LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 4/15 p. 3
  • Xi Kemm Nistgħu Ngħixu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Kemm Nistgħu Ngħixu?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Veru li n-Nies fiż-Żminijiet Bibliċi Kienu Jgħixu Ħajja Daqshekk Twila?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Aħna maħluqin bl-iskop li ngħixu għal dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Uħud Imdaħħlin fiż-Żmien—Barka għaż-Żgħażagħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 4/15 p. 3

Xi Kemm Nistgħu Ngħixu?

In-​nies in ġenerali qed jgħixu iktar, u dan iġiegħel lil ħafna jaħsbu, ‘Xi kemm nistgħu ngħixu?’

SKOND The New Encyclopædia Britannica (1995), fil-​passat Pierre Joubert kien meqjus bħala l-​iktar wieħed li għex. Hu miet fl-​1814 fl-​età taʼ 113-il sena. Veru, jgħidu li kien hemm oħrajn li għexu iktar, imma l-​etajiet tagħhom ma kinux iddokumentati b’mod taʼ min jorbot fuqhom. Madankollu, dokumentazzjoni eżatta vverifikat li numru taʼ nies għexu iktar minn Pierre Joubert.

Jeanne Louise Calment twieldet f’Arles, fix-​xlokk taʼ Franza, fil-​21 taʼ Frar, 1875. Il-​mewt tagħha fl-​4 t’Awissu, 1997​—iktar minn 122 sena wara—​ngħatat ħafna pubbliċità. Fl-​1986, Shigechiyo Izumi mill-​Ġappun miet fl-​età taʼ 120 sena. Il-​Guinness Book of Records 1999 isemmi lil Sarah Knauss li kellha 118-il sena bħala l-​ixjeħ persuna sa dak iż-​żmien. Hi twieldet fl-​24 taʼ Settembru, 1880, f’Pennsylvania, l-​Istati Uniti. Meta Marie-Louise Febronie Meilleur minn Quebec, il-​Kanada, mietet fl-​1998, fl-​età taʼ 118-il sena, hi kienet 26 ġurnata akbar minn Sarah.

Tabilħaqq, in-​numru taʼ dawk verament anzjani żdied b’mod drammatiku. Qed jikkalkulaw li n-​numru taʼ dawk ’il fuq minn mitt sena se jiżdied għal iktar minn 2.2 miljuni matul l-​ewwel nofs tas-​seklu li ġej! B’mod simili, in-​numru taʼ nies taʼ 80 sena u iktar żdied minn 26.7 miljun fl-​1970 għal 66 miljun fl-​1998. Dan ifisser żjieda taʼ 147 fil-​mija, meta tqabbilha maʼ żjieda taʼ 60 fil-​mija għall-​popolazzjoni totali tad-​dinja.

U dan mhux sempliċement li n-​nies qed jgħixu iktar. Ħafna minnhom qegħdin ukoll iwettqu affarijiet li l-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li għandhom 20 sena m’humiex kapaċi jagħmluhom. Fl-​1990, John Kelley li kellu 82 sena spiċċa maratona​—tellieqa taʼ 42.195 kilometru—​f’ħames sigħat u ħames minuti. Fl-​1991, Mavis Lindgren, bużnanna taʼ 84 sena għamlet din id-​distanza f’sebaʼ sigħat u disaʼ minuti. U iktar reċenti, raġel taʼ 91 sena spiċċa n-​New York City Marathon!

Dan ma jfissirx li wħud anzjani fil-​passat ma wettqux affarijiet taʼ l-​għaġeb. Taʼ 99 sena, il-​patrijarka Bibliku Abraham ‘mar jiġri jilqaʼ’ lill-​mistidnin tiegħu. Taʼ 85 sena, Kaleb ipproklama: “Bħalma kienet saħħti dakinhar [45 sena qabel], hekk għadha llum, sew biex noħroġ għall-​ġlied sew biex nerġaʼ lura.” U l-​Bibbja tgħid li meta Mosè kellu 120 sena, “kien għadu ma ċċajparx dawl għajnejh, u anqas saħħtu ma rħietu.”—Ġenesi 18:2; Ġożwè 14:10, 11; Dewteronomju 34:7.

Ġesù Kristu tkellem dwar l-​ewwel raġel, Adam, u l-​bennej taʼ l-​arka, Noè, bħala individwi storiċi. (Mattew 19:4-6; 24:37-39) Ġenesi jgħid li Adam għex 930 sena, u Noè 950 sena. (Ġenesi 5:5; 9:29) Veru li n-​nies għexu daqshekk? Nistgħu aħna ngħixu saħansitra iktar, forsi għal dejjem? Jekk jogħġbok eżamina l-​evidenza fl-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja