LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 7/15 pp. 3-4
  • Il-Mirakli taʼ Ġesù—Veru Ġraw?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Mirakli taʼ Ġesù—Veru Ġraw?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​Tifsira tal-​Kelma “Impossibbli”
  • Il-Mirakli—Veru Jseħħu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-Mirakli−Veru Ġraw?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Il-Mirakli taʼ Ġesù—X’Tistaʼ Titgħallem?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kristu—Il-qawwa t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 7/15 pp. 3-4

Il-​Mirakli taʼ Ġesù—Veru Ġraw?

LIL Ġesù Kristu “ġibulu quddiemu bosta li kienu maħkuma mix-​xitan, u bil-​kelma tiegħu keċċa l-​ispirti, u fejjaq il-​morda kollha.” (Mattew 8:16) “[Ġesù] qam, ordna lir-​riħ u qal lill-​baħar: ‘Iskot! Biżżejjed!’ U r-​riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.” (Mark 4:39) X’inhi l-​opinjoni tiegħek dwar dawn l-​istqarrijiet? Temmen li dawn jiddeskrivu ġrajjiet storiċi attwali, jew tħoss li huma stejjer simboliċi, sempliċement ħrejjef?

Ħafna wħud illum jesprimu dubji serji dwar l-​awtentiċità storika tal-​mirakli taʼ Ġesù. F’din l-​era tat-​teleskopju u l-​mikroskopju, l-​esplorazzjoni taʼ l-​ispazju u l-​inġinerija ġenetika, in-​nies donnhom m’humiex lesti li jaċċettaw rapporti t’għemejjel mirakolużi u għeġubijiet divini.

Xi wħud iħossu li r-​rakkonti tal-​mirakli huma immaġinarji jew simboliċi. Skond l-​awtur taʼ ktieb li jsostni li jeżamina min kien verament Ġesù, l-​istejjer dwar il-​mirakli taʼ Kristu m’huma xejn ħlief “reklami” biex tixtered il-​Kristjanità.

Oħrajn iqisu l-​mirakli taʼ Ġesù bħala frodi mill-​bidu sa l-​aħħar. Xi drabi jintqal li Ġesù nnifsu kien ħati taʼ qerq. Skond Ġustinu Martri tat-​tieni seklu E.K., il-​kritiċi taʼ Ġesù “saħansitra sejħulu saħħâr u wieħed li jqarraq bin-​nies.” Xi wħud jallegaw li Ġesù “m’għamilx il-​mirakli tiegħu bħala profeta Lhudi, imma bħala saħħâr, wieħed imħarreġ fit-​tempji pagani.”

It-​Tifsira tal-​Kelma “Impossibbli”

Int għandek mnejn tħoss li minħabba dubji bħal dawn, in-​nies għandhom raġuni fundamentali għala ma tantx huma lesti li jemmnu fil-​mirakli. Huma sempliċement isibuha diffiċli, saħansitra impossibbli, biex jaċċettaw il-​ħsieb li xi forzi sopranaturali jistgħu jipproduċu mirakli bħal dawn. “Il-​mirakli sempliċement ma jsirux—u nieqfu hemm,” qal żagħżugħ li jsostni li hu anjostiku. Imbagħad, hu kkwota l-​kliem taʼ David Hume, filosfu Skoċċiż tas-​seklu 18, li kiteb: “Miraklu huwa ksur tal-​liġijiet tan-​natura.”

Madankollu, ħafna wħud joqogħdu attenti ferm qabel ma jiddikjaraw li xi fenomenu huwa impossibbli. The World Book Encyclopedia tgħid li miraklu huwa “ġrajja li ma tistax tiġi spjegata permezz tal-​liġijiet magħrufin tan-​natura.” Skond din id-​definizzjoni, l-​ivvjaġġar fl-​ispazju, il-​komunikazzjoni mingħajr l-​użu tal-​wajers, u n-​navigazzjoni bis-​satellita, sa mitt sena ilu biss kienu jitqiesu bħala “mirakli” minn ħafna nies. Żgur li ma jkunx għaqli li ngħidu li l-​mirakli huma impossibbli sempliċement għax m’aħniex kapaċi nispjegawhom skond l-​għarfien li għandna fil-​preżent.

Jekk neżaminaw xi ftit mill-​evidenza Skritturali relatata mal-​mirakli li jintqal li għamel Ġesù Kristu, x’se nsibu? Veru ġraw il-​mirakli taʼ Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja