LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 11/15 p. 31
  • Għallem lil Uliedek Jikkummentaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għallem lil Uliedek Jikkummentaw
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Faħħar lil Ġeħova fil-kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Ninkuraġġixxu lil Xulxin fil-Laqgħat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • X’Inhu l-Aħjar Mod Kif Nippreparaw għal-Laqgħat?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Ibnu lil Xulxin Billi Tikkummentaw fil-Laqgħat
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 11/15 p. 31

Għallem lil Uliedek Jikkummentaw

PERLA mill-​Messiku tiftakar li meta hi kienet tifla żgħira, ommha kienet tgħinna biex tipprepara kummenti qosra għall-​istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa. Issa Perla għandha tifel taʼ ħames snin. Kif qed tgħinu? “L-​ewwel nipprepara jien. Meta nagħmel hekk, infittex paragrafu li t-​tifel tiegħi jkun jistaʼ jifhmu, wieħed li hu jkun jistaʼ jispjegah fi kliemu. Imbagħad nikkonċentraw fuq dak li hu jsejjaħlu ‘l-​paragrafu tiegħi.’ Jien nistaqsih biex jispjegali l-​paragrafu fi kliemu stess billi juża eżempji taʼ kuljum. Wara dan, noqogħdu nipprattikaw il-​kummenti diversi drabi. Nużaw oġġett id-​daqs taʼ mikrofonu sabiex hu jkun jaf kif għandu jżommu waqt li jikkummenta. Jien ferħana ħafna li ma tgħaddix laqgħa waħda mingħajr ma jikkummenta jew mingħajr ma jgħolli idu. Spiss, qabel ma tibda l-​laqgħa, hu jmur fuq min ikun se jikkonduċi u jgħidlu liema paragrafu huwa tiegħu.”

Jens, anzjan li jaqdi maʼ grupp tal-​Ħindi, għandu żewġt itfal subien, wieħed taʼ sentejn u l-​ieħor t’erbaʼ snin. Meta hu u martu jippreparaw għal-​laqgħa maʼ wliedhom, huma jużaw metodu li Jens tgħallem mill-​ġenituri tiegħu. Hu jgħid: “Aħna niddeċiedu liema partijiet mill-​materjal jistgħu jifhmuhom it-​tfal. Imbagħad nipprovaw nispjegawlhom fil-​qosor is-​suġġett partikulari jew il-​punti prinċipali taʼ l-​artiklu, u wara dan nistaqsuhom il-​mistoqsijiet li nkunu nixtiquhom iwieġbu għalihom fil-​laqgħa. Ħafna drabi jissorprenduna bit-​tweġiba naturali li jagħtuna. Dak li jesprimu jirrifletti tassew dak li jkunu fehmu. B’hekk, it-​tweġibiet tagħhom jirriżultaw f’tifħir veru lil Ġeħova u f’espressjoni persunali tal-​fidi tagħhom.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja