LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 6/1 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Huwa l-Qrar Meħtieġ Minn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Dejjem Aċċetta d-Dixxiplina taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Ħniena taʼ Jehovah Issalvana mid-Disprament
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • L-Istqarrija tad-Dnub Twassal għall-Fejqan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 6/1 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Meta nqisu li Jehovah lest jaħfer id-​dnubiet bil-​mertu tas-​sagrifiċċju taʼ fidwa, għala hu meħtieġ li l-​Kristjani jistqarru dnubhom maʼ l-​anzjani fil-​kongregazzjoni?

Bħalma jidher ċar mill-​każ taʼ David u Batseba, Jehovah ħafru d-​dnub taʼ David, għalkemm dan kien serju, għaliex David wera ndiema ġenwina. Meta ġie avviċinat mill-​profeta Natan, David stqarr bil-​miftuħ: “Jiena dnibt kontra l-​Mulej!”—2 Samwel 12:13.

Madankollu, Jehovah mhux biss jaċċetta l-​istqarrija sinċiera tal-​midneb u jestendilu l-​maħfra imma jagħmel provvedimenti bl-​imħabba biex dak li jkun żbalja jkun jistaʼ jagħmel progress lejn fejqan spiritwali. Fil-​każ taʼ David, l-​għajnuna ġiet mingħand il-​profeta Natan. Illum, fil-​kongregazzjoni Kristjana, hemm irġiel ixjeħ, jew anzjani, li huma maturi spiritwalment. Id-​dixxiplu Ġakbu jispjega: “Hemm xi ħadd marid [spiritwalment] fostkom? Ħalli dan isejjaħ lill-​presbiteri [jew, irġiel ixjeħ] tal-​Knisja, biex dawn jitolbu għalih u jidilkuh biż-​żejt f’isem il-​Mulej; it-​talba tal-​fidi ssalva lill-​marid, u l-​Mulej iqajjmu; u jekk ikun għamel xi dnubiet, jinħafrulu.”—Ġakbu 5:​14, 15.

Anzjani taʼ l-​esperjenza jistgħu jgħinu ferm biex itaffu l-​uġigħ taʼ qalb li jħoss midneb li jkun niedem tassew. Huma jagħmlu ħilithom biex jimitaw lil Jehovah fil-​mod kif jaġixxu miegħu. Qatt ma jridu jkunu ħorox, avolja forsi jkun hemm bżonn li tingħata dixxiplina soda. Minflok, bil-​mogħdrija kollha huma jqisu dak li jkollu bżonn l-​individwu dak il-​ħin. Bil-​paċenzja kollha jipprovaw kemm jifilħu biex jgħinu lill-​midneb jirranġa l-​ħsieb tiegħu billi jużaw il-​Kelma t’Alla. (Galatin 6:1) Anki jekk xi ħadd ma jistqarrx dnubu minn jeddu, xorta waħda jistaʼ jiġi mqanqal biex jindem meta javviċinawh l-​anzjani, bħalma ġralu David meta ġie avviċinat minn Natan. Dan l-​appoġġ mingħand l-​anzjani jgħin lill-​midneb jevita l-​periklu li jerġaʼ jagħmel l-​istess dnub u jgħinu jifhem il-​konsegwenzi serji li jiġu fuqu jekk isir wieħed li jwebbes rasu u jibqaʼ jipprattika d-​dnub.—Lhud 10:​26-31.

Żgur li mhux faċli li tistqarr m’oħrajn l-​affarijiet taʼ mistħija li tkun għamilt u tfittex il-​maħfra. Dan jitlob saħħa ġewwinija. Aħseb ftit, iżda, dwar x’inhi l-​alternattiva. Wieħed raġel li naqas li jikxef maʼ l-​anzjani fil-​kongregazzjoni d-​dnub serju li għamel qal: “Ħassejt uġigħ f’qalbi li ma ried imur b’xejn. Żidt l-​isforzi tiegħi fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, imma bqajt inħoss ir-​rimors jifnini.” Ħass li kien biżżejjed li jistqarr dnubu m’Alla, imma deher ċar li ma kienx, għax ġarrab sentimenti simili għal dawk tas-​Sultan David. (Salm 51:​8, 11) Kemm ikun aħjar li taċċetta l-​għajnuna kollha mħabba li jipprovdi Jehovah permezz taʼ l-​anzjani!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja