Għaż-Żgħażagħ Tagħna
Ġesù Jwettaq Fejqan Mirakoluż
Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dawn il-ġrajjiet. Ġib ix-xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-nies jitkellmu. Aħseb dwar ir-rakkonti bħallikieku huma reali.
ANALIZZA X-XENA.—AQRA MATTEW 15:21-28.
Liema emozzjoni taħseb li kienet qed tħoss l-omm?
․․․․․
Liema ton taʼ leħen “smajt” fil-vuċi taʼ Ġesù fil-versi li ġejjin?
24 ․․․․․ 26 ․․․․․ 28 ․․․․․
ĦAFFER IKTAR FIL-FOND
Ġesù kemm-il darba indika—bil-kliem jew bl-għemil—li ma kienx se jfejjaq lil bint il-mara?
․․․․․
Għall-ewwel, Ġesù għala ma kienx se jfejjaqha?
․․․․․
Ġesù mbagħad għala wettqu l-fejqan?
․․․․․
APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Ir-raġunevolezza taʼ Ġesù.
․․․․․
Kif int tistaʼ timita din il-kwalità fil-mod kif tittratta lil oħrajn.
․․․․․
ANALIZZA X-XENA.—AQRA MARKU 8:22-25.
Liema xeni kont tara u liema ħsejjes kont tismaʼ li kieku kont ġewwa jew barra r-raħal?
․․․․․
ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Għala taħseb li Ġesù ħareġ lir-raġel ’il barra mir-raħal qabel ma fejqu?
․․․․․
APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Kif iħossu Ġesù lejn min hu diżabilitat—avolja hu qatt ma bata minħabba xi diżabilità.
․․․․․
LIEMA ASPETTI MINN DAWN IŻ-ŻEWĠ RAKKONTI BIBLIĊI QANQLUK L-IKTAR, U GĦALA?
․․․․․