LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 8/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-arka tal-patt?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • L-Iktar Ħaġa Importanti fit-Tabernaklu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Tabernaklu għall-qima
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Dar it-Talb għall-Ġnus Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 8/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

F’Iżrael tal-​qedem, x’kien jissinifika d-​dawl mirakoluż li kultant jissejjaħ Shechinah li kien jidher fl-​Iktar Qaddis tat-​tabernaklu u fit-​tempju?

Ġeħova, li hu l-​Missier u l-​Wieħed li jipproteġi l-​poplu tiegħu, kien juri biċ-​ċar li kien hemm il-​preżenza tiegħu f’Iżrael. Mod wieħed kif kien jagħmel dan kien permezz taʼ sħaba li kienet relatata mal-​post tiegħu taʼ qima.

Dak id-​dawl li kien jidher tant ċar kien jirrappreżenta l-​preżenza inviżibbli taʼ Ġeħova. Kien jidher fl-​Iktar Qaddis kemm fit-​tabernaklu u kemm fit-​tempju li kien bena Salamun. Dak id-​dawl mirakoluż ma kienx jissinifika li Ġeħova kien preżenti hemmhekk fiżikament. Alla ma jistax jinżamm f’xi bini magħmul mill-​bniedem. (2 Kronaki 6:18; Atti 17:24) Dan id-​dawl li kien jiddi b’mod sopranaturali fis-​santwarju t’Alla setaʼ jagħti fiduċja lill-​qassis il-​kbir u permezz tiegħu lill-​Iżraelin kollha li l-​preżenza protettiva taʼ Ġeħova kienet qed tieħu ħsiebhom u tal-​bżonnijiet tagħhom.

Bl-Aramajk li kien jintuża wara li nkitbet il-​Bibbja, dan id-​dawl kien jissejjaħ Shechinah, kelma li tfisser “dak li jgħammar” jew “il-​post fejn tgħammar.” Dan it-​terminu ma jidhirx fil-​Bibbja imma jinsab fit-​traduzzjonijiet bl-​Aramajk taʼ l-​Iskrittura Ebrajka, li hi magħrufa bħala Targumi.

Meta ngħataw istruzzjonijiet għall-​bini tat-​tabernaklu, Ġeħova qal lil Mosè: “U tqiegħed l-​għatu fuq wiċċ l-​arka, u fl-​arka tqiegħed ix-​xhieda miktuba li se nagħtik. Hemm jien niltaqaʼ miegħek, u nkellmek minn fuq l-​għatu, minn bejn żewġ kerubini, li jkunu fuq l-​għatu taʼ l-​arka.” (Eżodu 25:​21, 22) L-​Arka li hija msemmija kienet senduq miksi bid-​deheb li kien impoġġi fl-​Iktar Qaddis. Fuq l-​għatu taʼ l-​Arka kien hemm żewġ kerubini tad-​deheb.

Ġeħova minfejn kien se jitkellem? Hu ta t-​tweġiba meta qal lil Mosè: “Nidher fi sħaba fuq l-​għatu.” (Levitiku 16:2) Din is-​sħaba strieħet fuq l-​Arka sagra bejn iż-​żewġ kerubini tad-​deheb. Il-​Bibbja ma tgħidx kemm kienet għolja s-​sħaba jew kemm kienet ’il fuq mill-​kerubini.

Din is-​sħaba li kienet tiddi kienet iddawwal l-​Iktar Qaddis. Fil-​fatt, kien l-​uniku sors taʼ dawl f’dak il-​kumpartiment. Il-​qassis il-​kbir setaʼ jibbenefika minn dan id-​dawl meta kien jidħol f’din il-​kamra taʼ ġewwanett f’Jum l-​Espjazzjoni. Hu kien wieqaf quddiem il-​preżenza taʼ Ġeħova.

Għandu dan id-​dawl mirakoluż xi sinifikat għall-​Kristjani? L-​appostlu Ġwanni ra belt f’viżjoni li fiha “l-​lejl ma jkunx jeżisti hemmhekk.” Din il-​belt kienet Ġerusalemm il-​Ġdida, li hi magħmula minn Kristjani midlukin li huma rxoxtati sabiex ikunu jistgħu jaħkmu maʼ Ġesù. Id-​dawl taʼ din il-​belt simbolika ma jiġix mix-​xemx jew mill-​qamar. Il-​glorja t’Alla Ġeħova ddawwal direttament din l-​organizzazzjoni, bħalma s-​sħaba Shechinah dawlet l-​Iktar Qaddis. Ukoll, il-​Ħaruf, Ġesù Kristu, huwa “l-​musbieħ” tal-​belt. Min-​naħa l-​oħra, din “il-​belt” titfaʼ dawl spiritwali u favur fuq dawk in-​nies li huma mifdijin mill-​ġnus kollha sabiex ikunu bħala gwida għalihom.—Rivelazzjoni 21:​22-25.

Minħabba li huma rċivew tant barkiet mingħand Alla, l-​aduraturi taʼ Ġeħova jistgħu jkunu ċerti li Ġeħova hu r-​Ragħaj protettiv u l-​Missier mimli affezzjoni tagħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja