LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 11/15 p. 8-p. 11 para. 9
  • Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Naħum, Ħabakkuk, u Sofonija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Naħum, Ħabakkuk, u Sofonija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ĦAŻIN GĦAL BELT ID-​DMIJA”
  • (Naħum 1:1–​3:​19)
  • “IL-​ĠUST JGĦIX”
  • (Ħabakkuk 1:1–​3:​19)
  • “JUM IL-​MULEJ JINSAB FIL-​QRIB”
  • (Sofonija 1:1–​3:​20)
  • “Riesaq b’Ħeffa”
  • Kemm Baqgħalhom in-Nies mill-Agħar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Afda f’Ġeħova u tgħix!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Nithennew f’Dak Alla tas-Salvazzjoni Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Jehovah M’Huwiex Se Jiddawwar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 11/15 p. 8-p. 11 para. 9

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Kotba taʼ Naħum, Ħabakkuk, u Sofonija

IL-​QAWWA dinjija taʼ l-​Assirja diġà qerdet lis-​Samarija, il-​belt kapitali tas-​saltna taʼ Iżrael b’għaxar tribujiet. L-​Assirja ilha wkoll żmien twil thedded lil Ġuda. Il-​profeta Naħum taʼ Ġuda għandu messaġġ dwar il-​belt kapitali taʼ l-​Assirja, Ninwè. Dan il-​messaġġ jinsab fil-​ktieb Bibliku taʼ Naħum, li nkiteb qabel is-​sena 632 Q.E.K.

Il-qawwa dinjija li jmiss biex taħkem hija l-​Imperu Babiloniż, li kultant kien immexxi minn slaten Kaldin. Il-​ktieb taʼ Ħabakkuk, li x’aktarx tlesta fis-​sena 628 Q.E.K., ibassar kif Ġeħova se juża din il-​qawwa dinjija bħala l-​aġent tiegħu biex jesegwixxi ġudizzju u x’kien se jiġri fl-​aħħar mill-​aħħar lil Babilonja.

Il-profeta Sofonija taʼ Ġuda pprofetizza qabel Naħum u Ħabakkuk. Hu jipprofetizza iktar minn 40 sena qabel il-​qerda taʼ Ġerusalemm fis-​sena 607 Q.E.K., u jipproklama messaġġ kemm taʼ kundanna u kemm taʼ tama għal Ġuda. Il-​ktieb Bibliku taʼ Sofonija fih ukoll dikjarazzjonijiet kontra ġnus oħrajn.

“ĦAŻIN GĦAL BELT ID-​DMIJA”

(Naħum 1:1–​3:​19)

L-​“oraklu dwar Ninwè” huwa minn Alla Ġeħova, li hu “tqil biex jagħdab, għalkemm kbir fil-​qawwa.” Għalkemm Ġeħova huwa “fortizza f’jum l-​għawġ” għal dawk li jmorru għandu għall-​kenn, Ninwè xorta waħda se tinqered.—Naħum 1:​1, 3, 7.

“Ġedded il-​Mulej id-​dielja taʼ Ġakobb.” Madankollu bħal ‘iljun li jqattaʼ bċejjeċ,’ l-​Assirja werwret lill-​ġens tal-​poplu t’Alla. Ġeħova jgħid li ‘l-​karrijiet li għandha [Ninwè] għad jagħmilhom duħħan; u frieħ l-​iljuni tagħha x-​xabla għad tikolhomlha.’ (Naħum 2:​3, 13, 14 [2:​2, 12, 13, NW]) “Ħażin għal belt id-​dmija”—Ninwè. “Dawk kollha li jisimgħu bl-​aħbar [tagħha] jinfexxu jċapċpu jdejhom” u jifirħu.—Naħum 3:​1, 19.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:9​—Il-​“qerda sħiħa” taʼ Ninwè x’se tfisser għal Ġuda? Din se tfisser li Ġuda se teħles kompletament mill-​Assirja; “kull min iqum [kontriha] ma jqumx darbtejn.” Bħallikieku Ninwè m’għadhiex teżisti, Naħum jikteb: “Ara, fuq il-​muntanji hemm ir-​riġlejn taʼ min iġib l-​aħbarijiet it-​tajba, taʼ min is-​sliem ixandar! Agħmel bil-​ferħ il-​festi tiegħek, Ġuda.”—Naħum 2:1 (1:​15, NW).

2:7 (2:​6, NW)​​—Liema “bwieb ix-​xmajjar” infetħu? Dawn il-​bwieb kienu jirreferu għall-​fetħa fil-​ħitan taʼ Ninwè li saret bl-​ilmijiet tax-​Xmara Tigri. Fis-​sena 632 Q.E.K. meta l-​forzi magħqudin tal-​Babiloniżi u l-​Medi telgħu kontra Ninwè, hi ma ħassithiex daqshekk mhedda. Minħabba li ħassitha protetta wara l-​ħitan tagħha, hi qieset lilha nfisha bħala belt impenetrabbli. Madankollu, minħabba x-​xita bil-​qliel it-​Tigri bdiet tfur. Skond l-​istudjuż taʼ l-​istorja Dijodoru, dan “għarraq porzjon mill-​belt u waqqaʼ l-​ħitan għal distanza twila.” B’hekk, il-​bwieb tax-​xmara nfetħu, u bħalma ġie mbassar, Ninwè nħatfet malajr daqskemm ‘in-​nar [jaħtaf malajr] it-​tiben niexef.’—Naħum 1:​8-10.

3:4​​—Ninwè kif kienet bħal mara żienja? Ninwè qarrqet bil-​ġnus billi wegħdithom il-​ħbiberija u l-​għajnuna tagħha, imma fil-​fatt ġabet fuqhom madmad taʼ moħqrija. Per eżempju, l-​Assirja tat xi għajnuna lis-​Sultan Aħaż taʼ Ġuda kontra l-​konfoffa taʼ Iżrael u s-​Sirja. Madankollu, maż-​żmien ‘ġie s-​sultan taʼ l-​Assirja u għakkes’ lil Aħaż.—2 Kronaki 28:20.

Lezzjonijiet Għalina:

1:​2-6. Il-​fatt li Ġeħova għamel vendetta fuq l-​għedewwa tiegħu, li jirrifjutaw li jagħtuh devozzjoni esklużiva, juri li hu jistenna devozzjoni kompletament esklużiva mill-​aduraturi tiegħu.—Eżodu 20:5.

1:​10. Il-​ħitan enormi b’mijiet taʼ torrijiet ma żammewx il-​kelma taʼ Ġeħova kontra Ninwè milli titwettaq. L-​għedewwa tan-​nies taʼ Ġeħova llum mhux se jkunu jistgħu jaħarbu l-​ġudizzji t’Alla kontrihom.—Proverbji 2:22; Danjel 2:44.

“IL-​ĠUST JGĦIX”

(Ħabakkuk 1:1–​3:​19)

L-​ewwel żewġ kapitli tal-​ktieb taʼ Ħabakkuk huma djalogu bejn il-​profeta u Alla Ġeħova. Imnikket minħabba dak li qed iseħħ f’Ġuda, Ħabakkuk jistaqsi lil Alla: “Għaliex turini l-​ħażen, u inti toqgħod tħares lejn il-​ħtija?” Ġeħova jwieġbu: “Jiena nqajjem il-​Kaldin, il-​ġens qalil li jaħbat għal kulħadd.” Il-​profeta juri li hu sorpriż minħabba li Alla kien se juża lil “nies mill-​agħar” biex jikkastiga lil Ġuda. (Ħabakkuk 1:​3, 6, 13) Ħabakkuk jiġi żgurat li l-​ġust se jibqaʼ ħaj, imma li l-​għadu ma kienx se jaħrab il-​kastig. Iktar minn hekk, Ħabakkuk iniżżel bil-​miktub ħames gwajijiet li kellhom jiġu fuq l-​għedewwa Kaldin.—Ħabakkuk 2:4.

F’talba biex tintwera ħniena, Ħabakkuk jitkellem f’“għana tan-​niket” dwar turijiet tal-​passat tal-​qawwa taʼ l-​għaġeb taʼ Ġeħova bħal dawk li seħħew fil-​Baħar l-​Aħmar, fix-​xagħri, u f’Ġeriko. Il-​profeta jbassar ukoll li Ġeħova se jiġi b’rabja qerrieda f’Armageddon. It-​talba tikkonkludi bil-​kliem: “Il-​Mulej Sidi huwa l-​qawwa tiegħi; riġlejja jagħmilhomli bħal taċ-​ċriev u fuq l-​għoljiet jeħodni.”—Ħabakkuk 3:​1, 19.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:​5, 6​​—Għala jistaʼ jkun li l-​Lhud ma ridux jemmnu li l-​Kaldin kienu se jiħduha kontra Ġerusalemm? Saż-​żmien li Ħabakkuk beda jipprofetizza, Ġuda kienet ġiet taħt l-​influwenza qawwija taʼ l-​Eġittu. (2 Slaten 23:​29, 30, 34) Għalkemm il-​Babiloniżi kienu qed isiru dejjem iktar qawwijin, l-​armata tagħhom kienet għadha ma ġietx megħluba mill-​Fargħun Neko. (Ġeremija 46:2) Iktar minn hekk, it-​tempju taʼ Ġeħova kien f’Ġerusalemm, u d-​dinastija taʼ David ħakmet minn dan il-​post mingħajr interruzzjoni. Għal-​Lhud lura f’dak iż-​żmien, l-​“għemil” t’Alla li jħalli lill-​Kaldin jeqirdu lil Ġerusalemm setaʼ deher impossibbli. Però, minkejja kemm setaʼ deher impossibbli l-​kliem taʼ Ħabakkuk għalihom, il-​viżjoni dwar il-​qerda taʼ Ġerusalemm mill-​Babiloniżi seħħet fis-​sena 607 Q.E.K.—Ħabakkuk 2:3.

2:5 (NW)​​—Min hu r-​“raġel b’saħħtu” u għala “ma jilħaqx il-​mira tiegħu”? Il-​Babiloniżi, li użaw il-​qawwa militari tagħhom biex jirbħu kontra l-​ġnus, kienu karatterizzati minn “raġel b’saħħtu.” L-​esperjenza tar-​rebħa għamlitu bħal xi ħadd fis-​sakra bl-​inbid. Madankollu, hu ma kienx se jirnexxilu jiġmaʼ għalih il-​ġnus kollha, għaliex Ġeħova kien se juża lill-​Medi u lill-​Persjani biex iwaqqgħuh. Ir-​“raġel” fi żmienna huwa karatterizzat mill-​qawwiet politiċi. Hu wkoll huwa xurban bil-​kunfidenza u bl-​arroganza u għandu xenqa rgħiba biex jespandi. Imma hu mhux se jilħaq il-​mira tiegħu li “jiġbor lill-​ġnus kollha.” Is-​Saltna t’Alla biss se tgħaqqad lill-​bnedmin.—Mattew 6:​9, 10.

Lezzjonijiet Għalina:

1:​1-4; 1:12–​2:1. Ħabakkuk staqsa mistoqsijiet sinċieri, u Ġeħova wieġbu. L-​Alla l-​veru jagħti widen għat-​talb tal-​qaddejja leali tiegħu.

2:1 (NW). Bħal Ħabakkuk, aħna għandna nibqgħu attenti u attivi spiritwalment. Għandna wkoll inkunu lesti li naġġustaw il-​ħsieb tagħna fi qbil maʼ kwalunkwe ‘twiddiba,’ jew korrezzjoni, li nistgħu ningħataw.

2:3; 3:​16. Hekk kif nistennew bil-​fidi l-​jum li ġej taʼ Ġeħova, ejja ma nitilfux is-​sens t’urġenza tagħna.

2:4. Biex insalvaw fil-​jum taʼ ġudizzju taʼ Ġeħova li ġej, irridu nissaportu lealment.—Ebrej 10:​36-38.

2:​6, 7, 9, 12, 15, 19. Żgur se jiġi gwaj fuq dawk li huma rgħiba għall-​qligħ diżonest, iħobbu l-​vjolenza, jipprattikaw l-​immoralità, jew jieħdu sehem fl-​idolatrija. Irridu noqogħdu attenti li nevitaw dawn il-​karatteristiki u l-​prattiki.

2:​11. Jekk noqogħdu lura milli nikxfu l-​ħażen taʼ din id-​dinja, “sal-​ġebla minn ġol-​ħajt għad tgħajjat.” Huwa importanti li nibqgħu nippridkaw il-​messaġġ tas-​Saltna bil-​kuraġġ!

3:6. Xejn ma se jkun jistaʼ jwaqqaf lil Ġeħova meta jesegwixxi l-​ġudizzju tiegħu, lanqas saħansitra l-​organizzazzjonijiet umani li jidhru permanenti daqs il-​muntanji u l-​għoljiet.

3:​13. Aħna għandna l-​assiguranza li l-​qerda f’Armageddon mhux se ssir kif ġie ġie. Ġeħova se jsalva lill-​qaddejja leali tiegħu.

3:​17-​19. Avolja għandna mnejn niffaċċjaw id-​diffikultajiet qabel u matul Armageddon, nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova se jagħtina “l-​qawwa” hekk kif inkomplu naqduh bil-​ferħ.

“JUM IL-​MULEJ JINSAB FIL-​QRIB”

(Sofonija 1:1–​3:​20)

Il-​qima taʼ Bagħal hija mifruxa sew f’Ġuda. Permezz tal-​profeta tiegħu Sofonija, Ġeħova jgħid: “Idi tilħaq lil Ġuda, u lin-​nies kollha taʼ Ġerusalemm.” Sofonija jwissi: “Jum il-​Mulej jinsab fil-​qrib.” (Sofonija 1:​4, 7, 14) Dawk biss li jgħixu skond il-​ħtiġijiet t’Alla se ‘jkollhom fejn jistkennu’ f’dak il-​jum.—Sofonija 2:3.

“Ħażin għaliha . . . l-​belt li taħqar”—Ġerusalemm! “Stennewni, oraklu tal-​Mulej, għal dakinhar li fih inqum biex nixhed; għaliex hu digriet tiegħi li jien niġbor il-​ġnus . . . sabiex il-​qilla tiegħi nixħet fuqhom.” Imma Alla jwiegħed: “Nagħtikom isem fost il-​popli kollha taʼ l-​art u dawn ifaħħrukom u nreġġagħkom għal li kontu quddiem għajnejkom stess.”—Sofonija 3:​1, 8, 20.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

2:​13, 14​​—Min ‘isammaʼ leħnu’ f’Ninwè li hija mħarbta għalkollox? Ladarba Ninwè kellha ssir post għall-​annimali salvaġġi u għall-​għasafar, il-​leħen li kellu jinstemaʼ jirreferi għall-​għana taʼ l-​għasafar u possibbilment għall-​ħoss tar-​riħ għaddej mit-​twieqi taʼ bini vojt.

3:9 (NW)​​—X’inhi l-​“lingwa pura,” u kif inhi mitkellma? Hija l-​verità t’Alla misjuba fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Din tinkludi t-​tagħlim kollu tal-​Bibbja. Aħna nitkellmuha billi nemmnu l-​verità, billi ngħallmuha lil oħrajn b’mod korrett, u billi ngħixu fi qbil mar-​rieda t’Alla.

Lezzjonijiet Għalina:

1:8. Xi wħud fi żmien Sofonija milli jidher kienu qed ifittxu li jkunu aċċettati mill-​ġnus taʼ madwarhom billi kienu ‘jilbsu bħall-​barranin.’ Kemm ikun bla sens li l-​aduraturi taʼ Ġeħova llum jipprovaw ikunu bħad-​dinja b’modi simili!

1:​12; 3:​5, 16. Ġeħova kompla jibgħat lill-​profeti biex iwissi lill-​poplu tiegħu dwar il-​ġustizzja tiegħu. Hu għamel dan avolja—bħat-​tartru li jkun hemm fil-​qiegħ taʼ bittija nbid—ħafna Lhud kienu ssetiljaw ħajjithom u saru apatetiċi lejn il-​messaġġ. Hekk kif joqrob il-​jum il-​kbir taʼ Ġeħova, minflok ma nħallu l-​attitudni indifferenti tan-​nies iġġegħelna ‘nħallu idejna jintelqu’ biex nitnikkru, aħna għandna bżonn inkomplu niddikjaraw il-​messaġġ tas-​Saltna mingħajr ma naqtgħu qalbna.

2:3. Ġeħova biss jistaʼ jsalvana f’jum il-​korla tiegħu. Biex nibqgħu ngawdu l-​favur tiegħu, għandna bżonn ‘infittxu l-​Mulej’ billi nistudjaw bir-​reqqa l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja; billi bit-​talb nitolbu għall-​gwida tiegħu; u billi nersqu qrib lejh. Aħna għandna ‘nfittxu l-​ġustizzja’ billi ngħixu ħajja nadifa moralment. U għandna bżonn ‘infittxu l-​umiltà’ billi nikkultivaw attitudni ġwejda u sottomessa.

2:​4-​15; 3:​1-5. Fil-​jum meta Ġeħova se jesegwixxi l-​ġudizzju, il-​Kristjaneżmu u l-​ġnus kollha, li ħaqru lill-​poplu t’Alla, se jkollhom l-​istess tmiem li kellhom Ġerusalemm tal-​qedem u l-​ġnus taʼ madwarha. (Rivelazzjoni 16:​14, 16; 19:​4-8) Aħna għandna nkomplu nxandru l-​ġudizzji t’Alla bla biżaʼ.

3:​8, 9. Hekk kif nistennew il-​jum taʼ Ġeħova, aħna nippreparaw għas-​salvazzjoni billi nitgħallmu nitkellmu l-​“lingwa pura” (NW) u billi ‘nsejħu isem il-​Mulej’ permezz taʼ dedikazzjoni persunali lilu. Aħna għandna wkoll naqdu lil Ġeħova b’“qalb waħda” fi sħubija mal-​poplu tiegħu u noffrulu “sagrifiċċju taʼ tifħir” bħala rigal.—Ebrej 13:15.

“Riesaq b’Ħeffa”

Is-​salmista kanta: “Ftit ieħor, u l-​ħażin ma jkunx aktar; għad tħares fejn kien u ma ssibux.” (Salm 37:10) Meta nimmeditaw dwar dak li ġie mbassar dwar Ninwè fil-​ktieb taʼ Naħum u dwar Babilonja u Ġuda apostata fil-​ktieb taʼ Ħabakkuk, ma jkollna ebda dubju li l-​kliem tas-​salmista se jseħħ. Imma kemm għad irridu nistennew?

“Il-​jum il-​kbir tal-​Mulej fil-​qrib!” jgħid Sofonija 1:14. “Fil-​qrib, u riesaq b’ħeffa li ma bħalha!” Il-​ktieb taʼ Sofonija jurina wkoll kif nistgħu nistkennu f’dak il-​jum u x’għandna nagħmlu issa biex nippreparaw ħalli nsalvaw. Tabilħaqq, “il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.”—Ebrej 4:12.

[Stampi f’paġna 8]

Il-​ħitan enormi taʼ Ninwè ma żammewx il-​profezija taʼ Naħum milli titwettaq

[Sors]

Randy Olson/National Geographic Image Collection

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja