LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 12/15 pp. 23-25
  • Jum il-Gradwazzjoni—Jum mill-Isbaħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jum il-Gradwazzjoni—Jum mill-Isbaħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kliem Inkuraġġanti għall-​Istudenti
  • Esperjenzi u Intervisti Sbieħ mill-​Istudenti
  • Imqanqlin Biex Jaqdu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Nies li minn Rajhom Jitqanqlu biex Jiġu Gilgħad
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-Iskola taʼ Gilgħad Tibgħat il-Missjunarji “sa Truf l-Art”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin Ixandru “l-Għeġubijiet”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 12/15 pp. 23-25

Jum il-​Gradwazzjoni—Jum mill-​Isbaħ

“AĦNA ġejna mberkin b’jum mill-​isbaħ. Ix-​xemx qed tiddi. Is-​sema ikħal. Il-​ħaxix aħdar. L-​għasafar qed jgħannu. Kollox juri li se jkun jum sabiħ, u m’aħniex se noħorġu diżappuntati. Ġeħova m’huwiex Alla li jiddiżappuntana. Hu Alla taʼ barkiet.”

B’dawn ir-​rimarki, Ħuna Samuel Herd, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, beda l-​programm tal-​gradwazzjoni tal-​117-il klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). Dan ġara fil-​11 taʼ Settembru, 2004. Il-​programm mill-​aqwa kien jinkludi pariri li jibnu bbażati fuq il-​Bibbja kif ukoll esperjenzi lokali u oħrajn minn diversi missjunarji taʼ l-​esperjenza. Iva, kien jum mill-​isbaħ għas-​6,974 ruħ preżenti fiċ-​Ċentru Edukattiv tal-​Watchtower f’Patterson, New York, u fi blokkijiet fi Brooklyn u Walkill, li kienu kollegati maʼ xulxin permezz taʼ l-​awdjo u l-​vidjo.

Kliem Inkuraġġanti għall-​Istudenti

John Kikot, li hu membru tal-​Kumitat tal-​Fergħa fl-​Istati Uniti, offra kliem inkuraġġanti fuq it-​tema “Żomm il-​Ferħ Bħala Missjunarju.” Hu wera li l-​istudenti taʼ Gilgħad huma magħrufin għall-​ferħ tagħhom, kif kien jidher sew f’din il-​gradwazzjoni. L-​istruzzjoni mill-​Iskrittura matul il-​perijodu taʼ l-​iskola ġabet ferħ lill-​istudenti, u huma issa kienu mħarrġin biex jgħinu lil oħrajn jesperjenzaw ferħ simili. Kif? Billi jagħtu minnhom infushom fil-​ministeru tagħhom bħala missjunarji. Ġesù qal: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.” (Atti 20:35) Hekk kif il-​missjunarji l-​ġodda jimitaw lil Alla Ġeħova, “l-​Alla l-​hieni” u ġeneruż li jipprovdi l-​verità lil oħrajn, huma se jkunu kapaċi jżommu l-​ferħ tagħhom stess.—1 Timotju 1:11.

Imbagħad kien imiss lil membru ieħor tal-​Ġemgħa li Tiggverna, David Splane, li kellu t-​tema “Kif Se Tmur fl-​Inkarigu Ġdid Tiegħek?” M’hemm ebda dubju li hu tajjeb u pjaċevoli li tgħix f’unità, għalkemm dan għandu mnejn jirrikjedi li ssir “kollox għal nies taʼ kull xorta.” (1 Korintin 9:22; Salm 133:1) Ħuna Splane semma li l-​istudenti li ggradwaw kienu se jiltaqgħu maʼ ħafna wħud oħra fix-​xogħol missjunarju—nies fit-​territorju, missjunarji sħabhom, aħwa rġiel u nisa fil-​kongregazzjoni l-​ġdida tagħhom, u l-​aħwa fl-​uffiċċju tal-​fergħa li jkunu qed jidderieġu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar u tat-​tagħlim. Hu pprovda suġġerimenti prattiċi dwar kif jagħmlu r-​relazzjonijiet tagħhom man-​nies kemm jistaʼ jkun pjaċevoli: Tgħallmu l-​lingwa tal-​post, agħtu kas id-​drawwiet lokali, irrispettaw il-​privatezza tal-​missjunarji sħabkom, u kunu ubbidjenti lejn dawk li jmexxu.—Ebrej 13:17.

Imbagħad kien imiss lill-​għalliem taʼ Gilgħad, Lawrence Bowen li staqsa, “Intom X’Taħsbu?” Hu fakkar lill-​istudenti li dawk li ‘ġġudikaw fuq dak li kien jidher minn barra’ m’aċċettawx lil Ġesù bħala l-​Messija. (Ġwanni 7:24) Bħala bnedmin imperfetti, ilkoll għandna bżonn noqogħdu għassa li ma ‘naħsbux il-​ħsibijiet tal-​bnedmin’ minflok “il-​ħsibijiet t’Alla.” (Mattew 16:22, 23) Anki nies spiritwali jeħtieġ li jkomplu jaġġustaw il-​ħsibijiet tagħhom. Bħal vapur li qed ibaħħar, l-​aġġustamenti li nagħmlu issa jistgħu jew jgħinuna nilħqu l-​mira jew inkella jkollna nawfraġju spiritwali. Studju kontinwu tal-​Bibbja fil-​kuntest tagħha jgħinna naħsbu “l-​ħsibijiet t’Alla.”

Wallace Liverance, għalliem ieħor fl-​Iskola taʼ Gilgħad, ikkonkluda din il-​parti tal-​programm. It-​tema tiegħu, ibbażata fuq Isaija 55:1, kienet “Int X’Se Tixtri?” Hu inkuraġġixxa lill-​istudenti biex ‘jixtru’ s-​serħan, il-​ferħ, u n-​nutriment li jiġu mill-​messaġġ profetiku li Alla għandu għal żmienna. Il-​profezija taʼ Isaija xebbhet din il-​kelma t’Alla maʼ ilma, inbid, u ħalib. Kif setgħet tinxtara ‘b’xejn u bla ħlas’? Ħuna Liverance spjega li wieħed jistaʼ jagħmel dan billi joqgħod attent għall-​profezija tal-​Bibbja u jibdel il-​ħsibijiet u mogħdijiet li m’humiex spiritwali mal-​ħsibijiet u l-​mogħdijiet t’Alla. (Isaija 55:2, 3, 6, 7) Billi jagħmlu dan, il-​missjunarji l-​ġodda jistgħu jsostnu ruħhom fl-​inkarigi barranin tagħhom. Bnedmin imperfetti spiss jaħsbu li l-​hena jiddependi milli jistinkaw għall-​kumdità materjali. “Tiblax kulma jgħidu,” ħeġġeġ il-​kelliemi. “Taqbilx maʼ dak il-​mod taʼ ħsieb. Kun ċert li twarrab il-​ħin għal studju profond tal-​Kelma profetika t’Alla. Dan jistaʼ jserrħek, isaħħek, u jferrħek fl-​inkarigu missjunarju tiegħek.”

Esperjenzi u Intervisti Sbieħ mill-​Istudenti

L-​istudenti kellhom sehem regulari fl-​attività taʼ l-​ippridkar. Mark Noumair, għalliem ieħor taʼ Gilgħad, mexxa diskussjoni li matulha diversi membri taʼ din il-​klassi rrakkontaw esperjenzi li enfasizzaw it-​tema “Ma Nistħix Minħabba l-​Aħbar Tajba.” (Rumani 1:16) Dawk fl-​udjenza ħadu gost jisimgħu kif dawn il-​ministri taʼ l-​esperjenza taw xiehda minn dar għal dar, fit-​toroq, u f’ċentri fejn hemm ħafna ħwienet. Studenti li kienu jafu lingwi oħra ħadu l-​inizjattiva fit-​territorju tal-​kongregazzjoni tagħhom biex jilħqu lin-​nies li kienu jitkellmu b’lingwi barranin. Oħrajn għamlu użu tajjeb mill-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja provduti mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, u dawn użawhom fi żjajjar lura u meta bdew studji tal-​Bibbja fid-​djar. Ma ‘stħawx’ jippridkaw l-​aħbar tajba.

Ħuna William Nonkes, li hu inkarigat mid-​Dipartiment tas-​Servizz, intervista lil xi missjunarji taʼ l-​esperjenza minn Burkina Faso, il-​Latvja, u r-​Russja. Huma taw pariri prattiċi li kienu jiffokaw fuq it-​tema “Ġeħova Jippremja lil Uħud Leali.” Wieħed mill-​aħwa li ġie intervistat inkuraġġixxa lill-​istudenti biex jiftakru fl-​armata taʼ Gidgħon taʼ 300 suldat. Kull suldat kellu inkarigu li kkontribwixxa għas-​suċċess tal-​kampanja taʼ Gidgħon. (Mħallfin 7:19-21) Bl-​istess mod, il-​missjunarji li jibqgħu fl-​inkarigi tagħhom jiġu premjati.

“Siru Kollox għal Nies taʼ Kull Xorta” kienet it-​tema li ġiet enfasizzata fl-​intervisti li għamel Samuel Roberson, li hu wieħed mill-​għalliema f’Patterson. Hu intervista erbaʼ membri tal-​Kumitat tal-​Fergħa mis-​Senegal, il-​Gwam, il-​Liberja, u l-​Madagaskar. Hemm total taʼ 170 missjunarju jaqdu f’dawn il-​pajjiżi. Mill-​kummenti, l-​istudenti li ggradwaw tgħallmu kif il-​Kumitati tal-​Fergħat jgħinu lill-​missjunarji l-​ġodda jaddattaw ruħhom għall-​inkarigi tagħhom. Dan spiss ikun ifisser li jitgħallmu drawwiet li għandhom mnejn jidhru strambi għal dawk li jkunu ġejjin mill-​pajjiżi tal-​Punent. Per eżempju, f’xi pajjiżi hu komuni ħafna li tara xi rġiel li jkunu ħbieb, inkluż dawk fil-​kongregazzjoni Kristjana, jimxu id f’id. F’xi postijiet li jaqgħu taħt il-​fergħa tal-​Gwam, jiġi servut ikel stramb. Imma oħrajn irnexxielhom jaddattaw ruħhom, u anki l-​missjunarji l-​ġodda jistgħu jagħmlu hekk.

Guy Pierce, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, żviluppa s-​suġġett “Ibqgħu Leali Lejn ‘is-​Saltna tal-​Mulej Tagħna.’” Hu fakkar lil dawk fl-​udjenza: “Ġeħova ħalaq bi skop. Hu kellu xi ħaġa f’moħħu għall-​ħolqien tiegħu. L-​iskop tiegħu għal dan il-​globu ma tbiddilx. Miexi b’suċċess lejn it-​twettiq tiegħu. Xejn ma jistaʼ jbiddel dan.” (Ġenesi 1:28) Ħuna Pierce inkuraġġixxa lil kulħadd biex jissottometti ruħu lealment lejn is-​sovranità t’Alla minkejja d-​diffikultajiet li qamu minħabba d-​dnub taʼ l-​ewwel bniedem, Adam. “Qed ngħixu fis-​siegħa tal-​ġudizzju. Ftit li xejn baqaʼ żmien biex nilħqu lil dawk taʼ qalb onesta u ngħinuhom isiru jafu l-​verità. Użaw il-​ħin tajjeb biex tilħqu lil oħrajn bl-​aħbar tajba tas-​Saltna,” ħeġġeġ Ħuna Pierce. Dawk li lealment jappoġġaw is-​Saltna t’Alla jistgħu jistrieħu fuqu għall-​għajnuna.—Salm 18:26 (18:25, NW).

Fil-parti taʼ l-​għeluq, iċ-​chairman qara t-​tislijiet u x-​xewqat sbieħ li kienu waslu mill-​fergħat taʼ madwar id-​dinja. Imbagħad hu ppreżenta d-​diplomi lill-​istudenti li ggradwaw, u wara, wieħed mill-​istudenti qara ittra għan-​nom tal-​klassi kollha li esprimiet l-​apprezzament mill-​qalb għat-​taħriġ li ngħataw. Kienet konklużjoni xierqa għal jum mill-​isbaħ li dawk kollha li attendew żgur se jibqgħu jiftakruh.

[Kaxxa f’paġna 23]

STATISTIKI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 11

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 22

Numru taʼ studenti: 48

Età medja: 34.8

Medja taʼ snin fil-​verità: 18.3

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 13.4

[Stampa f’paġna 24]

Il-​117-il Klassi li Gradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Thompson, E.; Norvell, G.; Powell, T.; Kozza, M.; McIntyre, T. (2) Reilly, A.; Clayton, C.; Allan, J.; Blanco, A.; Muñoz, L.; Rustad, N. (3) Guerrero, Z.; Garcia, K.; McKerlie, D.; Ishikawa, T.; Blanco, G. (4) McIntyre, S.; Cruz, E.; Guerrero, J.; Ritchie, O.; Avellaneda, L.; Garcia, R .(5) Powell, G.; Fiskå, H.; Muñoz, V.; Baumann, D.; Shaw, S.; Brown, K.; Brown, L. (6) Shaw, C.; Reilly, A.; Peloquin, C.; Münch, N.; McKerlie, D.; Ishikawa, K. (7) Münch, M.; Peloquin, J.; Kozza, T.; Avellaneda, M.; Allan, K.; Ritchie, E.; Norvell, T. (8) Cruz, J.; Baumann, H.; Clayton, Z.; Fiskå, E.; Thompson, M.; Rustad, J.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja