjoni liż-​żewġ naħat fi transazzjonijiet finanzjarji jew kummerċjali. Ejjew, iżda, ninnotaw liema parir taʼ għajnuna toffri l-​Bibbja.

Ikun iebes għal xi ħadd li jaqra l-​Bibbja minn qoxra sa qoxra mingħajr ma jinduna li din ma tinkuraġġix li wieħed jidħol fid-​dejn. Insibu twissijiet bħal Proverbji 22:7: “Is-​sinjur hu l-​wieħed li jaħkem fuq dawk taʼ ftit mezzi, u dak li jissellef hu qaddej għall-​bniedem li qiegħed jislef.”

Ftakar, ukoll, it-​tixbieha taʼ Ġesù f’​Mattew 18:23-34 li tinvolvi rsir li kellu dejn kbir ferm. “Sidu ordna li hu u martu u wliedu u l-​affarijiet kollha li kellu jinbiegħu,” imma mbagħad is-​sid, sultan, rattab qalbu u wera ħniena. Meta iktar tard dak l-​irsir ta prova li kien bla ħniena, is-​sultan ordnalu li ‘jitwassal għand il-​kalzriera, sakemm iħallas lura dak kollu li kellu jagħti.’ Ovvjament, l-​aħjar korsa, il-​korsa rrikmandata, hija li wieħed jevita li jissellef il-​flus.

Il-qaddejja t’Alla f’Iżrael tal-​qedem kienu jinnegozjaw bejniethom, u xi drabi kienu jsellfu jew jissellfu l-​flus. Jehovah xi struwihom biex jagħmlu? Jekk xi ħadd ried jissellef il-​flus biex jibda negozju jew jespandih, kien legali u normali għal Ebrew li jitlob l-​interessi. Alla ħeġġeġ lill-​poplu tiegħu, madankollu, biex ma jkunux egoisti meta jisilfu xi ħaġa lil xi Iżraelit fil-​bżonn; ma kellhomx jagħmlu profitt minn xi sitwazzjoni kuntrarja billi jieħdu l-​interessi. (Eżodu 22:25) Dewteronomju 15:7, 8 jgħid: “Fil-​każ li xi wieħed minn ħutek isir fqir . . . , għandek b’mod ġeneruż tiftaħ idek lilu u bil-​mezzi kollha ssellfu fuq pleġġ kemm għandu bżonn, li hu nieqes minnu.”

Qalb tajba jew konsiderazzjoni simili ġiet riflessa fir-​regolamenti li jistipulaw li l-​kredituri ma setgħux jaħtfu taħt idejhom in-​neċessitajiet tal-​ħajja mingħand debitur, bħal ngħidu aħna l-​ġebla tad-​dħin li kienet tintuża mill-​familja jew libsa li kienet meħtieġa biex iżżomm lill-​individwu sħun matul il-​lejl.—Dewteronomju 24:6, 10-13; Eżekjel 18:5-9.

M’għandniex xi ngħidu, mhux il-​Lhud kollha aċċettaw u applikaw l-​ispirtu taʼ dawn il-​liġijiet kollha mħabba mingħand il-​kbir Imħallef u Dak li jagħti l-​Istatuti tagħhom. (Isaija 33:22) Xi Lhud rgħiba ttrattaw lil ħuthom b’mod ferm aħrax. Illum, ukoll, xi kredituri jistgħu jkunu ħorox u bla raġuni fit-​talbiet tagħhom, saħansitra lejn Kristjan sinċier li f’dak il-​mument ma jkunx jistaʼ jħallas minħabba li jkun esperjenza xi ġrajja m’hijiex mistennija. (Ekkleżjasti 9:11) Bil-​pressjoni qawwija u inflessibbli tagħhom, il-​kredituri tad-​dinja jistgħu jisforzaw lil debitur bħal dan f’sitwazzjoni fejn iħoss li għandu jipprotieġi lilu nnifsu. Kif? F’xi każi l-​unika ħaġa li l-​kredituri se jirrikonoxxu hija l-​pass legali taʼ falliment. Mela Kristjan, li ma kienx qiegħed ikun rgħib jew traskurat dwar id-​dejn tiegħu, jistaʼ jirrikorri għal li jiddikjara falliment b’mod uffiċċjali.

Għandna nkunu konxji, iżda, tal-​lat l-​ieħor tal-​kwistjoni. Kristjan jistaʼ jkollu dejn minħabba li hu sempliċement ma wżax il-​kontroll fuqu nnifsu f’dak li nefaq jew f’kemm nefaq jew minħabba li ma wżax dehen raġonevoli fid-​deċiżjonijiet tiegħu tan-​negozju. Għandu hu jkun każwali biss dwar id-​dejn u malajr ifittex serħan permezz tal-​falliment, u b’hekk iweġġaʼ lil oħrajn minħabba l-​ġudizzju fqir tiegħu? Il-​Bibbja ma tapprovax nuqqas taʼ responsabbiltà fiskali bħal dan. Hija tħeġġeġ lill-​qaddej t’Alla biex iħalli l-​iva tiegħu tfisser iva. (Mattew 5:37) Ftakar, ukoll, il-​kummenti taʼ Ġesù dwar li tqis in-​nefqa qabel ma tibda tibni torri. (Luqa 14:28-30) Fi qbil maʼ dak, Kristjan għandu bil-​ħsieb jikkunsidra r-​riżultati m’humiex mixtiqin li jistgħu jissuċċedu qabel ma jidħol f’dejn finanzjarju. Ladarba jassumi dejn, għandu jħoss ir-​responsabbiltà li jħallas lura lil individwi jew kumpaniji li lilhom għandu jagħti l-​flus. Jekk ħafna oħrajn indunaw li Kristjan hu rresponsabbli jew mhux taʼ min jafdah, hu forsi jkun ħammeġ ir-​reputazzjoni li kien stinka għaliha u b’hekk m’għandux iktar testimonjanza mill-​aħjar minn dawk taʼ barra.—1 Timotew 3:2, 7.

Ftakar x’jgħidilna Salm 15:4 dwar ix-​xorta taʼ persuna li Jehovah jilqaʼ. Naqraw: “Hu [l-wieħed li Alla japprova] ħalef għal dak li huwa ħażin għalih innifsu, u madankollu ma jinbidilx.” Iva, Alla jistenna li l-​Kristjani jittrattaw lill-​kredituri tagħhom kif huma jkunu jridu li jiġu ttrattati.—Mattew 7:12.

Fil-qosor, allura, il-​Bibbja ma teskludix il-​possibiltà li f’sitwazzjoni estrema, Kristjan jistaʼ jieħu vantaġġ mill-​protezzjoni offruta mil-​liġijiet taʼ falliment taʼ Ċesri. Madankollu, il-​Kristjani għandhom ikunu eċċezzjonali f’dawk li huma onestà u dipendibilità. B’hekk, għandhom ikunu eżemplari fix-​xewqa serja tagħhom li jlaħħqu maʼ l-​obbligi finanzjarji tagħhom. (w94 9/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja