LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 9/15 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Il-kliem taʼ Ġesù jaħsad lil ħafna
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Nibbenefikaw mill-“Qamħ mis-Sema”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ġesù—“Il-ħobż tal-ħajja”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 9/15 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Xi jfisser li wieħed ikollu “l-​ħajja fih innifsu”?

Il-​Bibbja titkellem dwar Ġesù Kristu bħala li għandu “l-​ħajja fih innifsu” u dwar is-​segwaċi tiegħu bħala li għandhom il-​‘ħajja fihom [‘infushom,’ NW].’ (Ġwanni 5:​26; 6:​53) Madankollu, dawn iż-​żewġ skritturi m’għandhomx l-​istess tifsira.

Ġesù stqarr: “Bħalma l-​Missier għandu l-​ħajja fih innifsu, hekk ukoll ta lill-​Iben li jkollu l-​ħajja fih innifsu.” Qabel ma lissen din l-​istqarrija straordinarja, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom li min jismaʼ kelmti u jemmen f’min bagħatni għandu l-​ħajja taʼ dejjem . . . Tiġi siegħa, anzi issa hi, meta l-​mejtin jisimgħu l-​leħen taʼ l-​Iben taʼ Alla, u dawk li jisimgħuh jgħixu.” Hawnhekk, Ġesù kien qed jirreferi għall-​qawwa straordinarja li ngħatatlu mill-​Missier—l-​abbiltà li jagħti lill-​bnedmin waqfa approvata quddiem Alla. Iktar minn hekk, Ġesù kapaċi jirxoxta lil dawk li huma reqdin fil-​mewt u jagħtihom il-​ħajja. Il-​fatt li Ġesù għandu “l-​ħajja fih innifsu” jfisser li hu ngħata dawn il-​poteri. Għalhekk, bħall-​Missier, anki l-​iben għandu “fih innifsu r-​rigal tal-​ħajja,” u dan hu mod ieħor kif jistaʼ jiġi tradott dan il-​kliem. (Ġwanni 5:​24-26) Xi ngħidu għas-​segwaċi tiegħu?

Madwar sena wara, Ġesù indirizza lis-​semmiegħa tiegħu b’dan il-​kliem: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-​ġisem taʼ Bin il-​bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-​ħajja fikom [“infuskom,” NW]. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-​ħajja taʼ dejjem, u jiena nqajjmu mill-​imwiet fl-​aħħar jum.” (Ġwanni 6:​53, 54) Hawnhekk, Ġesù jagħmel paragun bejn ‘li jkollhom il-​ħajja fihom’ maʼ li jiksbu “l-​ħajja taʼ dejjem.” Espressjonijiet bl-​istess għamla grammatika bħalma hi l-​espressjoni “l-​ħajja fikom [“infuskom,” NW]” jinstabu f’postijiet oħra fl-​Iskrittura Griega. Żewġ eżempji huma, “Fittxu li jkollkom melħ fikom infuskom,” u “jirċievu fihom infushom il-​ħlas li ħaqqhom.” (Mark 9:50; Rumani 1:27) F’dawn l-​eżempji, il-​frażijiet ma jfissrux xi qawwa biex wieħed jitfaʼ l-​melħ fuq xi ħadd jew biex jagħti xi ħlas lil xi ħadd. Minflok, dan jindika li wieħed ikun komplet jew sħiħ ġewwa fih. B’hekk, l-​espressjoni “l-​ħajja fikom [“infuskom”, NW]” użata fi Ġwanni 6:53 sempliċement tfisser li wieħed jikseb il-​milja sħiħa tal-​ħajja.

Meta rrefera għas-​segwaċi tiegħu bħala li għandhom il-​ħajja fihom infushom, Ġesù rrefera għal ġismu u demmu. Iktar tard, meta kien qed jistabbilixxi l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, Ġesù reġaʼ tkellem dwar ġismu u demmu u ta direzzjonijiet lis-​segwaċi tiegħu li kienu se jiddaħħlu fil-​patt il-​ġdid biex jieħdu sehem mill-​emblemi taʼ ħobż bla ħmira u nbid. Ifisser dan li l-​Kristjani midlukin biss, li huma fil-​patt il-​ġdid m’Alla Jehovah, se jidħlu f’din il-​milja tal-​ħajja? Le. Iż-​żewġ okkażjonijiet seħħew waħda sena u l-​oħra s-​sena taʼ wara. Dawk li kienu semgħu l-​kliem taʼ Ġesù li nsibu fi Ġwanni 6:​53, 54 ma kellhom ebda għarfien dwar xi tifkira li ssir kull sena bl-​emblemi li jirrappreżentaw il-​ġisem u d-​demm taʼ Kristu.

Skond Ġwanni kapitlu 6, Ġesù l-​ewwel iqabbel ġismu mal-​manna, billi jgħid: “Missirijietkom kielu l-​manna fid-​deżert, u mietu; dan hu l-​ħobż li nieżel mis-​sema, biex min jiekol minnu ma jmutx. Jien hu l-​ħobż il-​ħaj, li niżel mis-​sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-​ħobż jgħix għal dejjem.” Il-​ġisem taʼ Ġesù, flimkien maʼ demmu, kien aqwa mill-​manna letterali. F’liema sens? Fis-​sens li ġismu ngħata għall-​“ħajja tad-​dinja,” u b’hekk għamel il-​ħajja taʼ dejjem possibbli.a Għalhekk, l-​istqarrija “l-​ħajja fikom [“infuskom,” NW]” li nsibu fi Ġwanni 6:53 tapplika għal dawk kollha li se jirċievu l-​ħajja taʼ dejjem​—sew fis-​sema u sew fuq l-​art.​—Ġwanni 6:​48-​51.

Is-​segwaċi taʼ Kristu meta se jirċievu l-​ħajja fihom infushom, jew jidħlu fil-​milja tal-​ħajja? Għall-​werrieta midlukin tas-​Saltna, dan iseħħ fl-​irxoxt tagħhom għall-​ħajja fis-​sema bħala ħlejjaq spirti u immortali. (1 Korintin 15:​52, 53; 1 Ġwanni 3:2) In-​“nagħaġ oħra” taʼ Ġesù jidħlu fil-​milja tal-​ħajja wara t-​tmiem tar-​Renju t’Elf Sena tiegħu. Sa dakinhar, huma se jkunu ġew testjati, instabu leali, u dikjarati ġusti għall-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art magħmula Ġenna.—Ġwanni 10:16; Apokalissi 20:​5, 7-10.

[Nota taʼ taħt]

a Fid-deżert, kemm l-​Iżraelin u kemm il-​“kotra kbira taʼ nies” li telgħu magħhom kellhom bżonn il-​manna biex jibqgħu ħajjin. (Eżodu 12:​37, 38; 16:​13-​18) Bl-​istess mod, sabiex jgħixu għal dejjem, il-​Kristjani kollha, sew jekk huma mill-​midlukin u sew jekk m’humiex, iridu jieħdu vantaġġ mill-​manna divina billi jeżerċitaw fidi fil-​qawwa li tifdi tal-​ġisem u d-​demm taʼ Ġesù mogħtijin bħala sagrifiċċju.—Ara The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Frar, 1988, paġni 30-1.

[Stampi f’paġna 31]

Il-​Kristjani veri kollha jistaʼ jkollhom il-​‘ħajja fihom infushom’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja