LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 9/1 p. 3
  • Jaqbillek Tkun Leali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jaqbillek Tkun Leali?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Iktar Imfaħħra Milli Prattikata
  • Ara l-Leali!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Nilqgħu l-Isfida tal-Lealtà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • “Int Biss Leali”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Lejaltà b’Liema Prezz?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 9/1 p. 3

Jaqbillek Tkun Leali?

“INT qed tħallas iżżejjed għall-​assigurazzjoni taʼ saħħtek,” qal Karl, rappreżentant taʼ kumpanija taʼ l-​assigurazzjoni.a “Jekk taqleb mal-​kumpanija tiegħi se tiffranka Lm5 fix-​xahar, li hija somma ġmielha.”

“Jistaʼ jkun,” wieġeb Jens. “Imma jien ilni bl-​assigurazzjoni taʼ saħħti maʼ l-​istess kumpanija għal ħafna snin. Sibthom t’għajnuna fil-​passat, u nixtieq nibqaʼ leali lejhom.”

“Il-​lealtà hija kwalità mill-​aħjar,” wieġeb Karl. “Imma qed jiswielek il-​flus biex tkun leali!”

Karl kellu raġun. Ħafna drabi, li tkun leali lejn xi ħaddieħor jistaʼ jiswa l-​flus. Dan jistaʼ jitlob ukoll ħin, enerġija, u rabta emozzjonali. Jaqbillek tkun leali?

Iktar Imfaħħra Milli Prattikata

Fi stħarriġ li sar fil-​Ġermanja mill-​Istitut t’Allensbach għar-​Riċerka taʼ l-​Opinjoni, 96 fil-​mija minn dawk li wieġbu qiesu l-​lealtà bħala kwalità taʼ min jixtieqha. Stħarriġ ieħor minn dan l-​istitut li sar fuq żgħażagħ taʼ bejn it-​18 u l-​24 sena wera li 2 minn kull 3 minn dawk li wieġbu kellhom ħarsa pożittiva lejn il-​lealtà.

Għalkemm il-​lealtà ħafna drabi tiġi mfaħħra, l-​affarijiet huma differenti meta niġu għal li wieħed fil-​fatt ikun leali. Per eżempju, f’diversi pajjiżi fl-​Ewropa l-​koppji miżżewġin u l-​membri tal-​familja ftit li xejn juru lealtà lejn xulxin. Il-​ħbieb ħafna drabi huma żleali lejn xulxin. U l-​lealtà li fil-​passat kienet tgħaqqad lill-​imgħallem maʼ l-​impjegat, jew lil negozju mal-​klijent tistaʼ tgħid li sparixxiet. Għala?

Kultant, il-​pass mgħaġġel tal-​ħajja ma tantx iħalli ħin jew saħħa emozzjonali għal rabtiet li jeħtieġu l-​lealtà. Nies li sfaw diżappuntati f’relazzjonijiet maʼ nies oħrajn forsi issa jaħsbuha darbtejn biex juru lealtà lejn ħaddieħor. Oħrajn jippreferu stil taʼ ħajja taʼ llum hawn u għada le, li ma jeħtieġx lealtà.

Hi x’inhi r-​raġuni, il-​lealtà hija virtù li iktar tiġi mfaħħra milli prattikata. Għalhekk tqum il-​mistoqsija: Jaqbillek tkun leali? Jekk iva, lejn min obbligat turiha, u kif? X’benefiċċji jinkisbu meta wieħed ikun leali?

[Noti taʼ taħt]

a Xi ismijiet ġew mibdulin f’dan l-​artiklu u taʼ warajh.

[Kumment f’paġna 3]

Il-​lealtà hija virtù li iktar tiġi mfaħħra milli prattikata

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja