LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 9/15 p. 28
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Il-Qima taʼ Min Jaċċetta Alla?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Il-Kristjani Jqimu fl-Ispirtu u l-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Għala Għandna Niġu Gwidati bl-Ispirtu t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Gwidati bl-Ispirtu t’Alla fl-Ewwel Seklu u Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 9/15 p. 28

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Xi jfisser li tqim lil Jehovah “fl-​ispirtu”?

Meta kien qed jagħti xiehda lil waħda Samaritana li ġiet timla l-​ilma mill-​bir taʼ Ġakobb viċin il-​belt taʼ Sikar, Ġesù Kristu qalilha: “Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh fl-​ispirtu u l-​verità.” (Ġwann 4:​24) Qima vera trid tingħata bil-​“verità” fis-​sens li din għandha taqbel maʼ dak li Alla Jehovah wriena fil-​Bibbja dwaru nnifsu u dwar l-​iskopijiet tiegħu. Is-​servizz tagħna lil Alla għandu jkun ukoll bil-​ħeġġa, jew biż-​żelu, imqanqal minn qalb mimlija mħabba u fidi. (Titu 2:​14) Madankollu, il-​kuntest jurina li l-​istqarrija taʼ Ġesù dwar li ‘naduraw ’l Alla fl-​ispirtu’ tinvolvi ħafna iktar mill-​attitudni mentali li biha naqdu lil Jehovah.

Id-diskussjoni li Ġesù kellu mal-​mara ħdejn il-​bir ma kinitx dwar jekk il-​qima tinvolvix ħeġġa jew le. Anki l-​qima falza tistaʼ tingħata b’żelu u devozzjoni. Minflok, wara li qal li l-​Missier la se jiġi meqjum fuq xi muntanja fis-​Samarija u lanqas f’xi tempju f’Ġerusalemm—it-​tnejn postijiet fiżiċi—Ġesù pponta lejn mod ġdid taʼ qima bbażat fuq in-​natura vera t’Alla. (Ġwann 4:​21) Hu qal: “Alla huwa spirtu.” (Ġwann 4:​24) Il-​veru Alla m’huwiex materjali u ma nistgħux narawh jew inħossuh. Il-​qima tiegħu m’hijiex ibbażata fuq xi tempju fiżiku jew xi muntanja. B’hekk, Ġesù rrefera għal aspett taʼ qima li jmur lil hinn mill-​affarijiet materjali.

Minbarra li trid tingħata bil-​verità, qima aċċettabbli trid tkun ukoll gwidata mill-​ispirtu qaddis​—il-​qawwa attiva inviżibbli t’Alla. “L-​Ispirtu [qaddis] jgħarbel kollox,” kiteb l-​appostlu Pawlu, “sa fil-​qiegħ taʼ Alla.” Hu żied: “Aħna ma ħadniex l-​ispirtu taʼ din id-​dinja, imma l-​Ispirtu taʼ Alla, biex nagħrfu d-​doni li Alla għoġbu jagħtina.” (1 Korintin 2:​8-​12) Biex inqimu ’l Alla b’mod aċċettabbli, irid ikollna l-​ispirtu tiegħu u nkunu gwidati minnu. Iktar minn hekk, hemm bżonn li l-​ispirtu tagħna, jew l-​attitudni mentali, ikun fi qbil maʼ l-​ispirtu t’Alla permezz taʼ l-​istudju u l-​applikar tal-​Kelma tiegħu.

[Stampa f’paġna 28]

Qim ’l Alla “fl-​ispirtu u l-​verità”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja