LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 3/1 pp. 28-29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Ħalli l-Kongregazzjoni Tfaħħar lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ir-Raġel u l-Mara—Irwol Dinjituż għat-Tnejn li Huma
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Tieħu Sehem f’li Tagħmel il-Laqgħat Kristjani Inkuraġġanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Inkuraġġixxi lill-Aħwa Nisa fil-Kongregazzjoni Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 3/1 pp. 28-29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’ried ifisser l-​appostlu Pawlu meta qal li n-​nisa għandhom “jibqgħu siekta . . . fil-​kongregazzjonijiet”?

Pawlu kiteb lill-​kongregazzjoni Kristjana f’Korintu: “Bħalma jsir fil-​kongregazzjonijiet kollha tal-​qaddisin, ħa jibqgħu siekta n-​nisa fil-​kongregazzjonijiet, għax m’għandhomx permess jitkellmu.” (1 Korintin 14:​33, 34) Sabiex nifhmu din l-​istqarrija sew, ikun t’għajnuna li nikkunsidraw il-​kuntest tal-​parir taʼ Pawlu.

Fl-1 Korintin kapitlu 14, Pawlu ddiskuta kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni Kristjana. Hu ddeskriva dak li kellu jiġi diskuss f’dawn il-​laqgħat u ssuġġerixxa kif għandhom jiġu mmexxijin. (1 Korintin 14:​1-6, 26-​34) Iżjed minn hekk, hu enfasizza l-​iskop tal-​laqgħat Kristjani​—“sabiex tinbena l-​kongregazzjoni.”​—1 Korintin 14:​4, 5, 12, 26.

L-istruzzjoni taʼ Pawlu biex “jibqgħu siekta” tidher tliet darbiet fl-​1 Korintin kapitlu 14. Kull darba, hija indirizzata lil grupp differenti fil-​kongregazzjoni, imma dejjem tingħata għall-​istess raġuni​—biex “isir kollox bid-​deċenza u bl-​ordni.”​—1 Korintin 14:40.

L-ewwel, Pawlu qal: “Jekk xi wħud jitkellmu b’xi lsien, ħa jitkellmu tnejn jew tlieta l-​iktar, u wieħed wara l-​ieħor; u ħa jkun hemm min jittraduċi. Jekk ma jkunx hemm min jittraduċi, ħa jibqgħu siekta fil-​kongregazzjoni u jitkellmu f’qalbhom m’Alla.” (1 Korintin 14:​27, 28) Dan ma kienx ifisser li individwu bħal dan qatt ma setaʼ jitkellem fil-​laqgħat imma li kien hemm xi waqtiet meta kellu jibqaʼ sieket. Wara kollox, l-​iskop tal-​laqgħat​—li jibnu lil xulxin​—ma kienx se jintlaħaq li kieku tkellem b’lingwa li ħadd ma kien jifhimha.

It-tieni, Pawlu qal: “Ħa jitkellmu żewġ profeti jew tlieta, u l-​oħrajn jifhmu t-​tifsira. Imma jekk xi ħaddieħor ikollu xi rivelazzjoni waqt li jkun bil-​qiegħda hemmhekk, ħa jiskot l-​ewwel wieħed.” Dan ma kienx ifisser li l-​ewwel profeta kellu joqgħod lura milli jitkellem fil-​laqgħat, imma li xi drabi kellu jibqaʼ sieket. Imbagħad, il-​wieħed li kien ikollu r-​rivelazzjoni mirakoluża setaʼ jindirizza lill-​kongregazzjoni, u jintlaħaq l-​iskop tal-​laqgħa, jiġifieri li “kulħadd jiġi inkuraġġit.”​—1 Korintin 14:​26, 29-​31.

It-tielet, Pawlu indirizza lin-​nisa Kristjani biss, billi qal: “Ħa jibqgħu siekta n-​nisa fil-​kongregazzjonijiet, għax m’għandhomx permess jitkellmu, u ħa jkunu sottomessi.” (1 Korintin 14:34) Pawlu għala ta dan il-​kmand lil ħutna n-​nisa? Biex jippreserva l-​ordni tal-​kongregazzjoni. Hu qal: “Għalhekk, jekk ikunu jridu jitgħallmu xi ħaġa, ħa jistaqsu lil żwieġhom id-​dar, għax hu għajb li mara titkellem f’kongregazzjoni.”​—1 Korintin 14:35.

Forsi xi aħwa nisa kienu qed jisfidaw dak li kien qed jingħad fil-​kongregazzjoni. Il-​parir taʼ Pawlu għen lill-​aħwa nisa biex iwarrbu dan l-​ispirtu taʼ diżordni u bl-​umiltà jaċċettaw il-​pożizzjoni tagħhom fl-​arranġament taʼ Ġeħova għall-​istat taʼ kap, partikolarment fejn għandu x’jaqsam żewġhom. (1 Korintin 11:3) Iktar minn hekk, billi jibqgħu siekta, l-​aħwa nisa juru li mhux qed jipprovaw isiru għalliema fil-​kongregazzjoni. Meta kiteb lil Timotju, Pawlu wera li ma jkunx xieraq li mara tieħu l-​irwol t’għalliem: “Ma nippermettix li mara tgħallem, jew li teżerċita awtorità fuq raġel, imma li toqgħod siekta.”​—1 Timotju 2:​12.

Ifisser dan li mara Kristjana m’għandha qatt titkellem matul laqgħa tal-​kongregazzjoni? Le. Fi żmien Pawlu, kien hemm okkażjonijiet meta n-​nisa Kristjani, x’aktarx imqanqlin mill-​ispirtu qaddis, talbu u pprofetizzaw fil-​kongregazzjoni. F’dawn l-​okkażjonijiet huma rrikonoxxew il-​pożizzjoni tagħhom billi għattew rashom.a (1 Korintin 11:5) Iżjed minn hekk, kemm fi żmien Pawlu u kemm illum, l-​aħwa nisa flimkien maʼ l-​aħwa rġiel huma mħeġġin jagħmlu stqarrija pubblika tat-​tama tagħhom. (Ebrej 10:​23-​25) Minbarra li jagħmlu dan fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, l-​aħwa nisa jistgħu jistqarru t-​tama tagħhom u jinkuraġġixxu lil oħrajn matul il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni billi jagħtu kummenti maħsubin sew minn qabel, meta jiġu mistidnin jagħmlu hekk, u billi jaċċettaw inkarigi biex jieħdu sehem f’xi turija jew taħdita bħala studenti.

Għalhekk, in-​nisa Kristjani “jibqgħu siekta” billi jżommu lura milli jipprovaw jieħdu l-​irwol taʼ raġel u jgħallmu lill-​kongregazzjoni. Huma ma jqajmux mistoqsijiet argumentattivi li jistgħu jisfidaw l-​awtorità taʼ dawk li jgħallmu. Billi jwettqu l-​irwol proprju tagħhom fil-​kongregazzjoni, l-​aħwa nisa Kristjani jikkontribwixxu bil-​kbir għal atmosfera taʼ paċi fejn ‘isir kollox [fil-laqgħat tal-​kongregazzjoni] biex jibnu lil xulxin.’​—1 Korintin 14:​26, 33.

[Nota taʼ taħt]

a Fiż-żminijiet moderni, l-​aħwa nisa maturi jsegwu dan l-​eżempju meta, minħabba ċ-​ċirkustanzi, ikollhom jieħdu post raġel mgħammed fil-​kongregazzjoni.​—Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 2002, paġna 26.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja