LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 7/15 pp. 26-27
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Ġeħova jipprovdilek ħelsien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Is-Sena tal-Ġublew u Ħelsien fil-Futur
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • It-Tama taʼ Ġublew għall-Bnedmin
    Għannu Tifħir lil Jehovah
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 7/15 pp. 26-27

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Is-​sena tal-​Ġublew li tissemma f’Levitiku kapitlu 25 x’tiffigura bil-​quddiem?

Il-​Liġi Mosajka kienet tesiġi li “fis-​sebaʼ sena l-​art ikollha l-​mistrieħ tas-​Sibt.” Dwar dik is-​sena, l-​Iżraelin ġew kmandati: “La tiżrax ir-​rabaʼ tiegħek, la tiżborx id-​dwieli tiegħek. Dak li jinbet minn fdal il-​ħsad tiegħek la tiġbrux, u l-​għeneb tad-​dwieli li ma tkunx żbart, la taqtgħux. Għax hi s-​sena tal-​mistrieħ tas-​Sibt taʼ l-​art.” (Levitiku 25:4, 5) Għalhekk, kull sebaʼ sena kellha tkun sena taʼ Sibt għall-​art. U kull 50 sena, li kienet tiġi wara s-​sebaʼ sena tas-​Sibt, kellha tkun Ġublew. X’kellu jsir f’dik is-​sena?

Jehovah qal lil Iżrael permezz taʼ Mosè: “Tqaddsu intom il-​ħamsin sena u tniedu l-​ħelsien fl-​art lil kull min jgħammar fiha. Tkun is-​sena tal-​ġublew għalikom: kull wieħed jerġaʼ għal li kellu u għal maʼ niesu. Tkun għalikom il-​ħamsin sena, is-​sena tal-​ġublew; la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-​art, u anqas tiġbru l-​għeneb mid-​dwieli bla żbir.” (Levitiku 25: 10, 11) Ġublew kien ifisser sentejn tas-​Sibt wara xulxin għall-​art. Imma dan kien iġib il-​ħelsien lill-​abitanti tagħha. Kwalunkwe Lhudi mibjugħ fil-​jasar kellu jinħeles. Jekk individwu jkun ġie sforzat ibigħ xi proprjetà li wiret, din kienet terġaʼ ssir tal-​familja tiegħu. Is-​sena tal-​Ġublew kellha tkun sena taʼ restawrazzjoni u ħelsien għal Iżrael tal-​qedem. Din x’tiffigura bil-​quddiem għall-​Kristjani?

Ir-​ribelljoni taʼ l-​ewwel bniedem, Adam, waqqgħet lill-​umanità fil-​jasar tad-​dnub. Il-​provvediment t’Alla biex jeħles lill-​bnedmin mill-​qabda tad-​dnub hu s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu bħala prezz tal-​fidwa.a (Mattew 20:28; Ġwanni 3:16; 1 Ġwanni 2:1, 2) Il-​Kristjani meta jinħelsu mil-​liġi tad-​dnub? Waqt li kien qed ikellem lill-​Kristjani midlukin, l-​appostlu Pawlu qal: “Il-​liġi taʼ l-​Ispirtu li jagħti l-​ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-​liġi tad-​dnub u tal-​mewt.” (Rumani 8:2) Dawk bit-​tama taʼ ħajja fis-​sema jingħataw dan il-​ħelsien meta jiġu midlukin bl-​ispirtu qaddis. Għalkemm ġisimhom hu tal-​laħam u imperfett, Alla jiddikjarahom ġusti u jadottahom bħala wliedu spiritwali. (Rumani 3:24; 8:16, 17) Għall-​midlukin bħala grupp, il-​Ġublew beda f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K.

Xi ngħidu għan-​“nagħaġ oħra,” li għandhom il-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-​art? (Ġwanni 10:16) Għan-​nagħaġ oħra, ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu se jkun żmien taʼ restawrazzjoni u ħelsien. Matul dan il-​Ġublew Millennjali, Ġesù se japplika l-​benefiċċji tas-​sagrifiċċju bħala prezz tal-​fidwa għall-​umanità li temmen, u se jreġġaʼ lura l-​effetti tad-​dnub. (Apokalissi 21:3, 4) Sat-​tmiem tar-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu, il-​bnedmin se jsiru perfetti u se jeħilsu għalkollox mid-​dnub u l-​mewt li wirtu. (Rumani 8:21) Ladarba dan jitwettaq, il-​Ġublew Kristjan jintemm.

[Nota taʼ taħt]

a Fil-fatt, Ġesù ntbagħat biex ‘iħabbar il-​ħelsien lill-​imjassrin.’ (Isaija 61:1-7; Luqa 4:16-21) Hu ħabbar ħelsien spiritwali.

[Stampa f’paġna 26]

Il-​Ġublew Millennjali—żmien taʼ restawrazzjoni u ħelsien għan-​“nagħaġ oħra”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja