LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 3/1 p. 27
  • “Għidilna Iktar!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għidilna Iktar!”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Andrey Nesmachniy: Kont Ngħix għall-Futbol
    Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
  • Għalliema Tbiddel il-Ħarsa Tagħha
    Stenbaħ!—2009
  • Ifaħħru ’l Ġeħova fl-Iskola
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Żgħażagħ—Jehovah Mhux Se Jinsa Dak Li Intom Għamiltu!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 3/1 p. 27

“Għidilna Iktar!”

F’NEZLOBNAYA, ir-​Russja, klassi tal-​letteratura fi skola sekondarja kienet qed tistudja x-​xogħlijiet taʼ l-​awtur Russu Mikhail Bulgakov. Fost ix-​xogħlijiet kien hemm rumanz li jiddeskrivi lil Ġesù b’mod negattiv, waqt li jpinġi lil Satana bħala eroj. Wara diskussjoni mal-​klassi, l-​għalliema tat lill-​istudenti test bil-​miktub ibbażat fuq dan ir-​rumanz. Madankollu, wieħed mill-​istudenti, Xhud taʼ Ġeħova taʼ 16-il sena li jismu Andrey, bil-​pulit staqsa biex ma jagħmilx it-​test għax il-​kuxjenza tiegħu ma ħallitux jistudja dan it-​tip taʼ letteratura. Minflok, offra li jikteb komponiment li kien jispjega kif hu jqis lil Ġesù Kristu. L-​għalliema aċċettat.

Fil-komponiment tiegħu, Andrey spjega li filwaqt li jirrispetta l-​opinjonijiet t’oħrajn, hu sab li l-​aħjar mod biex titgħallem dwar Ġesù huwa billi taqra wieħed mill-​erbaʼ rakkonti taʼ l-​Evanġelji. Jekk tagħmel hekk, “se titgħallem dwar il-​ħajja u t-​tagħlim taʼ Ġesù bbażat fuq ir-​rakkonti minn uħud li raw b’għajnejhom stess dak li ġara.” Andrey żied: “Jien konċernat ukoll dwar kif inhu deskritt Satana. Xi wħud forsi jarawha xi ħaġa pjaċevoli li jaqraw ktieb li fih Satana hu eroj, imma jien ma nħossnix hekk.” Hu spjega li fil-​fatt Satana hu spirtu potenti li tbiegħed minn Alla, ġab il-​ħażen, in-​niket, u s-​sofferenza fuq il-​familja umana. Andrey ikkonkluda l-​komponiment tiegħu billi qal: “Ma nemminx li se nibbenefika jekk naqra dan ir-​rumanz. Ovvjament, m’għandi xejn kontra Bulgakov. Imma personalment, nippreferi naqra l-​Bibbja biex nitgħallem il-​verità storika dwar Ġesù Kristu.”

L-għalliema t’Andrey tant ħadet pjaċir bil-​komponiment li stidnitu jagħti rapport orali dwar Ġesù Kristu. Andrey aċċetta mill-​ewwel. Matul il-​lezzjoni tal-​letteratura li kien imiss, Andrey qara r-​rapport tiegħu quddiem il-​klassi kollha. Hu spjega għala jħoss li Ġesù hu l-​aqwa bniedem li qatt għex. Imbagħad, qara kapitlu dwar il-​mewt taʼ Ġesù mill-​ktieb Bibliku taʼ Mattew. Peress li l-​ħin li ngħatalu kien kważi spiċċa Andrey ried jikkonkludi, imma sħabu tal-​klassi ħeġġewh: “Għidilna iktar! Imbagħad x’ġara?” Allura hu kompla jaqra mir-​rakkont taʼ Mattew dwar l-​irxoxt taʼ Ġesù.

Meta Andrey spiċċa, sħabu tal-​klassi staqsewh ħafna mistoqsijiet dwar Ġesù u Ġeħova. “Tlabt lil Ġeħova għall-​għerf, u hu wieġeb it-​talba tiegħi,” jgħid Andrey. “Stajt inwieġeb il-​mistoqsijiet kollha tagħhom!” Wara l-​lezzjoni, Andrey ta lill-​għalliema tiegħu kopja tal-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex,a li aċċettatu bil-​ħerqa. Andrey ikkummenta: “Hi tatni marki għoljin għar-​rapport tiegħi u faħħritni talli għandi t-​twemmin tiegħi u talli ma stħajtx minnhom. Ukoll qalet li taqbel maʼ ftit mit-​twemmin tiegħi.”

Andrey ferħan li ddeċieda li jsegwi l-​kuxjenza tiegħu mħarrġa mill-​Bibbja billi ma jaqrax materjal li jiddiżonora lil Ġeħova u lil Ibnu, Ġesù Kristu. Waqfa bħal din mhux biss ipproteġietu minn ħsibijiet mhux Skritturali imma wkoll tatu opportunità mill-​isbaħ biex jaqsam veritajiet vitali mill-​Bibbja m’oħrajn.

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja