LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 11/1 pp. 5-7
  • Il-Ferħ Veru—X’Inhu l-Qofol?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ferħ Veru—X’Inhu l-Qofol?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Ispiritwalità Twassal Għall-​Hena
  • L-​Abbiltà Tagħna Taʼ L-​Għażla
  • Għerf Divin u Ubbidjenza​—Il-​Qofol
  • Kif Insibu l-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • L-​iskop taʼ Ġeħova se jitwettaq!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Int Jistaʼ Jkollok Ferħ Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 11/1 pp. 5-7

Il-​Ferħ Veru—X’Inhu l-​Qofol?

IL-​BNEDMIN suppost li kellhom ikunu ferħanin. Għala nistgħu nkunu ċerti dwar dan? Sewwa, ikkunsidra l-​bidu tal-​bniedem.

Alla Jehovah ħalaq l-​ewwel koppja umana bl-​abbiltà li jgawdu l-​hena. Adam u Eva tpoġġew f’ġenna, fi ġnien taʼ pjaċir imsejjaħ Għeden. Il-​Ħallieq ipprovdielhom l-​affarijiet fiżiċi neċessarji kollha tal-​ħajja. Il-​ġnien kellu “s-​siġar kollha li jpaxxu l-​għajn u bnina għall-​ikel.” (Ġenesi 2:9) Adam u Eva kienu f’saħħithom, b’saħħithom, u sbieħ​—kienu perfetti u verament ferħanin.

X’kien, iżda, il-​qofol taʼ l-​hena tagħhom? Kienet id-​dar bħal ġenna tagħhom jew forsi l-​perfezzjoni fiżika tagħhom? Dawn l-​għotjiet mingħand Alla tassew li kkontribwew għat-​tgawdija tal-​ħajja tagħhom. Imma l-​ferħ tagħhom ma kienx jiddependi fuq affarijiet tanġibbli bħal dawn. Il-​ġnien taʼ Għeden kien iktar minn sempliċi park sabiħ. Kien santwarju, post għall-​qima t’Alla. Il-​qofol għall-​ferħ etern tagħhom kien l-​abbiltà tagħhom li jistabbilixxu u jżommu relazzjoni taʼ mħabba mal-​Ħallieq. Biex ikunu henjin, l-​ewwel kellhom ikunu spiritwali.—Qabbel Mattew 5:3.

L-​Ispiritwalità Twassal Għall-​Hena

Adam fil-​bidu kellu relazzjoni spiritwali m’Alla. Kienet relazzjoni tenera u taʼ mħabba bħal dik taʼ iben maʼ missier. (Luqa 3:38) Fil-​ġnien taʼ Għeden, Adam u Eva kellhom ċirkostanzi ideali li ppermettewlhom jissodisfaw ix-​xewqa tagħhom li jagħtu qima. Sakemm kienu lesti li juru ubbidjenza b’imħabba lejn Jehovah, huma kienu se jġibu unur u glorja lil Alla bil-​wisq iktar milli setgħu jġibu l-​annimali. Setgħu b’mod intelliġenti jfaħħru lil Alla għall-​kwalitajiet meraviljużi tiegħu u setgħu jappoġġjaw is-​sovranità tiegħu. Huma setgħu wkoll jibqgħu jiġu mħarsin minn Jehovah b’imħabba u b’tenerezza.

Din is-​sħubija intima mal-​Ħallieq u l-​ubbidjenza lejn il-​liġijiet tiegħu ġabu ferħ ġenwin lill-​ewwel ġenituri tagħna. (Luqa 11:28) Adam u Eva ma kinux mistennijin li jgħaddu minn ħafna snin jesperimentaw qabel ma kellhom jiskopru l-​qofol għall-​hena. Huma kienu henjin minn dak il-​mument li ġew maħluqin. Il-​fatt li kienu f’paċi m’Alla u sottomessi lejn l-​awtorità tiegħu kien jagħmilhom ferħanin.

Madankollu, dak il-​ferħ intemm f’dak il-​mument li m’obdewx lil Alla. Billi rribellaw, Adam u Eva temmew għal kollox ir-​relazzjoni spiritwali tagħhom maʼ Jehovah. Ma baqgħux iżjed il-​ħbieb t’Alla. (Ġenesi 3:17-19) Jidher li minn dak inhar li tkeċċew mill-​ġnien, Jehovah waqqaf kull komunikazzjoni magħhom. Huma tilfu l-​perfezzjoni tagħhom, il-​prospett li jgħixu għal dejjem, u d-​dar tagħhom bħala ġnien. (Ġenesi 3:23) Imma iżjed importanti, ladarba tilfu r-​relazzjoni tagħhom m’Alla, huma tilfu l-​qofol għall-​hena.

L-​Abbiltà Tagħna Taʼ L-​Għażla

Qabel ma mietu, Adam u Eva lin-​nisel tagħhom għaddewlhom il-​karatteristiċi umani tagħhom, il-​kuxjenza ġewwinija tagħhom, u l-​kapaċità għall-​ispiritwalità. Il-​familja umana ma ġietx imbaxxija għal-​livell taʼ l-​annimali. Aħna nistgħu niġu rrikonċiljati mal-​Ħallieq. (2 Korintin 5:18) Bħala ħlejjaq intelliġenti, il-​bnedmin għad għandhom il-​qawwa li jagħżlu jekk jobdux lil Alla jew le. Dan ġie muri ħafna sekli wara meta Jehovah ta l-​għażla taʼ bejn ħajja jew mewt lill-​ġens ġdid taʼ Iżrael. Permezz tal-​kelliemi tiegħu Mosè, Alla qal: “Ara jiena llum qegħedtlek quddiemek il-​ħajja u l-​ġid, il-​mewt u d-​deni.”—Dewteronomju 30:15-18.

Saħansitra issa, eluf taʼ snin wara li ntilfet il-​Ġenna oriġinali, aħna l-​bnedmin għadna kapaċi nagħmlu l-​għażla t-​tajba. Għandna kuxjenza li taħdem u kapaċità bażika li nobdu l-​liġijiet t’Alla. Il-​Bibbja titkellem dwar “il-​bniedem taʼ ġewwa” u l-​bniedem “ġewwieni.” (2 Korintin 4:16; Rumani 7:22, Karm Żammit) Dawn l-​espressjonijiet għandhom x’jaqsmu mal-​potenzjal naturali li aħna lkoll għandna biex nirriflettu l-​personalità t’Alla, biex naħsbu l-​ħsibijiet tiegħu, biex inkunu spiritwali.

Rigward in-​natura u l-​kuxjenza morali tagħna, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Għax meta l-​pagani, li ma għandhomx il-​Liġi, jagħmlu bl-​istint naturali tagħhom dawk l-​opri li titlob il-​Liġi, huma jkunu liġi għalihom infushom. Dawn juru b’għemilhom li l-​preċetti tal-​Liġi huma miktuba f’qalbhom, u dan tixhdu wkoll il-​kuxjenza u r-​raġuni tagħhom, li issa jakkużaw u issa japprovaw għemilhom.”—Rumani 2:14, 15.

Għerf Divin u Ubbidjenza​—Il-​Qofol

Iżda xi ħadd għandu mnejn jistaqsi, ‘Ladarba lkoll kemm aħna għandna inklinazzjoni naturali biex inqimu lil Alla u, bħala riżultat, biex ingawdu l-​ferħ ġenwin, għala hawn tant nuqqas taʼ hena?’ Għaliex, biex inkunu henjin, kull wieħed minna jeħtieġ li jiżviluppa spiritwalment. Għalkemm maħluq oriġinalment fix-​xbiha t’Alla, il-​bniedem tbiegħed mill-​Ħallieq tiegħu. (Efesin 4:17, 18) Għaldaqstant, kull wieħed minna jrid jieħu passi definittivi biex jistabbilixxi u jżomm relazzjoni spiritwali m’Alla. Relazzjoni bħal din ma tiżviluppax awtomatikament.

Ġesù enfasizza żewġ prinċipji importanti kif wieħed jiżviluppa spiritwalment. Wieħed hu li niksbu għarfien eżatt dwar Alla, u l-​ieħor li b’ubbidjenza nissottomettu rwieħna għar-​rieda tiegħu. (Ġwann 17:3) Waqt li kkwota mill-​Kelma t’Alla, Ġesù qal: “Hemm miktub, ‘Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’” (Mattew 4:4) F’okkażjoni oħra, Ġesù stqarr: “L-​ikel tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda taʼ min bagħatni u li nwassal fit-​tmiem l-​opra tiegħu.” (Ġwann 4:34) M’għandniex għalfejn inqattgħu għaxriet taʼ snin nesperimentaw fit-​tfittxija għall-​hena. L-​esperjenza m’hijiex il-​qofol għall-​hena. Minflok, huma biss l-​għerf divin u l-​ubbidjenza lejn il-​Ħallieq tagħna li jistgħu jwassluna għall-​ferħ veru fil-​ħajja.—Salm 19:8, 9 [Salm 19:7, 8, NW]; Koħèlet 12:13.

Jidher ċar li l-​ferħ li jiġi milli neżerċitaw għerf divin u milli jkollna l-​approvazzjoni t’Alla m’huwiex diffiċli biex niksbuh. (Atti 17:26, 27) L-​għarfien dwar Jehovah u l-​iskop tiegħu huwa disponibbli għal kulħadd. Minkejja li hawn biljuni taʼ kopji f’ħafna lingwi, il-​Bibbja tibqaʼ tkun l-​iktar ktieb imqassam fid-​dinja. Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek issir il-​ħabib t’Alla u tgawdi l-​ferħ ġenwin, għax l-​Iskrittura tgħidilna li “hieni l-​poplu li Jaħweh hu Alla tiegħu!”—Salm 144:15.

[Kaxxa f’paġna 6]

Passi Li Jwasslu għall-​Ferħ

1. Apprezza U Ikkultiva L-​ispiritwalità. Ġesù Qal: “Hienja Dawk Li Jisimgħu L-​kelma Taʼ Alla U Jħarsuha!”—luqa 11:28.

2. Irrikonoxxi Li L-​approvazzjoni T’alla Hija Iktar Importanti Mir-​rikkezzi U L-​lussu. Pawlu Kiteb: “It-​tjieba [“Id-​devozzjoni Lejn Alla,” “Nw”] fiha Qligħ Kbir, Tassew, Għal Min Hu Kuntent B’dak Li Għandu; . . . Sakemm Għandna X’nieklu U X’nilbsu, Dan Għandu Jkun Biżżejjed Għalina.”—1 Timotju 6:6-8.

3. Stinka Sabiex Tikkultiva Kuxjenza Mħarrġa Fuq Il-​bibbja U Aġixxi Fuqha.—Rumani 2:14, 15.

4. Kun Riżolut Li Tobdi Lil Alla Jehovah, U B’hekk Tikkwalifika Biex Tkun Parti Mill-​poplu Tiegħu. David Tal-​qedem Kiteb: “Hieni L-​poplu Li Jaħweh Hu Alla Tiegħu!”—Salm 144:15.

[Stampa f’paġna 7]

“Henjin il-​foqra fl-​ispirtu.”—Mattew 5:3

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja