LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 11/15 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Min Huma l-Anġli u X’Jagħmlu?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Qawwa taʼ Ġesù fuq id-Demonji
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Il-verità dwar l-anġli
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 11/15 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Fejn se jkunu d-​demonji matul ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu?

Il-​Bibbja ma tagħtix risposta ċara u tonda għal din il-​mistoqsija. Madankollu, nistgħu naslu għal konklużjoni loġika dwar fejn se jkunu d-​demonji matul ir-​Renju Millennjali taʼ Kristu.

Meta kien qed jagħti dehra bil-​quddiem taʼ dak li kellu jseħħ fil-​bidu u fit-​tmiem taʼ dan il-​Millennju, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Rajt anġlu nieżel mis-​sema bil-​muftieħ taʼ l-​abbiss u b’katina kbira f’idu. U ħataf lid-​dragun, is-​serp oriġinali, li hu x-​Xitan u Satana, u rabtu għal elf sena. U xeħtu fl-​abbiss, li mbagħad għalqu fih u ssiġillah, biex ma jqarraqx iktar bil-​ġnus sakemm jintemmu l-​elf sena. Wara dan ikollu jinħall għal ftit taż-​żmien.” (Rivelazzjoni 20:1-3) Dawn il-​versi jsemmu biss li Satana jintefaʼ fl-​abbiss u li mbagħad jinħeles għal ftit taż-​żmien. Għalkemm id-​demonji m’humiex imsemmijin, jidher raġunevoli li meta l-​anġlu bil-​muftieħ taʼ l-​abbiss—Ġesù Kristu glorifikat—jaħtaf lix-​Xitan u jitfgħu fih, Hu se jagħmel l-​istess ħaġa bid-​demonji.—Rivelazzjoni 9:11.

Hekk kif sar Sultan fis-​sema fl-​1914, Ġesù Kristu ħa azzjoni li effettwat bil-​kbir kemm lil Satana kif ukoll lid-​demonji. Rivelazzjoni 12:7-9 jgħid: “Faqqgħet gwerra fis-​sema: Mikiel u l-​anġli tiegħu tqabdu mad-​dragun, u d-​dragun u l-​anġli tiegħu [id-demonji] tqabdu imma ma rebaħx, u ma kienx għad hemm post għalihom fis-​sema. Għalhekk, twaddab għal isfel id-​dragun il-​kbir, is-​serp oriġinali, dak li hu msejjaħ Xitan u Satana, li qed iqarraq bl-​art abitata kollha; twaddab ’l isfel lejn l-​art, u l-​anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu.” Minn dakinhar ’l hawn, Satana u d-​demonji tiegħu ġew limitati għall-​viċinanzi taʼ l-​art. Loġikament, nistgħu nassumu li meta Ġesù Kristu se jkompli jillimita l-​attività taʼ Satana sabiex jeħles l-​art mill-​influwenza mill-​agħar tiegħu, Hu se jimxi bl-​istess mod mad-​demonji.

Ikkunsidra wkoll l-​ewwel profezija stess tal-​Bibbja. Din tgħid: “Jien [Alla] inqajjem mibegħda bejnek [Satana] u bejn il-​mara [l-organizzazzjoni tas-​sema taʼ Ġeħova], bejn nislek [taʼ Satana] u nisilha [Ġesù Kristu], u hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu.” (Ġenesi 3:15) It-​tisħiq taʼ ras is-​serp jinvolvi t-​tfigħ taʼ Satana fl-​abbiss matul ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu. Il-​profezija tkompli tgħid li hemm mibegħda bejn Dak li jisħaq ras is-​serp u n-​nisel taʼ Satana. Dan in-​nisel, jew organizzazzjoni, jinkludi parti inviżibbli magħmula minn anġli mill-​agħar, jew demonji. Għalhekk, huwa raġunevoli li nikkonkludu li meta Ġesù jitfaʼ lil Satana fl-​abbiss, hu jorbot u jitfaʼ fl-​abbiss ukoll lid-​demonji. Il-​fatt li l-​ispirti mill-​agħar urew li kellhom biżaʼ kbir mill-​abbiss jindika li huma kienu jafu tajjeb x’restrizzjoni kien hemm tistenniehom.—Luqa 8:31.

Iżda, jistaʼ jkun li Rivelazzjoni 20:1-3 ma jsemmix lid-​demonji għax dawn jiġu meqrudin f’Armageddon flimkien mal-​parti viżibbli tan-​nisel taʼ Satana? Il-​Bibbja turi li dan ma tantx jidher li hu possibbli. Rigward dak li se jiġri minn Satana fl-​aħħar tgħid: “Ix-​Xitan li kien qed iqarraq bihom ġie mixħut fl-​għadira tan-​nar u l-​kubrit, fejn kien hemm diġà l-​bhima salvaġġa u l-​profeta falz; u jiġu turmentati lejl u nhar għal dejjem taʼ dejjem.” (Rivelazzjoni 20:10) Il-​bhima salvaġġa u l-​profeta falz huma entitajiet politiċi u parti mill-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Satana. (Rivelazzjoni 13:1, 2, 11-14; 16:13, 14) Huma jiġu meqrudin f’Armageddon meta s-​Saltna t’Alla tfarrak u ttemm is-​saltniet kollha tad-​dinja. (Danjel 2:44) Il-​Bibbja tirreferi għan-​“nar taʼ dejjem imħejji għax-​Xitan u l-​anġli tiegħu.” (Mattew 25:41) Satana u d-​demonji tiegħu se jiġu mitfugħin fl-​istess “għadira tan-​nar u l-​kubrit” bħall-​bhima salvaġġa u l-​profeta falz, fis-​sens li huma wkoll se jinqerdu għal dejjem. Li kieku l-​parti inviżibbli tan-​nisel taʼ Satana, li hi magħmula mill-​ispirti u għandha bil-​wisq iżjed qawwa, tinqered f’Armageddon, id-​demonji żgur li kienu jiġu msemmijin bħala li diġà qegħdin fl-​għadira simbolika flimkien mal-​bhima salvaġġa u l-​profeta falz. Il-​fatt li ma jissemmewx f’Rivelazzjoni 20:10 jindika li d-​demonji ma jinqerdux f’Armageddon.

Ladarba ma jingħadx ċar u tond li d-​demonji se jintefgħu fl-​abbiss, allura lanqas ma jingħad speċifikament li se jiġu meħlusin minn hemm. Madankollu, it-​tmiem tagħhom huwa l-​istess bħal dak tax-​Xitan. Wara li jinħelsu max-​Xitan u jkunu ħadmu id f’id miegħu matul il-​prova finali fuq il-​bnedmin fi tmiem l-​elf sena, id-​demonji wkoll se jintefgħu fl-​għadira tan-​nar, u b’hekk ikollhom qerda għal dejjem.—Rivelazzjoni 20:7-9.

Għaldaqstant, avolja f’Rivelazzjoni 20:1-3 jissemma biss Satana bħala li jiġi maħtuf u mitfugħ fl-​abbiss taʼ inattività, b’mod loġiku nistgħu nikkonkludu li anki l-​anġli tiegħu se jiġu marbutin u mitfugħin fl-​abbiss. La Satana u lanqas il-​qtajjaʼ demoniċi tiegħu m’huma se jitħallew jindaħlu iktar fit-​twettiq taʼ l-​iskop t’Alla li jibdel l-​art f’ġenna u jirrestawra l-​bnedmin għall-​perfezzjoni matul ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja