LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 3/1 pp. 3-4
  • Jistgħu l-Knejjes Jiġu Salvati?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistgħu l-Knejjes Jiġu Salvati?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Min Qed Isalva lil Min?
  • Riesaq il-​Maltemp
  • Il-Ħsad tal-Kristianeżmu fl-Afrika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • In-Nies Għala Qed Jitilqu r-Reliġjonijiet Tradizzjonali?
    Stenbaħ!—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 3/1 pp. 3-4

Jistgħu l-​Knejjes Jiġu Salvati?

“IN-​NIES fil-​Britannja għadhom jemmnu f’Alla imma ma jridux jikkommettu ruħhom maʼ Kristu,” jgħid Stephen Tirwomwe, membru tal-​kleru Ugandiż. Madwar 20 sena qabel, hu kien irnexxielu jibqaʼ ħaj wara l-​massakri vjolenti li saru fuq ir-​reliġjon tiegħu fl-​Uganda. Illum il-​ġurnata, hu jippriedka fil-​każini taʼ l-​irġiel f’Leeds, l-​Ingilterra, fejn jagħmel priedka t’għaxar minuti qabel ma n-​nies jibdew jilagħbu t-​tombla.

Fuq in-​naħa l-​oħra taʼ l-​Atlantiku, il-​Missjoni Anglikana fl-​Amerika li għadha kif ġiet organizzata qed tissielet maʼ kriżi spiritwali simili. “Fl-​Istati Uniti issa hemm l-​akbar numru taʼ nies fid-​dinja li jitkellmu bl-​Ingliż u li ma jagħmlu parti mill-​ebda knisja u huma indifferenti spiritwalment,” tgħid il-​Web site uffiċjali taʼ din il-​missjoni. “Aħna qed insiru t-​territorju tal-​missjunarji.” Diżappuntata bin-​nuqqas taʼ suċċess li kellha biex tagħmel bidliet fil-​knisja tagħha, il-​missjoni l-​ġdida ma baqgħetx timxi skond it-​tradizzjoni u minflok ngħaqdet maʼ mexxejja Asjatiċi u Afrikani biex tibda “attivitajiet missjunarji fl-​Istati Uniti.”

Madankollu, il-​missjunarji Afrikani, Asjatiċi, u Amerikani Latini għala qed ‘isalvaw l-​erwieħ’ fl-​hekk imsejħa pajjiżi Kristjani taʼ l-​Ewropa u l-​Amerika taʼ Fuq?

Min Qed Isalva lil Min?

Għal iktar minn erbaʼ mitt sena, għadd ġmielu taʼ missjunarji Ewropej devoti kienu kontinwament imorru fir-​reġjuni li dejjem jikbru taʼ kolonji Ewropej, bħal dawk fl-​Afrika, l-​Asja, il-​Paċifiku, u l-​Amerika t’Isfel. L-​għan tagħhom kien li jwasslu r-​reliġjon tagħhom għand l-​hekk imsejħa pagani taʼ dawn il-​pajjiżi. Maż-​żmien, il-​kolonji Amerikani, li suppost huma msejsa fuq prinċipji Kristjani, għamlu bħal sħabhom il-​missjunarji Ewropej. Huma stabbilew il-​missjonijiet evanġeliċi tagħhom stess madwar id-​dinja kollha u saħansitra għaddew lill-​Ewropej. Issa l-​folja nqalbet.

“Iċ-​ċentru [taʼ l-​hekk imsejħa Kristjanità] inbidel,” jgħid Andrew Walls, fundatur u direttur taċ-​Ċentru għall-​Istudju fuq il-​Kristjanità fid-​Dinja li mhix tal-​Punent. Fl-​1900, 80 fil-​mija minn dawk li kienu jsostnu li huma Kristjani kienu nies mill-​Ewropa jew inkella mill-​Amerika taʼ Fuq. Madankollu, illum 60 fil-​mija minn dawk kollha li jgħidu li huma Kristjani jgħixu fl-​Afrika, fl-​Asja, u fl-​Amerika Latina. Rapport reċenti f’gazzetta jgħid: “Il-​knejjes Kattoliċi fl-​Ewropa jiddependu minn qassisin mill-​Filippini u l-​Indja,” u “qassis minn kull sitta li jaqdu f’parroċċi Kattoliċi fl-​Amerika qed jiġi importat minn barra.” Evanġeliċi Afrikani fl-​Olanda, li ħafna minnhom huma mill-​Gana, iqisu lilhom infushom bħala “knisja missjunarja f’kontinent mhux reliġjuż.” U evanġelisti mill-​Brażil issa qed jorganizzaw kruċjati f’partijiet differenti tal-​Britannja. Wieħed kittieb josserva: “It-​traffiku missjunarju Kristjan miexi bil-​kontra.”

Riesaq il-​Maltemp

Il-​missjunarji wisq probabbli huma meħtieġa fil-​kontinenti taʼ l-​Ewropa u taʼ l-​Amerika taʼ Fuq, li iktar ma jgħaddi żmien iktar qed isiru ma jimpurtahomx mir-​reliġjon. “Fl-​Iskozja inqas minn 10 fil-​mija mill-​Kristjani jmorru l-​knisja regolarment,” tinnota rivista waħda. Fi Franza u l-​Ġermanja jmorru saħansitra inqas nies minn hekk. Skond stħarriġ li sar, “madwar 40 fil-​mija mill-​Amerikani u 20 fil-​mija mill-​Kanadiżi qalu li jmorru l-​knisja regolarment,” jgħid rapport ieħor fil-​ġurnali. B’kuntrast, l-​attendenza fil-​Filippini jintqal li kważi laħqet is-​70 fil-​mija, u l-​istess ħaġa tistaʼ tingħad għal pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw.

Xi ħaġa iktar sinifikanti hija l-​fatt li l-​uħud li jattendu l-​knisja fl-​Emisferu t’Isfel għandhom it-​tendenza li jkunu ħafna iktar tradizzjonali minn dawk li jgħixu fl-​Emisferu taʼ Fuq. Per eżempju, meta jiġu intervistati l-​Kattoliċi fl-​Istati Uniti u fl-​Ewropa, huma b’mod konsistenti jesprimu nuqqas taʼ fiduċja li dejjem jiżdied fl-​awtorità tal-​kleru u jinsistu li l-​lajċi jkollhom sehem akbar u li n-​nisa jkollhom l-​ugwaljanza. Mill-​banda l-​oħra, il-​Kattoliċi fl-​Emisferu t’Isfel iħaddnu bil-​kbir il-​ħarsa tradizzjonali tal-​knisja fuq dawn il-​kwistjonijiet. Hekk kif din it-​tendenza taʼ l-​appoġġ tan-​nies lejn il-​knisja tkompli tgħaddi min-​naħa taʼ fuq għan-​naħa t’isfel, diġà qed tifforma l-​bażi għal konflitti fil-​futur. Philip Jenkins, studjuż taʼ l-​istorja u r-​reliġjon, bassar li hemm ċans kbir li sa għaxra jew għoxrin sena oħra l-​Kristjani f’kull naħa m’humiex se jirrikonoxxu lil xulxin bħala li jagħmlu parti mill-​Kristjanità sħiħa jew awtentika.

Minħabba dawn it-​tendenzi, Walls jgħid li l-​mistoqsija urġenti li tqum hija “kif il-​Kristjani Afrikani, Asjatiċi, Ewropej, taʼ l-​Amerika Latina, u taʼ l-​Amerika taʼ Fuq jistgħu jgħixu flimkien fl-​istess knisja, u b’mod awtentiku jesprimu l-​istess fidi.” Int x’taħseb? Jistgħu l-​knejjes jibqgħu jeżistu f’dinja mifruda? X’inhi l-​bażi għall-​għaqda Kristjana vera? L-​artiklu li jmiss se jagħti t-​tweġibiet Skritturali, flimkien m’evidenza ċara li komunità Kristjana magħquda diġà qed tiffjorixxi mad-​dinja kollha.

[Stampa f’paġna 4]

Dan il-​post li qabel kien knisja sar restorant fejn tindaqq il-​mużika

[Sors]

AP Ritratt/Nancy Palmieri

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja