LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 4/15 pp. 3-4
  • Int Kemm Tikkomunika Tajjeb?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Kemm Tikkomunika Tajjeb?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Kif Insaħħu r-Rabtiet taż-Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ittratta lil Sieħbek fiż-Żwieġ bir-Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 4/15 pp. 3-4

Int Kemm Tikkomunika Tajjeb?

“ITTRA taʼ Mħabba Mingħand Persuna taʼ 60 Sena.” Din kienet it-​tema taʼ kuntest imtellaʼ minn bank fil-​Ġappun ftit snin ilu. Dan ħeġġeġ lil dawk il-​Ġappuniżi li għandhom bejn il-​50 u s-​70 sena biex jesprimu “s-​sentimenti sinċieri” tagħhom lejn ir-​raġel jew il-​mara tagħhom. Wieħed kontestant kiteb hekk lill-​mara tiegħu: “Forsi se tidħaq imma jekk ma ngħidlekx għad jiddispjaċini, u għalhekk nixtieq ngħidlek b’leħen għoli: Grazzi talli żżewwiġtni.”

F’xi kulturi, inkluż uħud fl-​Orjent, wieħed ma jiġix inkuraġġit jesprimi bil-​miftuħ is-​sentimenti tiegħu. Madankollu, ’il fuq minn 15,000 ruħ wieġbu għal dan il-​kuntest taʼ l-​ittri taʼ mħabba. Tant kien popolari, li ttellaʼ kuntest ieħor u ġew pubblikati kotba bbażati fuq l-​ittri. Dan juri li fil-​fond taʼ qalbhom ħafna jixtiequ jesprimu kif iħossuhom dwar l-​għażiż sieħeb jew sieħba tagħhom. Iżda oħrajn joqogħdu lura milli jagħmlu dan. Għala? Ir-​raġuni tistaʼ tkun li jirrikjedi ammont taʼ sforz u sengħa biex iħallu ’l ħaddieħor​—bħal, per eżempju, is-​sieħeb jew is-​sieħba​—jifhem kif qed iħossuhom.

Hitoshi Kato, li kiteb ktieb dwar l-​irtirar mix-​xogħol, jgħid li fost il-​koppji mdaħħlin fiż-​żmien fil-​Ġappun, ħafna proċeduri taʼ divorzju jinbdew min-​nisa minħabba li matul is-​snin huma jkunu ġemgħu sentimenti taʼ riżentiment li għandhom għeruqhom fil-​fond. “Madankollu,” hu jgħid, “huwa wkoll riżultat taʼ li l-​koppja ma jkunux ikkomunikaw flimkien meta ffaċċjaw xi kriżi.”

Xi drabi n-​nisa jkunu jridu d-​divorzju meta l-​irġiel tagħhom jirtiraw mix-​xogħol, u l-​irġiel jibqgħu sorpriżi b’dan. Għal ħafna snin il-​koppja ma jkunux iddiskutew kif ħassewhom dwar xulxin. Ir-​raġel u l-​mara forsi jkunu pprovaw jesprimu s-​sentimenti tagħhom iżda ma rnexxilhomx iżommu konversazzjoni fuq nota pożittiva. Minflok ma bnew relazzjoni li ressqithom eqreb lejn xulxin, huma sabu ruħhom imdaħħlin dejjem fl-​istess argumenti.

Kif jistgħu r-​raġel u l-​mara jittrattaw id-​differenzi tagħhom b’mod paċifiku u jikkomunikaw is-​sentimenti tagħhom bil-​ħlewwa? Interessanti tkun taf li l-​iktar suġġerimenti prattiċi ma jinsabux fi ktieb miktub reċentement minn xi ħadd li jagħti l-​pariri fuq iż-​żwieġ, iżda fi ktieb antik li ilu apprezzat għal sekli sħaħ​—il-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja