LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 9/15 pp. 8-9
  • Folol Kbar Iħaddnu l-Qima taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Folol Kbar Iħaddnu l-Qima taʼ Ġeħova
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Uħud b’Attitudni Xierqa Jinteressaw Ruħhom
  • Qiegħed Int Tieħu Sehem?
  • Ħalli Kulħadd Jigglorifika lil Jehovah!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ngħinu lin-Nies Jersqu Qrib taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Id-​Dar taʼ Jehovah Merfugħa ’l Fuq
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • Il-Glorja Akbar tad-Dar taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 9/15 pp. 8-9

“L-​Għajnuna Tiegħi Ġejja Mingħand Ġeħova”

Folol Kbar Iħaddnu l-​Qima taʼ Ġeħova

IL-​PROFEZIJI Bibliċi li jippontaw lejn żmienna, bassru li nies mill-​ġnus kollha kienu se jmorru bi ħġarhom lejn il-​qima elevata taʼ Ġeħova. Per eżempju, permezz tal-​profeta Ħaggaj, Alla Ġeħova ddikjara: “Inqanqal il-​ġnus kollha, u l-​ġid kollu tal-​popli jiġi kollu hawn, u nimla dan it-​tempju bil-​glorja.” (Ħaggaj 2:7) Kemm Isaija u kemm Mikea pprofetizzaw li fi żmienna—“fl-​aħħar jiem”—il-​ġnus u n-​nies kienu se jqimu lil Ġeħova b’mod aċċettabbli.​—Isaija 2:​2-4; Mikea 4:​1-4.

Qegħdin dawn il-​profeziji jitwettqu tassew? Ejja nħallu l-​fatti jitkellmu għalihom infushom. Waqt dawn l-​aħħar għaxar snin biss, iktar minn 3,110,000 ruħ ġodda ddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova f’iktar minn 230 pajjiż. Tabilħaqq, sitta minn kull għaxar Xhud taʼ Ġeħova li qegħdin jaqdu madwar id-​dinja kollha tgħammdu tul dawn l-​aħħar għaxar snin. Fl-​2004, bejn wieħed u ieħor, persuna waħda tgħammdet u ngħaqdet mal-​kongregazzjoni Kristjana kull żewġ minuti!a

Bħal fl-​ewwel seklu, illum ‘għadd kbir [sar] jemmen u dar lejn il-​Mulej.’ Għalkemm iż-​żjieda fin-​numru fiha nfisha m’hijiex xi prova tal-​barka t’Alla, din tagħti prova li “id Ġeħova” hi mal-​poplu tiegħu. (Atti 11:21) Xi jwassal lil miljuni għall-​qima taʼ Ġeħova? U int personalment kif int effettwat b’dan l-​iżvilupp?

Uħud b’Attitudni Xierqa Jinteressaw Ruħhom

B’termini diretti, Ġesù qal: “Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk ma jiġbdux il-​Missier li bagħatni.” (Ġwanni 6:44) Għalhekk, fl-​aħħar mill-​aħħar, Ġeħova huwa responsabbli biex jiġbed lin-​nies li għandhom “attitudni xierqa lejn il-​ħajja taʼ dejjem.” (Atti 13:48) L-​ispirtu t’Alla jistaʼ jagħmel lin-​nies konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom. (Mattew 5:3) Kuxjenza li tniggeż, tfittxija ħerqana għal tama, jew kriżi kbira, tistaʼ twassal lil xi wħud biex ifittxu lil Alla, u b’hekk jitgħallmu dwar l-​iskop li għandu għall-​bnedmin.​—Marku 7:​26-​30; Luqa 19:​2-​10.

Ħafna persuni huma miġbudin lejn il-​qima taʼ Ġeħova minħabba li l-​programm t’edukazzjoni mill-​Bibbja tal-​kongregazzjoni Kristjana tgħinhom biex isibu t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet li jinkwetawhom.

“Jekk hemm Alla, in-​nies għala jkomplu jsofru l-​inġustizzja?” Din kienet il-​mistoqsija li tturmentat lil Davide, li kien traffikant tad-​droga fl-​Italja. Ma kienx partikolarment interessat fi kwistjonijiet reliġjużi, u għalhekk hu iktar qajjem din il-​mistoqsija biex jaqlaʼ argument milli biex ikollu diskussjoni. “Ma ħsibtx li kont se nirċievi tweġiba raġunevoli u konvinċenti,” jgħid hu. “Iżda x-​Xhud li tkellem miegħi kien paċenzjuż ħafna u b’siltiet mill-​Bibbja appoġġa dak li kien qed jgħid. Dik il-​konversazzjoni kellha effett profond fuqi.” Illum, Davide rranġa ħajtu u qed jaqdi lil Ġeħova.

Oħrajn jinġibdu lejn l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova fuq l-​art minħabba li jistaqsu dwar it-​tifsir u l-​iskop tal-​ħajja. Psikjatra fiż-​Żagreb, il-​Kroazja, żaret kollega magħruf minħabba li kienet qed tfittex terapija għall-​problemi emozzjonali li kellha. B’sorpriża, it-​tabib taha n-​numru tat-​telefon taʼ l-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fiż-​Żagreb, kif ukoll isem taʼ Xhud li kien jaf. Hu qalilha: “Ara, jien naħseb li dawn in-​nies jistgħu jgħinuk. Jekk nibagħtek il-​knisja, se ssib biss statwi bla ħajja​—ħadd ma jitkellem u kullimkien dlam. Ma naħsibx li l-​knisja tistaʼ tgħinek. Jien bgħatt pazjenti oħra għand ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, u naħseb li din hija l-​aħjar ħaġa għalik ukoll.” Ix-​Xhieda żaru minn qalbhom lill-​mara u fi ftit żmien bdew studju tal-​Bibbja magħha. Fi ftit ġimgħat, din il-​psikjatra qalet bil-​ferħ li l-​għarfien dwar l-​iskop t’Alla kien ta tifsir lil ħajjitha.—Koħèlet 12:13.

Meta ntlaqtu minn kriżi persunali, ħafna sabu li l-​verità tal-​Bibbja biss tistaʼ tipprovdi faraġ veru. Fil-​Greċja, tifel taʼ sebaʼ snin waqaʼ minn fuq il-​bejt taʼ l-​iskola tiegħu u miet. Xi ftit xhur wara, żewġ Xhieda ltaqgħu m’ommu u pprovaw ifarrġuha billi ddiskutew it-​tama taʼ l-​irxoxt. (Ġwanni 5:​28, 29) Malli semgħet dan, il-​mara nfaqgħet tibki. L-​aħwa staqsew: “Jekk trid tkun taf iktar dwar il-​Bibbja, meta nistgħu niġu?” “Issa,” qalet hi. Il-​mara ħadithom id-​dar tagħha, u nbeda studju tal-​Bibbja. Illum, il-​familja kollha tagħha qed taqdi lil Ġeħova.

Qiegħed Int Tieħu Sehem?

Esperjenzi bħal dawn huma simili għal dak li qed jiġri madwar id-​dinja. Ġeħova qed jiġbor u jħarreġ folla kbira minn kull nazzjonalità taʼ qaddejja veri. Dan il-​grupp internazzjonali għandu l-​prospett taʼ ferħ li jibqaʼ ħaj fit-​tmiem li ġej taʼ din is-​sistema dinjija ħażina u li jgħix f’dinja ġdida taʼ ġustizzja.​—2 Pietru 3:​13.

B’riżultat tal-​barka taʼ Ġeħova, dan ix-​xogħol li xejn ma jistaʼ jitqabbel miegħu huwa miexi lejn tmiem taʼ suċċess. (Isaija 55:​10, 11; Mattew 24:​3, 14) Qed ikollok sehem żeluż int f’din l-​attività taʼ ppridkar tas-​Saltna? Jekk iva, int tistaʼ tkun fiduċjuż mill-​appoġġ divin u tistaʼ taqbel mal-​kliem tas-​salmista: “L-​għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova.”​—Salm 121:​2, NW.

[Nota taʼ taħt]

a Ara t-​2005 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Settembru/Ottubru.

[Kumment f’paġna 9]

“Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk ma jiġbdux il-​Missier li bagħatni; u jien nirxoxtah fl-​aħħar jum.”—Ġwanni 6:44

MIN HU RESPONSABBLI GĦAL DIN IŻ-​ŻJIEDA?

“Jekk il-​Mulej ma jibnix id-​dar, għalxejn jitħabtu l-​bennejja.”—Salm 127:1.

“Alla baqaʼ jkabbar; u b’hekk, la min iħawwel u lanqas min isaqqi m’hu xejn, imma Alla li jkabbar.”​—1 Korintin 3:​6, 7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja