LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 1/1 p. 19
  • Imħallef li Hu Sod Għal Dak li Hu Sewwa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imħallef li Hu Sod Għal Dak li Hu Sewwa
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Mosè Jħabbat fuq il-Blata
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Huma għajnejk fuq Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Issottometti Ruħek Lealment għall-Awtorità Divina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 1/1 p. 19

Ersaq Qrib Lejn Alla

Imħallef li Hu Sod Għal Dak li Hu Sewwa

Numri 20:2-​13

L-​IMĦALLFIN umani kultant jaqtgħu sentenzi li huma inġusti jew ħorox iżżejjed; imma Ġeħova mhuwiex hekk, għax hu “jħobb il-​ġustizzja.” (Salm 37:28) Għalkemm hu paċenzjuż, ma jħallix kollox għaddej. Hu sod għal dak li hu sewwa. Ikkunsidra kif aġixxa meta nqalgħet ġlieda u ribelljoni, bħalma naqraw f’Numri kapitlu 20.

Lejn it-​tmiem tal-​vjaġġ tagħhom fix-​xagħri, l-​Israelin iffaċċjaw nuqqas taʼ ilma.a In-​nies bdew jargumentaw maʼ Mosè u Aron billi qalulhom: “Għala ġibtu l-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova f’dan ix-​xagħri biex aħna u l-​bhejjem tat-​tagħbija tagħna mmutu hawnhekk?” (Vers 4) In-​nies gergru li x-​xagħri kien “post mill-​agħar” li ma kellu “la tin, la dwieli, [u lanqas] rummien,” l-​istess frott li l-​ispiji Israelin ġabu mill-​Art Imwiegħda ħafna snin qabel, u lanqas ma kellhom ‘ilma x’jixorbu.’ (Vers 5; Numri 13:23) Huma kienu bażikament qed jagħtu t-​tort lil Mosè u Aron għall-​fatt li x-​xagħri ma kienx bħall-​art mimlija frott li l-​ġenerazzjoni li tgerger taʼ qabilhom m’aċċettatx li tidħol fiha.

Ġeħova ta kas it-​tgergir tan-​nies. Għalhekk, qal lil Mosè biex jagħmel tliet affarijiet: jieħu l-​ħatar, jiġmaʼ n-​nies, u ‘jkellem lill-​blata quddiem għajnejhom u din trid tagħti l-​ilma tagħha.’ (Vers 8) Mosè obda l-​ewwel żewġ affarijiet li ordnalu Ġeħova imma naqas li jobdi t-​tielet ħaġa. Minflok ma kellem lill-​blata b’fidi f’Ġeħova, hu mtela bl-​imrar u qal lin-​nies: “Isimgħu, issa, ja ribelli! Minn din il-​blata triduna noħorġulkom l-​ilma?” (Vers 10; Salm 106:32, 33) Imbagħad, Mosè ħabbat darbtejn fuq il-​blata, “u beda ħiereġ ħafna ilma.”—Vers 11.

B’hekk, Mosè flimkien m’Aron dinbu serjament. “Intom irribellajtu kontra l-​ordni tiegħi,” qalilhom Alla. (Numri 20:24) Billi ħaduha kontra l-​ordni t’Alla f’dan il-​każ, Mosè u Aron saru dak li akkużaw lin-​nies bih—ribelli. Il-​ġudizzju t’Alla kien ċar: Mosè u Aron ma kellhomx idaħħlu lil Israel fl-​Art Imwiegħda. Kien dan il-​ġudizzju aħrax iżżejjed? Le, għal għadd taʼ raġunijiet.

L-​ewwel, Alla ma qalx lil Mosè biex ikellem lin-​nies, aħseb u ara jiġġudikahom bħala ribelli. It-​tieni, Mosè u Aron naqsu milli jigglorifikaw lil Alla. Alla qalilhom li ma qaddsuhx. (Vers 12) Billi qal: “Triduna noħorġulkom l-​ilma,” Mosè tkellem bħallikieku kienu hu u Aron li pprovdew l-​ilma b’miraklu u mhux Alla. It-​tielet, il-​ġudizzju kien konsistenti maʼ ġudizzji oħrajn li saru qabel. Alla ma ħalliex lill-​ġenerazzjoni ribelluża taʼ qabel tidħol f’Kangħan, għalhekk għamel l-​istess maʼ Mosè u Aron. (Numri 14:22, 23) Ir-​rabaʼ, Mosè u Aron kienu l-​mexxejja taʼ Israel. Dawk li għandhom ħafna responsabbiltà għandhom kont akbar x’jagħtu lil Alla.—Luqa 12:48.

Ġeħova hu sod għal dak li hu sewwa. Minħabba li jħobb il-​ġustizzja, ma jistax jagħmel ġudizzji inġusti. B’mod ċar, Imħallef bħal dan jistħoqqlu l-​fiduċja u r-​rispett tagħna.

[Nota taʼ taħt]

a Wara l-​Eżodu mill-​Eġittu, l-​Israelin kienu lesti biex jidħlu f’Kangħan, l-​art li Alla wiegħed lil Abraham. Iżda meta għaxar spiji ġabu rapport ħażin, in-​nies gergru kontra Mosè. B’hekk, Ġeħova stqarr li kellhom iqattgħu 40 sena fix-​xagħri—żmien biżżejjed biex il-​ġenerazzjoni ribelluża tmut.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja