LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 12/1 p. 3
  • Tagħti Iktar Milli Tiflaħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tagħti Iktar Milli Tiflaħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar li Tagħti Għaxra fil-​Mija?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għoti li Jġib il-Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Uru Li Intom Grati”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 12/1 p. 3

Tagħti Iktar Milli Tiflaħ

“TISTAʼ tgħajjarni li jien tallab; ma niddejjaq xejn. Qed nittallab għal Ġesù.” Dan il-​kliem li wera kif ħassu qassis Protestant jenfasizza l-​kontroversja li teżisti dwar il-​ġbir reliġjuż tal-​fondi. Ir-​reliġjonijiet stabbiliti jidhru li jibqgħu jeżistu biss jekk ikollhom ammont sostanzjali t’appoġġ finanzjarju. Is-​salarji jridu jitħallsu, it-​tempji jridu jinbnew u jinżammu fi stat tajjeb, u jridu jiġu finanzjati kampanji t’evanġelizzar. Minfejn se jġibu dawn il-​flus kollha?

Għal ħafna knejjes, is-​soluzzjoni tinsab fil-​ħlas tad-​dieċmi.a “Il-​ħlas tad-​dieċmi huwa l-​mod li bih Alla jiffinanzja s-​saltna Tiegħu fuq l-​art,” isostni l-​evanġelista Norman Robertson. “Dan huwa l-​metodu t’ekonomija Tiegħu li jagħmilha possibbli li jixxandar l-​Evanġelju.” B’wiċċu minn quddiem, waqt li jfakkar lis-​segwaċi tiegħu dwar ir-​responsabbiltà tagħhom li jagħtu, b’enfasi hu jistqarr: ‘Il-​ħlas tad-​dieċmi m’huwiex xi ħaġa li tagħmilha għax tkun tiflaħ tħallas. Hu att taʼ ubbidjenza. Jekk ma tħallasx id-​dieċmi, tkun bla dubju qed tikser il-​kmandamenti t’Alla. Tkun qed tisraq flus ħaddieħor bil-​qerq.’​—Tithing​—God’s Financial Plan.

X’aktarx li taqbel li l-​għoti għandu jkun parti mill-​qima Kristjana. Madankollu, tħoss int li l-​appelli persistenti għall-​flus idejquk, jew saħansitra ssibhom offensivi? It-​teologu Brażiljan Inácio Strieder jakkuża l-​knejjes li qed jitolbu d-​dieċmi biex “isolvu l-​problemi istituzzjonali tagħhom” u dawn il-​prattiċi jsejħulhom “illeġittimi, abbużivi, u devjazzjoni teoloġika.” Hu josserva li r-​riżultat hu li “nies bla xogħol, nisa romol, nies li joqogħdu fil-​kerrejjiet, u dawk li m’humiex kapaċi jużaw il-​loġika jaslu għall-​konklużjoni li Alla abbandunahom u li tant huma obbligati jagħtu lill-​‘qassis’ li l-​familji tagħhom stess jispiċċaw bil-​ġuħ.”

Forsi tistaʼ taħseb: ‘Qegħdin il-​knejjes li jitolbu d-​dieċmi japplikaw l-​Iskrittura sew? Jew forsi xi reliġjonijiet qed jinqdew bil-​biżaʼ t’Alla biex lill-​merħla jqaxxruha ħajja? Tassew li Alla jistenna li aħna nagħtu iktar milli nifilħu?’

[Nota taʼ taħt]

a Id-dieċmi ġew definiti li huma 10 fil-​mija mid-​dħul totali taʼ individwu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja