LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w09 10/1 p. 30
  • Kemm Għandi Nagħti Bħala Donazzjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Għandi Nagħti Bħala Donazzjoni?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħtiġijiet u Donazzjonijiet Volontarji fil-​Passat
  • Huwa Meħtieġ mill-​Kristjani li Jagħtu Ammont Fiss?
  • Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Uri apprezzament għall-ġenerożità taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Jehovah Iħobb lil Donaturi Ferriħin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ġeħova jħobb lil min jagħti bil-ferħ
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
w09 10/1 p. 30

Il-​Qarrejja Tagħna Jistaqsu

Kemm Għandi Nagħti Bħala Donazzjoni?

“Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.” (2 Korintin 9:7) Miljuni madwar id-​dinja jafu bih dan il-​kliem. Madankollu, xi nies li jmorru l-​knisja jistgħu jħossuhom obbligati jagħtu iktar milli jifilħu. Fil-​fatt, xi denominazzjonijiet reliġjużi jkunu jridu li l-​membri tagħhom jagħmlu donazzjoni taʼ somma fissa. Il-​prattika tissejjaħ għexur, jiġifieri, li wieħed jagħti 10 fil-​mija mid-​dħul tiegħu lill-​knisja.

Veru li l-​Bibbja tirrikjedi li nagħmlu donazzjoni taʼ somma fissa? Personalment, kemm għandi nagħti bħala donazzjoni?

Ħtiġijiet u Donazzjonijiet Volontarji fil-​Passat

Il-​Bibbja fiha istruzzjonijiet ċari lin-​nazzjon taʼ Israel dwar l-​ammont li Alla riedhom jagħtu. (Levitiku 27:30-32; Numri 18:21, 24; Dewteronomju 12:4-7, 11, 17, 18; 14:22-27) Dawn il-​ħtiġijiet ma kinux eċċessivi. Ġeħova wiegħed li talli l-​liġijiet tiegħu jiġu obduti, hu kien se ‘jfawwar bil-​ġid’ lin-​nazzjon.—Dewteronomju 28:1, 2, 11, 12.

Fi drabi oħrajn, l-​Israelin setgħu jikkontribwixxu b’mod volontarju bħala donazzjoni, ħafna jew ftit, skont kemm xtaqu. Pereżempju, meta s-​Sultan David ippjana biex jibni tempju lil Ġeħova, is-​sudditi tiegħu taw bħala donazzjoni “deheb li jiswa ħamest elef talent.”a (1 Kronaki 29:7) Qabbel dan maʼ dak li osserva Ġesù meta kien fuq l-​art. Hu ra ‘waħda armla fil-​bżonn titfaʼ żewġ muniti żgħar taʼ valur żgħir ferm’ fil-​kaxxi tat-​teżor tat-​tempju. Kemm kienet tammonta d-​donazzjoni tagħha? Parti waħda biss minn erbgħa u sittin taʼ paga taʼ ġurnata. Madankollu, Ġesù qal li din is-​somma żgħira kienet aċċettabbli.—Luqa 21:1-4.

Huwa Meħtieġ mill-​Kristjani li Jagħtu Ammont Fiss?

Il-​Kristjani mhumiex taħt il-​patt tal-​Liġi mogħti lil Israel. B’hekk, mhumiex obbligati li jagħtu ammont fiss lil Alla. Madankollu, fil-​kongregazzjoni Kristjana vera, l-​għoti hu sors taʼ ferħ kbir. Ġesù Kristu stess qal: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”—Atti 20:35.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jappoġġaw ix-​xogħol tal-​ippritkar tagħhom madwar id-​dinja permezz taʼ donazzjonijiet volontarji. Dawn id-​donazzjonijiet jintużaw għall-​istampar tal-​letteratura, bħalma hi r-​rivista li qed taqra, u għall-​bini u ż-​żamma tal-​postijiet tal-​qima tagħhom, magħrufin bħala Swali tas-​Saltna. L-​ebda fondi miġburin ma jintużaw biex jitħallsu xi pagi. Huwa minnu li wħud li jiddedikaw lilhom infushom full-time biex jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ li jagħmlu dixxipli jirċievu għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-​ispejjeż tat-​trasport tagħhom u spejjeż persunali oħrajn. Iżda ħadd ma jinsisti li għandu jirċievi dawn il-​flus. Fil-​fatt, il-​biċċa l-​kbira mix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jirċievu ebda għajnuna finanzjarja bħala appoġġ għax-​xogħol tal-​ippritkar tagħhom. Minflok, kważi kollha għandhom impjieg sekulari biex jaqilgħu l-​għajxien, bħalma kellu Pawlu meta ħadem fix-​xogħol taʼ li jagħmel it-​tined.—2 Korintin 11:9; 1 Tessalonikin 2:9.

Jekk xi ħadd irid jagħmel donazzjoni għax-​xogħol li jwettqu x-​Xhieda taʼ Ġeħova, kemm għandu jagħti? L-​appostlu Pawlu kiteb: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.”—2 Korintin 8:12; 9:7.

[Nota taʼ taħt]

a Fl-2008, il-​prezz tad-​deheb bejn wieħed u ieħor kien €618 kull uqija, u b’hekk din il-​kontribuzzjoni kienet tiswa madwar €3,404,203,733.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja