LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/15 pp. 8-9
  • Qabel u Wara—Il-Kelma t’Alla Tagħmel Xogħolha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qabel u Wara—Il-Kelma t’Alla Tagħmel Xogħolha
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Żgħażagħ, intom jistaʼ jkollkom ħajja sodisfaċenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Ma ridtx immut!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Warrabt Ħin Biex Tistudja l-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Tibżax. Jien stess ngħinek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/15 pp. 8-9

“Ersqu Lejn Alla, U Hu Jersaq Lejkom”

Qabel u Wara—Il-​Kelma t’Alla Tagħmel Xogħolha

LI KIEKU kellek tiltaqaʼ maʼ Tony fl-​ewwel snin taʼ l-​adolexxenza tiegħu, kont issib tfajjel pastaż u aggressiv li kien iħobb iżur ċerti nħawi taʼ fama ħażina ġewwa Sydney fl-​Awstralja. Fost il-​ħbieb tiegħu kien hemm membri minn gruppi kriminali. Taʼ spiss dawn kienu mdaħħlin f’serq, ġlied kontra gruppi oħra, u sparar fit-​toroq.

Tony beda jpejjep taʼ disaʼ snin. Sakemm kellu 14-il sena, kien regolarment jieħu l-​marijuana u kien jgħix ħajja immorali. Sakemm kellu 16-il sena kien jiddependi mill-​eroina, u dan wasslu biex jieħu l-​kokaina, l-​LSD, u kif jispjega Tony, “kwalunkwe ħaġa li setgħet iġġibni f’estasi.” Imbagħad beda jinnegozja maʼ żewġ gruppi kriminali magħrufin li kienu jbigħulu d-​drogi. Tony ma damx ma sar magħruf bħala wieħed mill-​iktar nies li tistaʼ tħalli f’idejhom biex jipprovdu d-​drogi fil-​kosta tal-​lvant taʼ l-​Awstralja.

Il-vizzju taʼ l-​eroina u l-​marijuana li kellu Tony kien jiswielu bejn Lm70 u Lm135 kuljum. Imma lill-​membri tal-​familja tiegħu kien qed jiswielhom ħafna iktar minn hekk. “Jien u marti,” jgħid hu, “mhux l-​ewwel darba li kellna s-​snieter u s-​skieken ippontati maʼ wiċċna minn kriminali li jkunu qed ifittxu d-​drogi u l-​flus li kellna fid-​dar tagħna.” Wara li kien il-​ħabs tliet darbiet, Tony ħass li kellu jeżamina fejn kien se jwasslu l-​istil taʼ ħajja li kien qed jgħix.

Għalkemm kien imur il-​knisja, Tony ħassu mbiegħed minn Alla li jaħraq lill-​midinbin fl-​infern għal dejjem bħala kastig, skond kif inhu maħsub. Imma meta tnejn mix-​Xhieda taʼ Jehovah żaruh, Tony baqaʼ skantat meta sar jaf li Alla m’huwiex hekk. U Tony kien ferħan li setaʼ verament jirranġa ħajtu u jirċievi barkiet minn Alla. Tony tqanqal mill-​kliem taʼ Ġesù Kristu: “Għal Alla kollox jistaʼ jkun.” (Mark 10:27) Tony ġie effettwat b’mod speċjali mill-​kliem inkuraġġanti: “Ersqu lejn Alla, u hu jersaq lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Issa Tony kellu jiffaċċja l-​isfida li jġib ħajtu fi qbil mal-​livelli tal-​Bibbja. Hu jgħid: “L-​ewwel ħaġa li qtajt kienet it-​tipjip, xi ħaġa li qatt ma stajt nagħmel qabel, għalkemm kont ipprovajt kemm-il darba. Permezz tal-​qawwa mingħand Jehovah, jien stajt naqtaʼ l-​eroina u l-​marijuana, vizzji tad-​drogi li kienu kkontrollawli ħajti għal 15-il sena. Qatt ma ħsibt li kien se jkun possibbli li naqtaʼ dawn il-​vizzji.”

Minflok ma baqgħu jibżgħu minn Alla li jitturmenta lin-​nies għal dejjem fl-​infern​—duttrina li ma tinsab imkien fil-​Bibbja​—Tony u martu saru jħaddnu t-​tama li jgħixu għal dejjem f’ġenna taʼ l-​art. (Salm 37:​10, 11; Proverbji 2:21) “Ħadt ħafna żmien u ħdimt iebes biex inġib ħajti fi qbil mal-​livelli t’Alla,” jammetti Tony,  “imma bl-​għajnuna taʼ Jehovah irnexxieli.”

Iva, dak li qabel kellu l-​vizzju tad-​drogi issa sar Kristjan. Sabiex jagħtu mill-​ħin u r-​riżorsi tagħhom b’mod volontarju, hu u martu qattgħu eluf taʼ sigħat f’xogħol edukattiv mill-​Bibbja. Għandhom ukoll ħafna x’jagħmlu biex irabbu żewġt itfal fil-​biżaʼ t’Alla. Din il-​bidla drastika saret permezz tal-​qawwa irreżistibbli tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Tabilħaqq, kif jgħid l-​appostlu Pawlu, “il-​kelma taʼ Alla hi ħajja u qawwija.”—Lhud 4:12.

Minkejja eżempji pożittivi bħal dawn, xi wħud, mingħajr ebda raġuni valida, isostnu li x-​xogħol edukattiv ibbażat minn fuq il-​Bibbja li jagħmlu x-​Xhieda taʼ Jehovah ikisser ’il-familji u jħassar il-​valuri tajbin taż-​żgħażagħ. L-​eżempju taʼ Tony juri li dan żgur m’huwiex minnu.

Bħal Tony, ħafna tgħallmu li vizzji qattiela jistgħu jintgħelbu. Kif? Billi juru fidi f’Alla u jistrieħu fuqu u fuq il-​Kelma tiegħu, kif ukoll permezz taʼ l-​appoġġ mingħand sħabhom Kristjani li jimpurtahom minnhom u jħobbuhom. Tony b’ferħ jikkonkludi: “Rajt kif il-​prinċipji tal-​Bibbja pproteġew lit-​tfal tiegħi. It-​tagħlim mill-​Bibbja salvali ż-​żwieġ tiegħi. U l-​ġirien jorqdu aħjar għax m’għadnix taʼ periklu għalihom.”

[Kumment f’paġna 9]

‘Permezz tal-​qawwa mingħand Jehovah, jien stajt naqtaʼ l-​vizzju tad-​drogi li kien ikkontrollali ħajti għal 15-il sena’

[Kaxxa f’paġna 9]

Il-​Prinċipji tal-​Bibbja Jagħmlu Xogħolhom ▸

Diversi prinċipji tal-​Bibbja għenu lil ħafna minn dawk li jieħdu d-​drogi biex jaqtgħu dan il-​vizzju qerriedi. Fost dawn il-​prinċipji nsibu dawn li ġejjin:

“Ħa nitnaddfu minn kull tidnis tal-​ġisem u tar-​ruħ, u ntemmu l-​qdusija tagħna fil-​biżaʼ taʼ Alla.” (2 Korintin 7:1) Huwa kontra l-​liġi t’Alla li wieħed jieħu d-​drogi.

“Il-​biżaʼ tal-​Mulej hu l-​bidu taʼ l-​għerf, u li tagħraf lill-​Qaddis hu d-​dehen.”(Proverbji 9:10) Ir-​riverenza lejn Jehovah ibbażata fuq għarfien eżatt dwaru u dwar il-​mogħdijiet tiegħu għenu lil ħafna biex jeħilsu mill-​influwenza tad-​drogi.

“Ittama fil-​Mulej b’qalbek kollha, u tafdax fl-​għaqal tiegħek. Fih aħseb f’kull ma tagħmel, u hu jwittilek triqatek.”(Proverbji 3:​5, 6) Wieħed jistaʼ jaqtaʼ vizzji qerrieda billi minn qalbu jafda f’Alla u jistrieħ kompletament fuqu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja