LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 7/1 pp. 3-4
  • Teħtieġ l-Għajnuna biex Tifhem il-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Teħtieġ l-Għajnuna biex Tifhem il-Bibbja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Filippu—Evanġelista Żeluż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Ixandru “l-Aħbar Tajba Dwar Ġesù”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Kif Tistaʼ Tkun Lest Biex Titgħammed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 7/1 pp. 3-4

Teħtieġ l-​Għajnuna biex Tifhem il-​Bibbja

IL-​BIBBJA hija ktieb uniku. Dawk li kitbuha jsostnu li kienu mnebbħin minn Alla, u dak li hemm miktub fiha jipprovdi provi biżżejjed li dak li jsostnu huwa minnu. (2 Timotju 3:16) Fost affarijiet oħra, il-​Bibbja turi minfejn ġejna, għala qegħdin hawn, u x’se jsir minna. Żgur li dan hu ktieb taʼ min jiftħu u jara x’fih!

Forsi int ipprovajt taqra l-​Bibbja imma sibtha tqila wisq biex tifhimha. Jew forsi ma tafx kif issib it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet tiegħek. Jekk inhu hekk, m’intix waħdek. Int qiegħed fl-​istess sitwazzjoni li kien fiha wieħed raġel lura fl-​ewwel seklu li kien qed jivvjaġġa f’karru minn Ġerusalemm lejn pajjiżu, l-​Etjopja. Dan kien uffiċjal Etjopjan li kien qed jaqra b’leħen għoli minn Isaija, wieħed mill-​kotba profetiċi tal-​Bibbja, miktub iktar minn sebaʼ mitt sena qabel.

F’daqqa waħda, beda jkellmu wieħed raġel li kien qed jiġri maġenb il-​karru. Dan kien wieħed mid-​dixxipli taʼ Ġesù jismu Filippu, li staqsa lill-​Etjopjan: “Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?” L-​Etjopjan wieġbu: “Kif nistaʼ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?” Imbagħad stieden lil Filippu biex jitlaʼ ħdejh fil-​karru. Filippu spjegalu x’kienet tfisser dik is-​silta li kien qed jaqra u kompla jxandarlu “l-​Evanġelju [dwar] Ġesù.”—Atti 8:​30-35.

Bħalma Filippu għen lil dak l-​Etjopjan jifhem il-​Kelma t’Alla żmien twil ilu, hekk ukoll ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jgħinu lin-​nies jifhmu l-​Bibbja llum. Huma jixtiequ jgħinu lilek ukoll. Ġeneralment, l-​aħjar mod biex tistudja l-​Bibbja jkun pass pass, billi l-​ewwel tibda bit-​tagħlim Skritturali bażiku. (Lhud 6:1) Hekk kif tibda tagħmel progress, se tkun kapaċi tifhem dak li l-​appostlu Pawlu sejjaħlu “ikel sħiħ,” jiġifieri, veritajiet iktar profondi. (Lhud 5:14) Għalkemm hija l-​Bibbja li int qed tistudja, hemm pubblikazzjonijiet oħra li jgħinuk tistudja l-​Bibbja u li permezz tagħhom tkun tistaʼ ssib u tifhem xi siltiet mill-​Bibbja li jkunu jitkellmu dwar suġġetti differenti.

Ġeneralment, l-​istudju jsir fejn u meta jkun konvenjenti għalik. Hemm anki min jistudja bit-​telefon. Dan l-​istudju ma jsirx bħallikieku qiegħed l-​iskola, imma jsir privatament u jiġi addattat apposta għalik, għaliex iċ-​ċirkustanzi, it-​trobbija, u l-​edukazzjoni m’humiex taʼ kulħadd xorta. L-​istudju tal-​Bibbja jsir bla ħlas. (Mattew 10:8) M’hemmx eżamijiet, u m’intix se tħossok imbarazzat. Il-​mistoqsijiet li jkollok jiġu mweġbin, u int se titgħallem kif tersaq eqreb lejn Alla. Iżda, għala għandek bżonn tistudja l-​Bibbja? Ikkunsidra xi raġunijiet għala studju tal-​Bibbja jistaʼ jagħmlek iktar kuntent.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja