LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 6/1 pp. 26-31
  • Konsolazzjoni Mingħand “Dak Alla tal-Faraġ Kollu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Konsolazzjoni Mingħand “Dak Alla tal-Faraġ Kollu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jehovah​—Dak Alla Taʼ Faraġ
  • Ġesù u Pawlu ​—Farraġa Taʼ Mogħdrija
  • Kif Tfarraġ Lil Dawk Li Jitnikktu
  • X’Għandek Tevita
  • Skritturi Li Jfarrġu
  • “Ibku maʼ min jibki”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Farrġu lill-Imnikktin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • ‘Farraġ lill-Imnikktin Kollha’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif Alla joffri l-faraġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 6/1 pp. 26-31

Konsolazzjoni Mingħand “Dak Alla tal-​Faraġ Kollu”

“Ikun imbierek dak Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, il-​Missier tal-​ħniniet teneri u dak Alla tal-​faraġ kollu, li jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna.”—2 KORINTIN 1:3, 4.

1, 2. Nies imnikktin liema xorta taʼ faraġ jeħtieġu?

NIES imnikktin jeħtieġu faraġ ġenwin​—mhux kliem bla sens u antikwat. Ilkoll kemm aħna smajna li ‘ż-​żmien ifejjaq il-​feriti,’ imma fl-​ewwel ftit jiem tal-​vistu, liema bniedem milqut bin-​niket jiġi mfarraġ b’dak il-​ħsieb? Il-​Kristjani jafu li Alla wiegħed irxoxt, imma dak ma jżommx lura l-​uġigħ profond u t-​trawma taʼ telfa f’daqqa. U ċertament jekk mietlek tifel (jew tifla), it-​tfal l-​oħrajn li baqagħlek m’huma ebda sostitut għal dak il-​wieħed prezzjuż.

2 Fi żmien taʼ telfa, niġu mgħejjunin l-​iktar b’faraġ ġenwin, faraġ li għandu bażi solida fil-​wegħdiet t’Alla. Neħtieġu wkoll l-​empatija. Dan żgur kien veru għan-​nies taʼ l-​Irwanda, u speċjalment għall-​mijiet taʼ familji tax-​Xhieda taʼ Jehovah hemmhekk li tilfu l-​maħbubin tagħhom f’dak il-​massakru etniku dijaboliku. Dawk kollha li jitnikktu mingħand min jistgħu jieħdu faraġ?

Jehovah​—Dak Alla Taʼ Faraġ

3. Jehovah kif tana l-​eżempju f’li jagħti faraġ?

3 Jehovah ta l-​eżempju f’li jagħtina lkoll faraġ. Hu bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu, Ġesù Kristu, fuq l-​art biex jagħtina faraġ u tama li jibqgħu għal dejjem. Ġesù għallem: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin qiegħed jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Qal ukoll lis-​segwaċi tiegħu: “Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd għandu jċedi ruħu għan-​nom taʼ ħbiebu.” (Ġwann 15:13) F’okkażjoni oħra qal: “Bin il-​bniedem ġie, mhux biex ikun imministrat, imma biex jimministra u biex jagħti lil ruħu bħala rahan bi bdil għal ħafna.” (Mattew 20:28) U Pawlu stqarr: “Alla jirrikmanda l-​imħabba tiegħu stess lilna f’li, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.” (Rumani 5:8) Permezz taʼ dawn it-​testi u ħafna oħrajn, nindunaw bl-​imħabba t’Alla u taʼ Kristu Ġesù.

4. L-​appostlu Pawlu għala kien speċjalment midjun lejn Jehovah?

4 L-​appostlu Pawlu kien speċjalment konxju tal-​qalb tajba m’hijiex mistħoqqa taʼ Jehovah. Kien ġie maħtuf minn qagħda mejta spiritwalment, minn persekutur estremament vjolenti tas-​segwaċi taʼ Kristu għal li hu nnifsu jkun Kristjan ippersegwitat. (Efesin 2:1-5) Hu jiddeskrivi l-​esperjenza tiegħu: “Jien l-​inqas wieħed mill-​appostli, u ma jixraqlix li nissejjaħ appostlu, għaliex ippersegwitajt lill-​kongregazzjoni t’Alla. Imma bil-​qalb tajba m’hijiex mistħoqqa t’Alla jien dak li jien. U l-​qalb tajba m’hijiex mistħoqqa tiegħu li kienet lejja tat prova li ma kenitx għalxejn, imma tħabatt iktar minnhom kollha, madankollu mhux jien imma l-​qalb tajba m’hijiex mistħoqqa t’Alla li qiegħda miegħi.”—1 Korintin 15:9, 10.

5. Pawlu x’kiteb dwar faraġ mingħand Alla?

5 Bix-​xieraq allura, Pawlu kiteb: “Ikun imbierek dak Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, il-​Missier tal-​ħniniet teneri u dak Alla tal-​faraġ kollu, li jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna, biex inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk f’kull xorta taʼ tribulazzjoni permezz tal-​faraġ li bih aħna nfusna qegħdin niġu mfarrġin minn Alla. Għax sewwa sew bħalma s-​sofferenzi għall-​Kristu joktru fina, hekk ukoll il-​faraġ li niksbu wkoll joktor permezz tal-​Kristu. Issa jekk aħna qegħdin fi tribulazzjoni, dan huwa għall-​faraġ u s-​salvazzjoni tagħkom; jew jekk qegħdin niġu mfarrġin, dan huwa għall-​faraġ tagħkom li jopera biex jagħmilkom tissaportu l-​istess sofferenzi li aħna wkoll insofru. U għalhekk it-​tama tagħna għalikom hija stabbli, billi nafu bħalma nafu li, sewwa sew bħalma intom tieħdu sehem fis-​sofferenzi, bl-​istess mod intom ukoll se tieħdu sehem fil-​faraġ.”—2 Korintin 1:3-7.

6. X’inhuwa implikat bil-​kelma Griega tradotta “faraġ”?

6 Xi kliem ispirat! Il-​kelma Griega hawn tradotta “faraġ” hija marbuta maʼ “sejħa biex tkun maʼ ġenb xi ħadd.” Għalhekk, “hija l-​waqfa maʼ ġenb xi ħadd biex tinkuraġġih meta jkun għaddej minn provi ħorox.” (A Linguistic Key to the Greek New Testament) Wieħed studjuż Bibliku kiteb: “Il-​kelma . . . tfisser dejjem bil-​wisq iżjed minn simpatija taʼ serħan. . . . Il-​faraġ Kristjan huwa l-​faraġ li jġib kuraġġ, il-​faraġ li jgħin lil wieħed biex ikampa maʼ dak kollu li l-​ħajja tistaʼ tagħmillu.” Tinkludi wkoll kliem taʼ faraġ li huwa bbażat fuq wegħda solida u tama​—dik taʼ l-​irxoxt tal-​mejtin.

Ġesù u Pawlu ​—Farraġa Taʼ Mogħdrija

7. Pawlu kif kien taʼ faraġ għal ħutu Kristjani?

7 X’eżempju taʼ l-​għaġeb Pawlu kien f’li jagħti faraġ! Setaʼ jikteb lill-​aħwa f’Tessalonika: “Sirna ġentili f’nofskom, bħal meta omm li trabbi tgħożż lit-​tfal tagħha stess. Mela, billi għandna affezzjoni tenera għalikom, ħadna pjaċir sewwa li nwasslulkom, mhux biss l-​aħbar tajba t’Alla, imma wkoll lil erwieħna stess, għaliex sirtu maħbubin għalina. F’armonija maʼ dak intom tafu tajjeb kif, bħalma missier jagħmel maʼ wliedu, aħna bqajna neżortaw lil kull wieħed minnkom, u nikkonslaw u nagħtu xiehda lilkom.” L-​istess bħal ġenituri taʼ ħsieb u taʼ mħabba, ilkoll kemm aħna nistgħu naqsmu l-​kordjalità u l-​fehma tagħna m’oħrajn fiż-​żmien tagħhom taʼ bżonn.—1 Tessalonkin 2:7, 8, 11.

8. It-​tagħlim taʼ Ġesù għala huwa taʼ faraġ għal dawk imnikktin?

8 F’li juri tħassib u qalb tajba bħal dawn, Pawlu kien biss qiegħed jimita lill-​Eżemplar kbir tiegħu, Ġesù. Ftakar fl-​istedina taʼ mogħdrija li Ġesù jestendi lil kulħadd kif misjuba f’Mattew 11:28-30: “Ejjew għandi, intom ilkoll li qegħdin taħdmu iebes u mgħobbijin wisq, u jien se nirrifreskakom. Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni, għax jien kalm u umli fil-​qalb, u intom se ssibu rifreskar għal erwieħkom. Għax il-​madmad tiegħi ħanin u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.” Iva, it-​tagħlim taʼ Ġesù huwa rifreskanti għaliex joffri tama u wegħda​—il-​wegħda taʼ l-​irxoxt. Din hija t-​tama u l-​wegħda li qegħdin noffru lin-​nies, per eżempju, meta nħallu magħhom il-​ktejjeb Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Din it-​tama tistaʼ tgħinna lkoll, saħansitra jekk ilna nitnikktu għal żmien twil.

Kif Tfarraġ Lil Dawk Li Jitnikktu

9. Għala m’għandniex inkunu bla paċenzja maʼ nies imnikktin?

9 In-​niket m’huwiex limitat għal xi perijodu taʼ żmien stipulat immedjatament wara l-​mewt tal-​maħbubin tagħna. Xi nies iġorru t-​toqol tan-​niket tagħhom matul ħajjiethom kollha, speċjalment dawk li mitulhom it-​tfal. Koppja Kristjana leali fi Spanja tilfu fil-​mewt lil binhom taʼ 11-il sena fl-​1963 bħala vittma tal-​meninġite. Sal-​ġurnata tal-​lum, għadha taqbżilhom demgħa meta jitkellmu dwar Paquito. Anniversarji, ritratti, rikordji, jistgħu jġibu lura memorji taʼ swied il-​qalb. Għaldaqstant, m’għandna qatt inkunu bla paċenzja u naħsbu li oħrajn għandhom ikunu ssuperaw it-​telfa tagħhom s’issa. Awtorità medika tammetti: “Dipressjoni u burdati emozzjonali jistgħu jippersistu għal diversi snin.” Ftakar, għalhekk, li sewwa sew bħalma marki fiżiċi fil-​ġisem jistgħu jibqgħu fuqna għal tul ħajjitna, l-​istess il-​marki emozzjonali.

10. X’għandna nagħmlu biex ngħinu wħud imnikktin?

10 Liema huma xi affarijiet prattiċi li nistgħu nagħmlu biex infarrġu lil dawk li jitnikktu fil-​kongregazzjoni Kristjana? Bis-​sinċerità kollha nistgħu ngħidu lil xi ħu jew oħt fil-​bżonn taʼ faraġ, “Jekk hemm xi ħaġa li nistaʼ nagħmel biex ngħin, għarrafni.” Imma kemm jiġri li wieħed li jmutlu xi ħadd attwalment iċemplilna biex jgħid, “Ħsibt dwar xi ħaġa li tistaʼ tagħmel biex tgħini”? Ovvjament, irridu nieħdu aħna l-​inizjattiva xierqa jekk irridu nfarrġu lill-​imnikktin. Mela, x’nistgħu nagħmlu b’mod utli? Hawn huma xi ftit suġġerimenti prattiċi:

11. Li aħna nagħtu widen kif jistaʼ jkun taʼ faraġ għal oħrajn?

11 Agħti widen: Waħda mill-​iktar affarijiet t’għajnuna li tistaʼ tagħmel hija li taqsam fl-​uġigħ taʼ dak li mietlu xi ħadd billi tismaʼ. Għandek mnejn tistaqsi, “Tixtieq titkellem fuq hekk?” Ħalli lilu jiddeċiedi. Wieħed Kristjan jiftakar meta miet missieru: “Kien verament t’għajnuna għalija meta oħrajn staqsew x’ġara u mbagħad tassew taw widen.” Bħalma wissa Ġakbu, kun ħafif biex tagħti widen. (Ġakbu 1:19) Agħti widen bil-​paċenzja u b’simpatija. “Ibku maʼ nies li jibku,” tirrikmanda l-​Bibbja f’Rumani 12:15. Ftakar li Ġesù beka maʼ Marta u Marija.—Ġwann 11:35.

12. Liema xorta taʼ rassiguranza nistgħu noffru lil dawk li mitilhom xi ħadd?

12 Ipprovdi rassiguranza: Żomm f’moħħok li dak li jmutlu xi ħadd jistaʼ għall-​ewwel iħossu ħati, billi jaħseb li forsi kien hemm iżjed li setaʼ għamel. Żgurah li x’aktarx li kulma kien possibbli sar (jew kwalunkwe ħaġa oħra li int taf li hija vera u pożittiva). Żgurah li dak li qiegħed iħoss m’huwiex xi ħaġa m’hijiex komuni. Għidlu dwar oħrajn li taf bihom int li b’suċċess issuperaw telfa simili. Fi kliem ieħor, kun sensittiv u simpatetiku. L-​għajnuna ħanina tagħna tistaʼ tfisser wisq! Salamun kiteb: “Bħal tuffieħ tad-​deheb f’tinqix tal-​fidda hija kelma mitkellma fil-​waqt għaliha.”—Proverbji 16:24; 25:11; 1 Tessalonkin 5:11, 14.

13. Jekk nagħmlu lilna nfusna disponibbli, dan kif jistaʼ jkun t’għajnuna?

13 Kun disponibbli: Agħmel lilek innifsek disponibbli mhux biss għall-​ewwel ftit ġranet meta ħafna ħbieb u qraba jkunu preżenti imma għal xhur wara jekk ikun hemm bżonn, meta oħrajn ikunu rritornaw għar-​rutina normali tagħhom. Il-​perijodu taʼ niket jistaʼ jvarja ħafna, jiddependi mill-​individwu. L-​interess u s-​simpatija Kristjani tagħna jistgħu jfissru ħafna fi kwalunkwe żmien taʼ bżonn. Il-​Bibbja tgħid li “jeżisti ħabib li jżomm iktar qrib minn ħu.” B’hekk, il-​qawl, “Ħabib fil-​bżonn hu ħabib veru,” huwa verità li għandna ngħixu fi qbil magħha.—Proverbji 18:24; qabbel Atti 28:15.

14. Dwar xiex nistgħu nitkellmu biex infarrġu lill-​imnikktin?

14 Tkellem dwar il-​kwalitajiet tajbin tal-​persuna mejta: Din hija għajnuna kbira oħra meta offruta fil-​mument addattat. Semmi ġrajjiet pożittivi li tiftakar dwar l-​individwu. Tibżax tuża isem il-​mejjet. Taġixxix bħal li kieku dak li miet qatt m’eżista jew qisu qatt ma kien xejn. Huwa taʼ faraġ li tkun taf dak li stqarret pubblikazzjoni mill-​Harvard Medical School: “Għamla taʼ fejqan jinkiseb meta l-​imnikket jistaʼ finalment jaħseb dwar il-​mejjet mingħajr swied il-​qalb irreżistibbli . . . Hekk kif ir-​realtà l-​ġdida tiġi rrikonoxxuta u aċċettata, in-​niket jittaffa f’memorji għeżież.” “Memorji għeżież”​—kemm huwa taʼ faraġ li tiftakar f’dawk il-​mumenti prezzjużi li tkun qattajt maʼ xi ħadd li tħobb! Xhud li mietlu missieru xi snin ilu qal: “Memorja speċjali għalija hija meta kont naqra l-​Bibbja mad-​Daddy ftit wara li beda jistudja l-​verità. U meta konna nimteddu fuq xatt ix-​xmara nitkellmu dwar xi problemi li jkolli. Kont narah biss kull tliet jew erbaʼ snin, u għalhekk dawk l-​okkażjonijiet kienu prezzjużi.”

15. Kif jistaʼ wieħed jieħu l-​inizjattiva biex jgħin?

15 Ħu l-​inizjattiva meta jkun xieraq: Xi nies imnikktin jistgħu jkampaw aħjar minn oħrajn. Mela, skond iċ-​ċirkostanzi, ħu passi prattiċi biex tgħin. Waħda mara Kristjana mnikkta ftakret: “Ħafna qaluli, ‘Jekk hemm xi ħaġa li nistaʼ nagħmel, għarrafni.’ Imma waħda oħt Kristjana ma qagħdetx tistaqsi. Daħlet dritt fil-​kamra tas-​sodda, qalgħet il-​friex kollu, u ħaslet il-​lożor u l-​investi maħmuġin. Oħra ħadet barmil, l-​ilma, u l-​affarijiet tal-​ħasil u għorkot it-​tapit fejn żewġi kien irremetta. Dawn kienu ħbieb veri, u qatt ma se ninsihom.” Fejn hemm bżonn ovvju għal għajnuna, ħu l-​inizjattiva​—forsi billi tipprepara xi ikel, tgħin fit-​tindif, jew tagħmel xi qadi. M’għandniex xi ngħidu, irridu noqogħdu attenti biex ma niffittawx lil dak li mietlu xi ħadd meta jkun irid il-​privatezza. B’hekk irridu ndaħħlu f’qalbna l-​kliem taʼ Pawlu: “Għaldaqstant, bħala l-​uħud magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, tlibbsu bl-​affezzjonijiet teneri taʼ mogħdrija, qalb tajba, umiltà tal-​moħħ, ħlewwa, u sabar fit-​tul.” Il-​qalb tajba, il-​paċenzja, u l-​imħabba qatt ma jonqsu.—Kolossin 3:12; 1 Korintin 13:4-8.

16. Ittra jew kartolina għala tistaʼ tipprovdi faraġ?

16 Ikteb ittra jew ibgħat kartolina taʼ faraġ: Taʼ spiss ninsew il-​valur taʼ ittra taʼ kondoljanza jew kartolina sabiħa taʼ simpatija. X’inhuma l-​vantaġġi tagħha? Tistaʼ tinqara għal darba wara l-​oħra. Ittra bħal din m’hemmx għalfejn tkun twila, imma għandha turi l-​mogħdrija tiegħek. Għandha tirrifletti wkoll ton spiritwali imma mingħajr ma tkun qisha priedka. Sempliċement il-​messaġġ bażiku “Qegħdin hawnhekk għalik” jistaʼ jkun taʼ konsolazzjoni.

17. It-​talb kif jistaʼ jġib faraġ?

17 Itlob magħhom: Tnaqqasx il-​valur tat-​talb tiegħek maʼ u għal Kristjani sħabek imnikktin. Il-​Bibbja tgħid f’Ġakbu 5:16: “Supplika taʼ raġel twajjeb . . . għandha wisq forza.” Per eżempju, meta l-​imnikktin jisimgħuna nitolbu għan-​nom tagħhom, dan jgħinhom jegħlbu sentimenti negattivi bħalma hija l-​ħtija. F’mumenti li nħossuna dgħajfin, bla moral, Satana jipprova jissuperana bit-​“tnassis,” jew “atti makakki” tiegħu. Dan huwa meta neħtieġu l-​faraġ u l-​appoġġ tat-talb, bħalma stqarr Pawlu: ‘B’kull għamla taʼ talb u tħannin ibqgħu itolbu f’kull okkażjoni fl-​ispirtu. U għal dak l-​għan ibqgħu mqajmin bla ma tieqfu u bi tħannin għan-​nom tal-​qaddisin kollha.’—Efesin 6:11, 18, Kingdom Interlinear; qabbel Ġakbu 5:13-15.

X’Għandek Tevita

18, 19. Kif nistgħu nuru tattika fil-​konversazzjonijiet tagħna?

18 Meta xi ħadd ikun imnikket, hemm ukoll affarijiet li m’għandniex nagħmlu jew ngħidu. Proverbji 12:18 iwissi: “Jeżisti dak li jitkellem bla ma jaħsibha bħal b’daqqiet taʼ sejf, imma l-​ilsien taʼ l-​għorrief huwa fejqan.” Xi drabi, mingħajr ma nirrealizzaw, nonqsu li nuru tattika. Per eżempju, nistgħu ngħidu, “Naf kif tħossok.” Imma huwa dak verament il-​każ? Soffrejt int eżattament l-​istess telfa? Imbagħad ukoll, in-​nies jirreaġixxu b’modi differenti. Ir-​reazzjonijiet tiegħek għandhom mnejn ma kinux identiċi maʼ dawk tal-​persuna mnikkta. Jistaʼ jkun iżjed sensittiv li tgħid, “Tassew inħoss għalik għaliex jien għaddejt minn telfa simili meta . . . tiegħi miet xi ftit taż-​żmien ilu.”

19 Turi wkoll sensittività jekk tevita li tikkummenta dwar jekk dak li miet jiġix irxoxtat jew le. Xi aħwa rġiel u nisa ġew imweġġgħin ħafna bir-​rimarki ġudikanti li sarulhom dwar il-​possibiltajiet futuri għal sieħeb jew sieħba mejtin li ma kinux jemmnu. Aħna m’aħniex l-​imħallfin taʼ min se jiġi rxoxtat jew le. Nistgħu nserrħu rasna li Jehovah, li jara l-​qalb, se juri bil-​wisq iżjed ħniena milli l-​biċċa l-​kbira minna nistgħu qatt nuru.—Salm 86:15; Luqa 6:35-37.

Skritturi Li Jfarrġu

20, 21. Liema huma xi skritturi li jistgħu jikkonslaw lill-​imnikktin?

20 Wieħed mill-​akbar sorsi taʼ sokkors, meta offrut fiż-​żmien tajjeb, huwa konsiderazzjoni tal-​wegħdiet taʼ Jehovah għall-​mejtin. Dawn il-​ħsibijiet Bibliċi se jkunu t’għajnuna kemm jekk dak li mietlu xi ħadd diġà Xhud u kemm jekk hu xi ħadd li niltaqgħu miegħu fil-​ministeru. Liema huma xi wħud minn dawn l-​iskritturi? Aħna nafu li Jehovah hu dak Alla tal-​faraġ kollu, għax qal: “Jien​—jien innifsi hu l-​Wieħed li qiegħed ifarraġkom.” Qal ukoll: “Bħal raġel li lilu ommu stess tibqaʼ tfarraġ, hekk jien innifsi se nibqaʼ nfarraġkom.”—Isaija 51:12; 66:13.

21 Is-​salmista kiteb: “Dan huwa l-​faraġ tiegħi fl-​afflizzjoni tiegħi, għax il-​qawl tiegħek stess żammni ħaj. Jien ftakart fid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek minn żmien indefinit, O Jehovah, u nsib faraġ għalija nnifsi. Jalla l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek isservi, jekk jogħġbok, biex tfarraġni, skond il-​qawl tiegħek lill-​qaddej tiegħek.” Innota li l-​kelma “faraġ” hija wżata ripetutament f’dawn il-​passaġġi. Iva, nistgħu nsibu faraġ veru għalina nfusna u għal oħrajn billi nduru lejn il-​Kelma taʼ Jehovah meta nkunu għaddejjin minn xi afflizzjoni. Dan, flimkien maʼ l-​imħabba u l-​mogħdrija taʼ l-​aħwa, jistaʼ jgħinna nissuperaw it-​telfa li ġarrabna u nimlew il-​ħajjiet tagħna mill-​ġdid b’attività ferriħija fil-​ministeru Kristjan.—Salm 119:50, 52, 76.

22. Liema prospett jinsab quddiemna?

22 Nistgħu wkoll negħlbu n-​niket tagħna sa ċertu punt billi nkunu attivi f’li ngħinu lil oħrajn fid-​dieqa tagħhom. Hekk kif indawru l-​attenzjoni tagħna lejn oħrajn fil-​bżonn taʼ faraġ, nirċievu wkoll l-​hena vera taʼ li nagħtu f’sens spiritwali. (Atti 20:35) Ejjew naqsmu magħhom il-​viżjoni taʼ jum l-​irxoxt meta nies taʼ dawk kollha li qabel kienu ġnus, ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni, se jkunu qegħdin jilqgħu lura lill-​maħbubin mejtin tagħhom mill-​imwiet għal ġo dinja ġdida. Xi prospett! Kemm dmugħ taʼ ferħ se jixxerred dak in-​nhar hekk kif niftakru li Jehovah hu tassew dak Alla “li jfarraġ lil dawk mgħakksin”!—2 Korintin 7:6. (w95 6/1)

◻ Jehovah kif inhu “dak Alla tal-​faraġ kollu”?

◻ Ġesù u Pawlu kif farrġu lil uħud imnikktin?

◻ Liema huma xi affarijiet li nistgħu nagħmlu biex infarrġu lil dawk imnikktin?

◻ X’għandna nevitaw meta nittrattaw maʼ min ikun imnikket?

◻ Liema huma l-​iskritturi favoriti tiegħek għal faraġ fi żminijiet taʼ telfa fil-​mewt?

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

[Stampa f’paġna 30]

Bit-​tattika ħu l-​inizjattiva biex tgħin lil dawk imnikktin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja