LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 10/1 pp. 30-31
  • Qasmet it-Twemmin Tagħha maʼ Sħabha tal-Klassi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qasmet it-Twemmin Tagħha maʼ Sħabha tal-Klassi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Tħallix il-Mard Jisraqlek il-Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Żgħażagħ—Jehovah Mhux Se Jinsa Dak Li Intom Għamiltu!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Żammew Kelmithom!
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 10/1 pp. 30-31

Qasmet it-​Twemmin Tagħha maʼ Sħabha tal-​Klassi

TIXTIEQ tgħin lil sħabek tal-​klassi jifhmu aħjar it-​twemmin tiegħek ibbażat fuq il-​Bibbja? Magdalena, studenta taʼ 18-il sena fil-​Polonja, spiss tkellem lil sħabha tal-​klassi dwar it-​twemmin tagħha bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Minħabba f’hekk, spiss jistaqsuha mistoqsijiet bħal, ‘X’jinvolvi li tkun waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah?’ u ‘Temmnu f’Ġesù Kristu?’ Kif setgħet tgħin lil sħabha tal-​klassi? Magdalena talbet lil Jehovah għall-​gwida u għamlet sforz biex twettaq dak li talbet.—Ġakbu 1:5.

Jum wieħed, Magdalena talbet il-​permess lil għalliema li tirrispetta t-​twemmin tagħha biex turi lill-​klassi l-​vidjo Jehovah’s Witnesses—The Organization Behind the Name (Ix-Xhieda taʼ Jehovah—L-​Organizzazzjoni wara l-​Isem).a L-​għalliema aċċettat. Imbagħad, Magdalena qalet lil sħabha tal-​klassi: “Qed nagħmel arranġamenti biex ħabib tiegħi jippreżenta lill-​klassi programm taʼ 90 minuta. Se jinkludi vidjo u diskussjoni dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Tixtiequ tiġu?” Kulħadd aċċetta. Magdalena u Wojciech, li hu evanġelizzatur full-time taʼ l-​esperjenza, bdew iħejju għal dan il-​proġett.

Il-​pjan kien li jibdew il-​preżentazzjoni b’taħdita taʼ 20 minuta bbażata fuq il-​browxer Ix-​Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu?* li kellha tiġi segwita minn diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Imbagħad kellu jintwera l-​vidjo fil-​librerija taʼ l-​iskola. Kull student fil-​klassi kellu jingħata rigal—envelop kbir b’xi browxers, il-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom,* u xi fuljetti u rivisti.

Dakinhar tal-​preżentazzjoni, fl-​udjenza kien hemm 14 minn sħabha tal-​klassi, lgħalliema, u 4 studenti oħra li inzertaw fil-​librerija. Wojciech l-​ewwel spjega li għadd taʼ poeti u kittieba Pollakki użaw l-​isem divin, Jehovah, fix-​xogħlijiet tagħhom. Hu semma wkoll xi kotba tal-​katekiżmu Kattoliku antiki li kien fihom l-​isem divin. Meta kien qed jispjega l-​attività taʼ żmienna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, hu wera browxers taʼ diversi uffiċċji tal-​fergħa u ritratti taʼ Swali taʼ l-​Assemblea differenti.

Wara dan segwiet diskussjoni vivaċi. Magdalena u Wojciech użaw il-​Bibbja biex iwieġbu l-​mistoqsijiet. Dan laqat lill-​udjenza u kkonvinċieha li x-​Xhieda taʼ Jehovah ma kinux qed jippridkaw l-​ideat tagħhom stess. X’kienu xi ftit mill-​mistoqsijiet, u kif ġew imwieġba?

Mistoqsija: Il-​Bibbja fiha ħafna espressjonijiet u metafori li ma jinftehmux u li tistaʼ tinterpretahom kif trid. Kif inhu possibbli li tgħix fi qbil mal-​Bibbja?

Tweġiba: Xi wħud jgħidu li l-​Bibbja hi bħal vjolin li tistaʼ ddoqqu kif trid. Imma aħseb ftit: Jekk trid tkun taf xi jrid ifisser kittieb bl-​istqarrijiet tiegħu, mhux aħjar tistaqsi lilu? Kuntrarju għall-​kittieba umani li mietu, l-​Awtur tal-​Bibbja, Alla Jehovah, hu ħaj. (Rumani 1:20; 1 Korintin 8:5, 6) Il-​kuntest taʼ skrittura jistaʼ jindika l-​interpretazzjoni t-​tajba. Barra minn hekk, il-​Bibbja spiss titkellem dwar l-​istess suġġett f’diversi bnadi, allura jekk tqabbel skrittura m’oħra se tkun tistaʼ tifhem. B’hekk, nistgħu nħallu ’l Alla jiggwida l-​ħsibijiet tagħna, bħallikieku hu stess qed jispjegalna l-​iskrittura. Jekk nagħmlu hekk, nistgħu nsiru nafu r-​rieda tiegħu kif inhi murija fil-​Bibbja u ngħixu fi qbil magħha, mhux hekk?

Mistoqsija: X’inhi d-​differenza bejn il-​Kristjani u x-​Xhieda taʼ Jehovah?

Tweġiba: Fil-​fatt, aħna Kristjani! Imma x-​Xhieda taʼ Jehovah, minflok ma jgħidu biss li huma Kristjani, jistinkaw biex jgħixu fi qbil maʼ dak li jemmnu u maʼ dak li jgħallimhom Alla għall-​ġid tagħhom. (Isaija 48:17, 18) Ladarba t-​tagħlim kollu tagħhom hu bbażat fuq il-​Bibbja, huma jafu li għandhom il-​verità.—Mattew 7:13, 14, 21-23.

Mistoqsija: Għala tmorru fuq min ma tafuhx u tinsistu biex tkellmuh? B’dan il-​mod ma tkunux qed timponu t-​twemmin tagħkom fuq ħaddieħor?

Tweġiba: Taħseb li hu ħażin meta xi ħadd iwaqqfek fit-​triq biex ikellmek bl-​edukazzjoni kollha u jistaqsi l-​opinjoni tiegħek dwar xi ħaġa? (Ġeremija 5:1; Sofonija 2:2, 3) (Wojciech u Magdalena mbagħad urew kif staqsew lin-​nies fit-​toroq x’jaħsbu dwar jekk Alla jimpurtahx minn dawk li batew f’għargħar li seħħ dan l-​aħħar fil-​Polonja.) Wara li nisimgħu l-​opinjoni taʼ l-​individwu, aħna nidderieġu l-​attenzjoni lejn il-​Bibbja. Jekk xi ħadd ma jkunx irid jitkellem, insellmulu u nibqgħu sejrin. (Mattew 10:11-14) Taħseb li b’dan il-​mod inkunu qed nisforzaw lil xi ħadd biex ikellimna? Jew in-​nies m’għandhomx jibqgħu jkellmu lin-​nies?

Mistoqsija: Għala ma tiċċelebrawx il-​festi?

Tweġiba: Aħna nosservaw l-​unika ġrajja li l-​Bibbja tgħidilna niċċelebraw—it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù Kristu. (1 Korintin 11:23-26) Fejn jidħlu l-​festi, tistaʼ tfittex dwar l-​oriġini tagħhom fl-​enċiklopediji jew f’sorsi oħra taʼ min joqgħod fuqhom. Jekk tagħmel dan, mill-​ewwel se tinduna għala aħna ma niċċelebrawx ġrajjiet bħal dawn.—2 Korintin 6:14-18.

Dawk fl-​udjenza staqsew ħafna iktar mistoqsijiet li ġew imwieġba. Id-​diskussjoni tant damet li l-​vidjo kellu jintwera darb’oħra.

Kif irreaġixxew l-​istudenti? Ħalli tgħidilna Magdalena: “Bqajt skantata meta xi studenti li s-​soltu joqogħdu jitbellhu u jwaqqgħu għaċ-​ċajt lil oħrajn staqsew mistoqsijiet serji. Għalkemm kienu jgħidu li huma atei, waqt id-​diskussjoni huma esprimew fidi f’Alla!” Dawk li attendew aċċettaw ir-​rigali bi gratitudni. B’kollox ħallewlhom 35 ktieb, 63 browxer, u 34 rivista.

X’riżultati meraviljużi minn proġett taʼ l-​iskola! Dawk tal-​klassi taʼ Magdalena mhux biss saru jafu u jifhmu aħjar lix-​Xhieda taʼ Jehovah imma wkoll ħafna miż-​żgħażagħ ġew inkuraġġiti biex jaħsbu dwar l-​iskop tal-​ħajja. Għala ma tistinkax biex tipprova tgħin lil sħabek tal-​klassi jitgħallmu iktar dwar dak li temmen?

[Noti taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

[Stampa f’paġna 31]

Magdalena u Wojciech jippreparaw għad-​diskussjoni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja