LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 4/1 pp. 4-6
  • It-Talb fil-Bibbja Jistħoqqlu Ħarsa Iktar mill-Qrib

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Talb fil-Bibbja Jistħoqqlu Ħarsa Iktar mill-Qrib
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘Ħares Lejn Is-​Sofferenza Kbira Tat-​Tfajla Rsira Tiegħek’
  • “M’Inix Ħlief Tifel Ċkejken”
  • “Sabiex Jistgħu Jkunu Lkoll Ħaġa Waħda”
  • “Ħallu lil Alla Jkun Jaf X’Teħtieġu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Tejjeb il-Kwalità tat-Talb Tiegħek Permezz taʼ Studju tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • It-Talb Tiegħek X’Jirrivela Dwarek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 4/1 pp. 4-6

It-​Talb fil-​Bibbja Jistħoqqlu Ħarsa Iktar mill-​Qrib

MARA anzjuża, sultan, u l-​Iben t’Alla stess qalu t-​talb li lejh issa se nagħtu ħarsa mill-​qrib. Kull talba ġiet imqanqla minn ċirkostanzi differenti. Madankollu, sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jeffettwaw lilna llum. X’nistgħu nitgħallmu minn dawn l-​eżempji?

‘Ħares Lejn Is-​Sofferenza Kbira Tat-​Tfajla Rsira Tiegħek’

Qiegħed int tissielet maʼ problema persistenti? Jew sirt int imtaqqal bl-​anzjetà? Allura għandek ħafna inkomuni maʼ Ħanna qabel ma welldet lill-​ewwel iben tagħha, Samwel. Hi ma kellhiex tfal u kienet qiegħda tiġi ttantata minn mara oħra. Fil-​fatt, is-​sitwazzjoni taʼ Ħanna tant ħawditha u ppreokkupatha li ma kenitx tiekol. (1 Samwel 1:2-8, 15, 16) Appellat lil Jehovah u offriet is-​supplika li ġejja:

“O Jehovah taʼ l-​armati, jekk int bla ma tfalli se tħares lejn is-​sofferenza kbira tat-​tfajla rsira tiegħek u attwalment tiftakarni, u m’intix se tinsa lit-​tfajla rsira tiegħek u attwalment tagħti lit-​tfajla rsira tiegħek nisel maskil, jien se nagħtih lil Jehovah il-​jiem kollha taʼ ħajtu, u ebda mus tal-​leħja ma se jiġi fuq rasu.”—1 Samwel 1:11.

Innota li Ħanna ma tkellmitx b’mod ġenerali. Hi indirizzat lil Jehovah b’rikjesta speċifika (għal nisel maskil) u flimkien maʼ dan b’reżoluzzjoni definita (li tqiegħdu għad-​dispożizzjoni t’Alla). Dan x’jurina?

Meta tkun fl-​għawġ, kun speċifiku fit-​talb. Hi x’inhi l-​problema tiegħek​—kemm jekk hija s-​sitwazzjoni domestika, is-​solitudni, jew in-​nuqqas taʼ saħħa tiegħek—​itlob lil Jehovah dwarha. Iddeskrivilu n-​natura eżatta tad-​diffikultà tiegħek u kif tħossok. “Kull fil-​għaxija nafda l-​inkwiet kollu tiegħi maʼ Jehovah,” tgħid waħda armla jisimha Louise. “Xi kultant ikun hemm numru mhux ħażin, imma b’mod ċar insemmi kull wieħed.”

Li titkellem maʼ Jehovah b’termini eżatti jġib benefiċċji. Li nagħmlu hekk jgħinna niddefinixxu l-​problema tagħna, li tistaʼ mbagħad tidher inqas formidabbli. Li ngħidu talb speċifiku jserraħna mill-​anzjetà. Saħansitra qabel ma t-​talba tagħha ġiet imwieġba, Ħanna ħassitha rassigurata, u “wiċċha qatt iżjed ma sar ikkonċernat bih innifsu.” (1 Samwel 1:18) Iktar minn hekk, li nkunu eżatti jagħmilna attenti biex nidentifikaw it-​tweġiba għat-​talba tagħna. “Iktar ma nagħmel it-​talb tiegħi fi frażijiet eżatti,” jgħid Bernhard, Kristjan fil-​Ġermanja, “iktar ikunu ċari t-​tweġibiet.”

“M’Inix Ħlief Tifel Ċkejken”

Madankollu, wieħed jistaʼ jħoss tip differenti taʼ tħassib jekk jirċievi nkarigu li jħoss li ma jistħoqqlux. Tkun int xi drabi mtaqqal mir-​responsabbiltà mogħtija lilek minn Jehovah? Jew jistmawk xi nies bħala li m’intix addattat għall-​inkarigu tiegħek? Iż-​żagħżugħ Salamun kien f’dik is-​sitwazzjoni meta ġie midluk bħala sultan taʼ Iżrael. Ċerti rġiel prominenti ppreferew li xi ħaddieħor ikun fuq it-​tron. (1 Slaten 1:5-7, 41-46; 2:13-22) Kmieni fir-​renju tiegħu, Salamun għamel rikjesta bit-​talb:

“Jehovah Alla tiegħi, int innifsek għamilt lill-​qaddej tiegħek sultan . . . Jien m’inix ħlief tifel ċkejken. Ma nafx kif noħroġ u kif nidħol. . . . Agħti lill-​qaddej tiegħek qalb ubbidjenti biex jiġġudika lill-​poplu tiegħek, biex jiddistingwi bejn it-​tajjeb u l-​ħażin.”—1 Slaten 3:7-9.

Salamun iffoka t-​talba tiegħu fuq ir-​relazzjoni tiegħu maʼ Jehovah, fuq il-​privileġġ li kien ġie mogħti, u fuq l-​abbiltà tiegħu biex iwettaq l-​inkarigu. B’mod simili, kull meta ningħataw responsabbiltà li nħossu li m’għandniex l-​abbiltà għaliha, għandna nagħmlu petizzjoni lil Alla biex jarmana sabiex nagħmlu l-​biċċa tax-​xogħol. Ikkunsidra l-​esperjenzi li ġejjin:

“Meta ġejt mitlub biex nieħu ħsieb responsabbiltà akbar fl-​uffiċċju tal-​fergħa tal-​Watch Tower Society,” jispjega Eugene, “ħassejtni kompletament inadekwat. Kien hemm oħrajn li kienu iktar ikkwalifikati u li kellhom ferm iktar esperjenza. Ma rqadt kważi xejn fiż-​żewġt iljieli taʼ wara, billi qattajt il-​biċċa l-​kbira tal-​ħin fit-​talb, li tani s-​saħħa u l-​assiguranza meħtieġa.”

Roy ġie mitlub biex jagħti taħdita taʼ funeral wara l-​mewt f’daqqa u traġika taʼ ħabib tiegħu żagħżugħ li kien popolari ħafna. Mijiet żgur li kienu se jattendu. X’għamel Roy? “Jien rari tlabt daqshekk għas-​saħħa u għall-​abbiltà biex insib il-​kliem xieraq sabiex nesprimi ħsibijiet li jibnu u sabiex noffri faraġ.”

Hekk kif il-​Ħallieq ‘iħaffef l-​affarijiet’ u hekk kif l-​organizzazzjoni tiegħu tespandi, konsegwenza naturali hija li iktar uħud mill-​qaddejja tiegħu qegħdin jiġu fdati b’responsabbiltà. (Isaija 60:22) Jekk int tiġi mitlub biex ikollok sehem miżjud, serraħ moħħok li Jehovah jistaʼ jagħmel tajjeb għal kwalunkwe nuqqas t’esperjenza, taħriġ, jew abbiltà min-​naħa tiegħek. Ersaq lejn Alla bl-​istess manjiera bħalma għamel Salamun, u Hu se jarmak biex twettaq l-​inkarigu.

“Sabiex Jistgħu Jkunu Lkoll Ħaġa Waħda”

It-​tielet sitwazzjoni li tqum illum hija dik taʼ li tkun meħtieġ li tirrappreżenta lil grupp fit-​talba. Meta niġu mitlubin biex ngħidu talba għan-​nom t’oħrajn, għalxiex għandna nitolbu? Ikkunsidra t-​talba taʼ Ġesù ddokumentata fi Ġwann kapitlu 17. Hu qal din it-​talba fil-​preżenza tad-​dixxipli tiegħu fl-​aħħar lejla tiegħu bħala bniedem. Liema xorta taʼ petizzjonijiet indirizza lejn Missieru tas-​sema?

Ġesù enfasizza l-​miri inkomuni u t-​tama li kienu jaqsmu dawk preżenti. Hu semma l-​igglorifikar taʼ l-​isem t’Alla Jehovah u li ssir magħrufa s-​Saltna. Ġesù enfasizza l-​valur taʼ relazzjoni persunali mal-​Missier u l-​Iben, ibbażata fuq għarfien taʼ l-​Iskrittura. Tkellem dwar li wieħed jibqaʼ separat mid-​dinja, u dan kellu jipprepara s-​segwaċi tiegħu għal oppożizzjoni. Kristu wkoll talab lil Missieru biex jipproteġi lid-​dixxipli u biex jgħaqqadhom f’qima vera.

Iva, Ġesù enfasizza l-​unità. (Ġwann 17:20, 21) Iktar kmieni dik il-​lejla, id-​dixxipli kienu mehdijin fi tħaqqiq immatur. (Luqa 22:24-27) Fit-​talb, madankollu, Kristu ma kienx ifittex li jiċċensura imma li jgħaqqad. Bl-​istess mod, talb tal-​familja u tal-​kongregazzjoni għandu jippromwovi l-​imħabba u jfittex li jegħleb in-​nuqqas taʼ qbil bejn individwi. Dawk li jiġu rrappreżentati għandhom jinġibdu lejn xulxin f’unità.—Salm 133:1-3.

Din l-​unità, hija murija meta dawk li jisimgħu jgħidu, “Amen,” jew “Hekk ikun,” fil-​konklużjoni. Biex dan ikun possibbli, iridu jifhmu u jkunu fi qbil maʼ kulma jintqal. Ma jkunx xieraq, għalhekk, li ssemmi fit-​talb suġġett li ma jafux bih xi wħud minn dawk preżenti. Per eżempju, anzjan li qiegħed jirrappreżenta lil kongregazzjoni fit-​talba jistaʼ jitlob il-​barka taʼ Jehovah fuq ħu jew oħt spiritwali li hu jew hi marid(a) serjament. Imma normalment ikun aħjar jekk jagħmel hekk biss jekk il-​maġġoranza l-​kbira taʼ dawk li lilhom qiegħed jirrappreżenta jkunu jafu lill-​individwu u semgħu bil-​marda.

Innota, wkoll, li Ġesù ma kienx isemmi kull waħda mill-​ħtiġijiet persunali taʼ kull membru tal-​grupp. Li jagħmel dan ikun jinvolvi li jsemmi kwistjonijiet intimi li kienu jafu bihom biss ċerti individwi. Tħassib persunali huwa suġġett xieraq għal talb privat, li jistaʼ jkun estiż u intimu daqskemm wieħed ikun jixtieq.

Kif għandu individwu jipprepara lilu nnifsu biex jirrappreżenta folla kbira t’adoraturi f’talba? Wieħed Kristjan t’esperjenza jispjega: “Jien nikkunsidra minn qabel dak li rrid inrodd ħajr għalih, liema rikjesti jistgħu jkollhom l-​aħwa, u liema petizzjonijiet nistaʼ nsemmi f’isimhom. Inpoġġi l-​ideat tiegħi, inklużi espressjonijiet taʼ tifħir, fl-​ordni xierqa ġewwa moħħi. Qabel ma ngħid it-​talba pubblika, ngħid talba f’qalbi, billi nitlob l-​għajnuna biex nirrappreżenta lill-​aħwa b’manjiera dinjituża.”

Huma x’inhuma ċ-​ċirkostanzi tiegħek, x’aktarx li se ssib talba fil-​Bibbja li ntqalet minn xi ħadd f’sitwazzjoni bħal tiegħek. Il-​varjetà kbira taʼ talb fl-​Iskrittura hija evidenza tal-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla. Li taqra dan it-​talb u timmedita fuqu se jgħinek tagħmel lit-​talb tiegħek iktar għani. (w95 3/15)

[Kaxxa f’paġna 5]

Talb notevoli fil-​Bibbja

Il-​qaddejja taʼ Jehovah offrew talb taħt partita ċirkostanzi. Tistaʼ twieġeb int b’mod favorevoli għal waħda jew iktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin?

Għandek bżonn taʼ gwida minn Alla, bħalma kellu bżonn Elijeżer?—Ġenesi 24:12-14.

Qiegħed int f’periklu imminenti, bħalma kien Ġakobb?—Ġenesi 32:9-12.

Trid issir taf lil Alla aħjar, bħalma għamel Mosè?—Eżodu 33:12-17.

Qiegħed int ikkonfrontat minn opponenti, bħalma kien Elija?—1 Slaten 18:36, 37.

Huwa l-​ippridkar diffiċli għalik, bħalma kien għal Ġeremija?—Ġeremija 20:7-12.

Għandek bżonn tistqarr dnubietek u tfittex il-​maħfra, bħalma għamel Danjel?—Danjel 9:3-19.

Qiegħed tiffaċċja persekuzzjoni, bħalma għamlu d-​dixxipli taʼ Ġesù?—Atti 4:24-31.

Ara wkoll Mattew 6:9-13; Ġwann 17:1-26; Filippin 4:6, 7; Ġakbu 5:16.

[Kaxxa f’paġna 6]

Għalxiex għandek titlob meta tkun qiegħed tiġġieled kontra xi drawwa b’għeruq profondi

Qiegħed int tissielet kontra djufija li tirrepeti ruħha? Kif jistaʼ talb iddokumentat fil-​Bibbja jkun taʼ benefiċċju? Tgħallem minn David, li talab diversi drabi f’konnessjoni mad-​djufijiet tiegħu stess.

David għanna: “Fittex ġewwa fija, O Alla, u kun af lil qalbi. Eżaminani, u kun af il-​ħsibijiet li jinkwetawni.” (Salm 139:23) Kienet ix-​xewqa taʼ David li Alla Jehovah ifittex fih xewqat, emozzjonijiet, jew motivi m’humiex xierqa. Fi kliem ieħor, David ingaġġa l-​għajnuna taʼ Jehovah f’li jevita d-​dnub.

Imma d-​djufijiet taʼ David għelbuh, u dineb bl-​ikrah. Hawn għal darb’oħra, it-​talb għenu​—din id-​darba biex jirrestawralu r-​relazzjoni tiegħu m’Alla. Skond Salm 51:2, David talab bil-​ħniena: “Aħsilni bir-​reqqa mill-​iżball tiegħi, u naddafni saħansitra mid-​dnub tiegħi.”

Aħna wkoll nistgħu bl-​umiltà nitolbu għall-​għajnuna taʼ Jehovah sabiex inrażżnu inklinazzjonijiet żbaljati. Dan se jsaħħaħna biex negħlbu djufija b’għeruq profondi u jistaʼ jgħinna nevitaw id-​dnub. Jekk nerġgħu naqgħu, għandna nersqu lejn Jehovah mill-​ġdid bil-​petizzjonijiet ħalli jgħinna nkomplu l-​ġlieda.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja