LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 3/15 pp. 4-7
  • L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej—Kif Tiġi Kommemorata?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej—Kif Tiġi Kommemorata?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Nikkommemoraw il-​Mewt taʼ Ġesù?
  • Xi Jfissru l-​Ħobż u l-​Inbid
  • Min Għandu Jieħu Minnhom?
  • Kemm-il Darba Għandna Nikkommemorawha?
  • Liema Tifsira Għandha Għalik?
  • Għala l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej Għandha Tifsira Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Għala Nosservaw l-Ikla tal-Mulej?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej​—Ċelebrazzjoni li Tonora lil Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Għala nosservaw l-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 3/15 pp. 4-7

L-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej—Kif Tiġi Kommemorata?

FILWAQT li beda jiddeskrivi bid-​dettall u jispjega kif tiġi kommemorata l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, l-​appostlu Kristjan Pawlu kiteb: “Jien irċevejt mingħand il-​Mulej it-​tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-​Mulej Ġesù, fil-​lejl li fih kien ittradut, ħa l-​ħobż u wara li radd il-​ħajr qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’ Hekk ukoll għamel bil-​kalċi wara li kiel u qal: ‘Dan il-​kalċi hu l-​patt il-​ġdid b’demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi.’ Mela kull meta tieklu dan il-​ħobż u tixorbu dan il-​kalċi, intom ixxandru l-​mewt tal-​Mulej sa ma jiġi.”—1 Korintin 11:23-26.

Bħalma qal Pawlu, Ġesù stabbilixxa l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej “fil-​lejl li fih [Ġesù] kien ittradut” minn Ġuda l-​Iskarjota meta dan tah f’idejn il-​mexxejja reliġjużi Lhud li ġagħlu lir-​Rumani jsammru lil Kristu maʼ zokk tat-​tortura. Dik l-​ikla seħħet tard il-​Ħamis fil-​għaxija, fil-​31 taʼ Marzu tas-​sena 33 E.K. Ġesù miet fuq zokk tat-​tortura l-​Ġimgħa wara nofsinhar, l-​1 t’April. Minħabba li l-​ġranet fil-​kalendarju Lhudi kienu jibdew minn fil-​għaxija taʼ ġurnata sa fil-​għaxija taʼ l-​għada, kemm l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej u kemm il-​mewt taʼ Ġesù Kristu seħħew fl-​istess ġurnata—l-​14 taʼ Nisan tas-​sena 33 E.K.

Dawk li jieħdu mill-​ħobż u mill-​inbid kellhom jibqgħu ‘jagħmlu dan b’tifkira’ taʼ Ġesù. Skond traduzzjoni oħra, Ġesù qal: “Agħmlu dan bħala tfakkira tiegħi.” (1 Korintin 11:24, The Jerusalem Bible) L-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej tissejjaħ ukoll it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù.

Għala Nikkommemoraw il-​Mewt taʼ Ġesù?

It-​tweġiba nistgħu niħduha billi nifhmu t-​tifsira tal-​mewt taʼ Ġesù. Hu miet bħala l-​iktar wieħed li appoġġa s-​sovranità taʼ Jehovah. B’hekk, hu ta prova li Satana huwa giddieb talli jakkuża lill-​bnedmin li huma jaqdu ’l Alla sempliċement minħabba motivi egoistiċi. (Ġob 2:1-5; Proverbji 27:11) Permezz tal-​mewt tiegħu bħala bniedem perfett, Ġesù wkoll ‘ta ħajtu b’fidwa għall-​kotra.’ (Mattew 20:28) Meta Adam dineb kontra Alla, hu tilef il-​ħajja umana perfetta u l-​prospetti li ġġib magħha. Imma “Alla hekk ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) Tabilħaqq, “il-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt, imma d-​don li tana Alla huwa l-​ħajja taʼ dejjem fi Kristu Ġesù Sidna.”—Rumani 6:23.

Għalhekk, il-​mewt taʼ Ġesù Kristu tinvolvi l-​akbar żewġ turijiet taʼ mħabba—l-​imħabba kbira li Jehovah wera għall-​umanità billi ta lil Ibnu u l-​imħabba mhix egoista li Ġesù wera għall-​umanità billi ċeda l-​ħajja umana tiegħu minn jeddu. It-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù tfaħħar bil-​kbir dawn iż-​żewġ turijiet taʼ mħabba. Ladarba rċivejna mħabba bħal din, m’għandniex aħna nuru l-​gratitudni tagħna għaliha? Mod wieħed kif nistgħu nuru dan hu billi nkunu preżenti għall-​kommemorazzjoni taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej.

Xi Jfissru l-​Ħobż u l-​Inbid

Meta stabbilixxa l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, Ġesù uża ħobża u tazza nbid aħmar bħala emblemi, jew simboli. Ġesù ħa l-​ħobż, “wara li radd il-​ħajr qasmu u qal: ‘Dan [“jirrappreżenta,” NW] ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’” (1 Korintin 11:24) Il-​ħobż kellu jiġi maqsum sabiex jitqassam u jittiekel għax kien ħobż li jitfarrak malajr magħmul minn dqiq u ilma mingħajr ħmira. Fl-​Iskrittura, il-​ħmira tissimbolizza d-​dnub. (Mattew 16:11, 12; 1 Korintin 5:6, 7) Ġesù ma kellux dnub. Għalhekk, il-​ġisem uman perfett tiegħu serva bħala sagrifiċċju taʼ fidwa xieraq għall-​umanità. (1 Ġwanni 2:1, 2) Kemm hu addattat mela li l-​ħobż li jintuża biex jirrappreżenta l-​ġisem uman u bla dnub taʼ Kristu jkun bla ħmira!

Ġesù wkoll radd il-​ħajr għat-​tazza nbid aħmar pur u qal: “Dan il-​kalċi hu l-​patt il-​ġdid b’demmi.” (1 Korintin 11:25) L-​inbid aħmar fit-​tazza jirrappreżenta d-​demm taʼ Ġesù. Bħalma d-​demm tal-​gniedes u l-​mogħoż sagrifikati għamel validu l-​patt tal-​Liġi bejn Alla u l-​ġens taʼ Iżrael fl-​1513 Q.E.K., hekk ukoll id-​demm li Ġesù xerred fil-​mewt tiegħu għamel validu lpatt il-​ġdid.

Min Għandu Jieħu Minnhom?

Biex nidentifikaw min għandu bix-​xieraq jieħu mill-​emblemi tat-​Tifkira, irridu nifhmu x’inhu l-​patt il-​ġdid u min hu mdaħħal fih. Il-​Bibbja tgħid: “Araw, għad jiġi żmien, oraklu tal-​Mulej, meta jien nagħmel patt ġdid maʼ dar Iżrael u dar Ġuda . . . Nqiegħed il-​liġi tiegħi [“ġo fihom,” Saydon] u niktibha f’qalbhom; u jiena nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-​poplu tiegħi . . . Għax jien naħfrilhom ħżunithom, u ħtijiethom aktar ma niftakarhomx.”—Ġeremija 31:31-34.

Il-patt il-​ġdid jagħmel possibbli tip speċjali taʼ relazzjoni m’Alla Jehovah. Permezz taʼ dan il-​patt, ċertu grupp taʼ individwi jsir il-​poplu tiegħu u hu jsir Alla tagħhom. Il-​Liġi taʼ Jehovah hi miktuba ġo fihom, ġo qalbhom, u saħansitra dawk li huma barra minn dan il-​grupp taʼ Lhud ċirkonċiżi fiżikament jistgħu jidħlu f’relazzjoni taʼ patt m’Alla. (Rumani 2:29) Il-​kittieb Bibliku Luqa jikteb dwar l-​iskop t’Alla meta “ħaseb biex jieħu mill-​Ġnus poplu għal ismu.” (Atti 15:14, Saydon) Skond l-​1 Pietru 2:10, huma ‘darba ma kinux poplu, [imma] issa saru l-​poplu taʼ Alla.’ L-​Iskrittura tirreferi għalihom bħala “Iżrael taʼ Alla,” jiġifieri, Iżrael spiritwali. (Galatin 6:16; 2 Korintin 1:21) Il-​patt il-​ġdid, mela, huwa patt bejn Alla Jehovah u Iżrael spiritwali.

Fl-aħħar lejl mad-​dixxipli tiegħu, Ġesù nnifsu wkoll għamel patt differenti magħhom. “Nagħmel patt magħkom għal saltna,” hu qalilhom, “bħalma Missieri għamel miegħi.” (Luqa 22:29, NW) Dan hu l-​patt tas-​Saltna. In-​numru taʼ bnedmin imperfetti li ġew imdaħħlin fil-​patt tas-​Saltna huwa 144,000. Wara li jiġu rxoxtati fis-​sema, huma se jsaltnu maʼ Kristu bħala slaten u qassisin. (Apokalissi 5:9, 10; 14:1-4) Għalhekk, dawk fil-​patt il-​ġdid m’Alla Jehovah huma wkoll fil-​patt tas-​Saltna maʼ Ġesù Kristu. Huma l-​uniċi wħud li jistgħu bix-​xieraq jieħdu mill-​emblemi taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej.

Dawk li huma intitolati li jieħdu mill-​emblemi tat-​Tifkira kif ikunu jafu li jinsabu f’relazzjoni unika m’Alla u li huma werrieta bi sħab maʼ Kristu? Pawlu jispjega: “L-​Ispirtu [qaddis] jixhed flimkien maʼ l-​ispirtu tagħna [id-dispożizzjoni mentali tagħna] li aħna wlied Alla. Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta taʼ Alla, werrieta maʼ Kristu: ladarba aħna nbatu miegħu, biex miegħu nkunu gglorifikati.”—Rumani 8:16, 17.

Permezz taʼ l-​ispirtu qaddis, jew il-​forza attiva, tiegħu, Alla jidlek il-​werrieta bi sħab maʼ Kristu. Dan iġagħalhom iħossuhom ċerti li huma werrieta tas-​Saltna u joħloq f’dawn il-​Kristjani midlukin tama għas-​sema. Huma jqisu dak kollu li hemm fil-​Bibbja dwar ħajja fis-​sema bħala li japplika personalment għalihom. Iktar minn hekk, huma lesti li jissagrifikaw ir-​rabtiet kollha li għandhom fuq l-​art, inkluż ħajja fuq l-​art u r-​relazzjonijiet kollha mal-​bnedmin. Għalkemm il-​Kristjani midlukin bl-​ispirtu jirrikonoxxu li l-​ħajja fil-​Ġenna taʼ l-​art se tkun verament sabiħa, din m’hijiex it-​tama tagħhom. (Luqa 23:43) Huma għandhom tama għas-​sema li ma titbiddilx, u għalhekk bix-​xieraq jieħdu mill-​emblemi tat-​Tifkira. Dan jagħmluh mhux minħabba li għandhom xi ideat reliġjużi żbaljati imma minħabba l-​ħidma taʼ l-​ispirtu t’Alla.

Ejja ngħidu li xi individwu m’huwiex ċert għalkollox jekk hux fil-​patt il-​ġdid u l-​patt tas-​Saltna. Xi ngħidu jekk m’għandux ix-​xiehda mill-​ispirtu t’Alla li hu werriet maʼ Kristu? F’dan il-​każ, ma jkunx xieraq li jieħu mill-​emblemi tat-​Tifkira. Tabilħaqq, Alla ma jiħux pjaċir jekk xi ħadd jippreżenta ruħu intenzjonalment bħala wieħed minn dawk li ġew imsejħin biex ikunu slaten u qassisin fis-​sema meta fil-​fatt ma jkollux din is-​sejħa.—Rumani 9:16; Apokalissi 22:5.

Kemm-il Darba Għandna Nikkommemorawha?

Għandha l-​mewt taʼ Ġesù tiġi kommemorata kull ġimgħa jew saħansitra kuljum? Aħseb ftit, Kristu stabbilixxa l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej u ngħata l-​mewt inġustament fil-​Ġurnata tal-​Qbiż. Il-​Qbiż kien jinżamm darba f’sena, fl-​14 taʼ Nisan u kien jikkommemora l-​ħelsien taʼ Iżrael mill-​jasar Eġizzjan. (Eżodu 12:6, 14; Levitiku 23:5) Għalhekk, il-​mewt taʼ Kristu li hu “l-​Ħaruf taʼ l-​Għid tagħna” għandha tiġi mfakkra darba f’sena biss, u mhux kull ġimgħa jew kuljum. (1 Korintin 5:7) Għalhekk, meta jikkommemoraw l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, il-​Kristjani jsegwu l-​istess proċedura li segwa Ġesù meta stabbiliha.

Allura, Pawlu x’ried ifisser meta qal: “Mela kull meta tieklu dan il-​ħobż u tixorbu dan il-​kalċi, intom ixxandru l-​mewt tal-​Mulej sa ma jiġi”? (1 Korintin 11:26) F’dan it-​test Pawlu uża l-​kelma li kienet tfisser “kull darba li.” B’hekk, hu kien qed jgħid li kull darba li l-​Kristjani midlukin jieħdu mill-​emblemi, huma jkunu qed jistqarru l-​fidi tagħhom fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa.

Il-​Kristjani midlukin kellhom jikkommemoraw il-​mewt taʼ Ġesù “sa ma jiġi.” Din il-​kommemorazzjoni kellha tibqaʼ ssir sakemm jiġi Ġesù biex jieħu lis-​segwaċi midlukin tiegħu fis-​sema permezz taʼ rxoxt għal ħajja bħala spirti matul “il-​miġja” tiegħu. (1 Tessalonikin 4:14-17) Dan hu fi qbil mal-​kliem li Kristu qal lill-​11-il appostlu leali tiegħu: “U meta mmur u nħejjilkom post, nerġaʼ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.”—Ġwanni 14:3.

Liema Tifsira Għandha Għalik?

Hemm għalfejn tieħu mill-​emblemi tat-​Tifkira sabiex tkun tistaʼ tibbenefika mis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù u tirċievi l-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art? Le. Imkien fil-​Bibbja ma nsibu li wara li jiġu rxoxtati fuq l-​art, uħud li kienu jibżgħu minn Alla bħal Noè, Abraham, Sara, Iżakk, Rebekka, Ġużeppi, Mosè, u David qatt xi darba se jieħdu minn dawn l-​emblemi. Madankollu, kemm huma kif ukoll dawk kollha li jixtiequ jgħixu għal dejjem fuq l-​art se jkollhom jeżerċitaw fidi f’Alla u fi Kristu u fil-​provvediment taʼ Jehovah, jiġifieri dak tas-​sagrifiċċju li Ġesù offra bħala fidwa. (Ġwanni 3:36; 14:1) Sabiex tirċievi l-​ħajja taʼ dejjem, int ukoll trid teżerċita fidi bħal din. Il-​preżenza tiegħek għall-​kommemorazzjoni tal-​mewt taʼ Kristu li ssir kull sena se tfakkrek f’dan is-​sagrifiċċju kbir u għandha tgħinek iżżid l-​apprezzament tiegħek lejh.

L-appostlu Ġwanni enfasizza l-​importanza tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù meta qal: “Dan qiegħed niktibhulkom [sħabi l-​midlukin] biex ma tidinbux; imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna Difensur quddiem il-​Missier, lil Ġesù Kristu, il-​ġust. U hu jħallas għal dnubietna, mhux għal tagħna biss, iżda wkoll għal dawk tad-​dinja kollha.” (1 Ġwanni 2:1, 2) Dawk li huma midlukin jistgħu jgħidu li s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù jħallas biex jgħatti dnubiethom. Imma dan is-​sagrifiċċju hu anki għad-​dnubiet tad-​dinja kollha, u jagħmel il-​ħajja taʼ dejjem possibbli għall-​umanità ubbidjenti!

Se tkun preżenti int għall-​kommemorazzjoni tal-​mewt taʼ Ġesù fl-​4 t’April, 2004? Din il-​kommemorazzjoni se ssir mad-​dinja kollha mix-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​post fejn jiltaqgħu għal-​laqgħat tagħhom. Jekk tattendi, int se tibbenefika mit-​taħdita verament importanti bbażata fuq il-​Bibbja. Se tiġi mfakkar kemm Alla Jehovah u Ġesù Kristu għamlu għalina. Barra minn hekk, il-​fatt li tattendi maʼ dawk li għandhom rispett profond għal Alla, għal Kristu, u għas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù se jgħinek tibbenefika spiritwalment. Din l-​okkażjoni għandha mnejn issaħħaħ ix-​xewqa tiegħek li tirċievi l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li se twassal għal ħajja taʼ dejjem. Tħalli xejn itellifhielek. Kun preżenti għal din il-​kommemorazzjoni sabiħa li tonora u togħġob lil Missierna tas-​sema, Alla Jehovah.

[Stampa f’paġna 5]

Il-​mewt taʼ Ġesù tinvolvi l-​akbar żewġ turijiet taʼ mħabba

[Stampa f’paġna 6]

Il-​ħobż bla ħmira u l-​inbid aħmar huma simboli xierqa tal-​ġisem bla dnub taʼ Ġesù u tad-​demm li xerred

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja